Legislature:
Category:
Reset
Active:

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 51

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20987 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 51 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20987.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 50

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20986 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 50 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20986.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 49

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20985 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 49 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi se jitnieda kors ta’ taħriġ maħsub biex jgħarraf aktar lill-uffiċjali tas-settur pubbliku dwar il-ħtiġijiet u l-perspettivi tan-negozji. Dan il-kors se jitmexxa mis-Centre for Development, Research and Training u se jibda fix-xhur li ġejjin.

Unjoni Ewropea — flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew flus u kemm Malta ħallset flus lill-Unjoni Ewropea matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u sa Settembru 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21784.

Segretarji parlamentari u assistenti parlamentari — pagi u allowances

Question

Billi rapport dwar żidiet fil-pagi tal-Ministri kif żvelati fil-media ma ġewx miċħuda mill-gvern, jista' l-Ministru jikkonferma l-pagi u allowances ministerjali flimkien ma' dawk tas-segretarji parlamentari u l-assisstenti parlamentari, kif ukoll minn liema vot qed jitħallsu dawn kollha jekk ivarjaw mill-estimi finanzjarji approvati?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’deċiżjoni tal-Kabinett mehuda fil-5 ta’ Mejju 2008 ġie deċiż li l-Prim Ministru, il-Ministri, is-Segretarji Parlamentari, l-Ispeaker u l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jitilfux aktar l-Onorarja li titħallas lill-membri parlamentari. Il-membri parlamentari jibqgħu jaħdmu u jieħdu l-Onorarja. Mill-banda l-oħra minkejja li l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari ma jistghux ikollhom aktar xogħol privat wara l-ħatra tagħhom, xorta waħda kienu jitilfu l-Onorarja. Minn din il-leġislatura l-Onorarja qed tingħata lill-membri parlamentari kollha. F’kas li l-Ispeaker jagħżel li jżomm impjieg ieħor, jitlef l-Onorarja tal-Parlament. Saret ukoll reviżjoni tal-Onorarja li żdiedet minn 50% għal 70% ta’ Skala Numru 1. Billi s-salarji tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jitħallsu mill-voti rispettivi tal-Ministeri, din ġiet implimentata, filwaqt li d-differenza fl-onorarja tal-membri parlamentari li titħallas mill-Parlament qegħda fil-proċess tal-implimentazzjoni u hi effettiva wkoll mit-12 ta’ Marzu 2008. L-Assistenti Parlamentari jitħallsu daqs ic-Chairpersons tal-Istanding Committees (mhux il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej).

Rifużjoni fuq proprjetà li ġiet esproprjata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u min kienu dawk li bbenefikaw minn ħlasijiet bħal rifużjoni meta l-proprjetà tagħhom ġiet esproprjata mis-sena 1960 sal-lum sena b'sena? Kemm kien l-ammont li tħallas f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sabiex tinġabar l-informazzjoni, tirrekjedi li tinġabar lista bid-dettalji tal-kuntratti kollha ta’ xiri ta’ proprjetà mill-gvern tul dawn l-aħħar ħamsin sena. Biex tiġi ppreparata din il-lista, tieħu diversi xhur ta’ xogħol minn numru ta’ nies. Ta’ min isemmi li l-kuntratti kollha li ġew konklużi dwar ħlasijiet ta’ kumpens, huma pubbliċi u għalhekk jistgħu jiġu eżaminati minn kullħadd. Però qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista tal-ħlasijiet li saru kull sena, mis-sena 2000 sallum.

Dipartiment tal-Gvern — multi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20333 u jgħid kemm ġabar flus mill-multi li ta lin-nies għaliex ma kenux regolarizzati mad-Dipartiment tal-VAT bejn Jannar 2010 u Ottubru 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi multi kriminali huma dovuti u pagabbli lill-qrati u mhux lid-Dipartiment tal-VAT. Għaldaqstant, id-dipartiment m’għandux aċċess għal din l-informazzjoni.

Fondi Ewropej imħallsa taħt programm finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu fondi Ewropej f’Għawdex s’issa kull sena sal-lum taħt il-programm finanzjarju 2007-2013? Jista’ jgħid fuq liema proġetti/miżuri eċċ. tħallsu u kemm tħallsu fuq kull proġett, skema, eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat mill-Planning Priority Co-ordination Department.

ħruġ ta' kont tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatment għax fit-triq fejn toqgħod kulħadd irċevih u hija ma rċeviet xejn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kont tal-anzjana li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, inħareġ mis-sistema u ntbgħat lill-konsumatur stess.

Vouchers tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-koppja anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, qatgħulha l-vouchers tad-dawl u l-ilma meta dawn ma jaqbżux l-ammont?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-raġuni għaliex il-kopja anzjana li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, ma rċevietx energy allowance anke jekk dawn ma jaqbżux l-ammont ta’ 10,000 unit ta’ konsum ta’ dawl f’sena, hija li din il-koppja diġa qed tirċievi forma ta’ għajnuna soċjali permezz tal-benefiċċju ta’ l-enerġija, min-naħa tad-dipartiment tas-sigurtà soċjali.

Kont għoli

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-familja, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li jinsabu bir-relief u rċevew kont ta' €9,521 u jixtiequ li jiġi ċċekkjat il-kont u anke l-meter għax iħossu li għal familja ta' ħamsa min-nies il-kontijiet qed jiġu għoljin ħafna u ma jistgħux ilaħħqu magħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ilment imressaq mill-Onorevoli nterpellant ġie nvestigat. Jirriżulta li l-ammont dovut imsemmi ġie akkumulat matul perjodu ta’ żmien. L-aħħar darba li l-konsumatur ħallas kollox imur lura għas-sena 2004. Fil-fatt il-kontijiet kollha tad-dawl u ta’ l-ilma sa Diċembru 2004 ġew imħallsa. Mill-investigazzjonijiet li għamilna rriżulta li l-konsumatur kemm-il darba kkontesta l-konsum għoli. · 2001 – inspezzjoni ta’ l-ilma fejn ma rriżultax li kien hemm xi anomalija fis-servizz ta’ l-ilma · 2002 – l-arloġġ ta’ l-ilma ġie mibdul, ttestjat fejn instab li kien qed jaħdem tajjeb. · 2005 – saret inspezzjoni oħra fejn għal darb’oħra ġie kkonfermat li m’hemm l-ebda leakage jew xi anomlija oħra · 2005 – Mistoqsija Parlamentari Nr. 11276 – liema risposta ġiet risposta li l-konsum kien wieħed raġonevoli għal familja ta’ 7 min-nies · 2006 – sar test ta’ l-arloġġ tad-dawl fejn ġie kkonfermat li kien qed jaħdem tajjeb ukoll · 2006 – il-ħaddiema tal-KSI reġgħu għamlu nspezzjoni oħra fejn din id-darba nstab li kien hemm xi telf ta’ ilma mit-tank ta’ l-ilma. Irriżulta li kien hemm it-tank qed ifur. Il-konsumatur ġie nfurmat biex isewwi din il-ħsara mill-aktar fis. B’konsegwenza ta’ dan il- leakage il-konsumatur ingħata kreditu. · 2007 – fuq rapport tal-konsumatur reġgħet saret inspezzjoni oħra fejn l-arloġġ reġa’ nstab li qed jiffunzjona tajjeb. Wara li saru bosta verifikazzjonijiet fuq il-post imsemmi u ma rriżultat l-ebda anomalija, m’hemm l-ebda lok għal xi tnaqqis jew reviżjonijiet. Nissuġġerixxi lill-konsumatur biex jagħmel appuntament mal- credit control section tal-Korporazzjoni Enemalta biex jidħol f’arranġament biex ikun jista jħallas il-kontijiet pendenti.

Korporazzjoni Enemalta — wires tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li ħaddiema tad-Dipartiment tal-Korporazzjoni Enemalta jaraw li l-wires li huma fuq barra tal-post tal-individwu, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, u li jidhru perikolużi ħafna jiġu rranġati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-wires li saret referenza għalihom mhumiex responsabbiltà tal-Enemalta.

Ħwienet tal-laħam

Question

B'referenza għat-twieġba tal-mistoqsija parlamentari 21887, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm ħwienet tal-laħam li huma reġistrati biex jagħmlu din l-attività skont id-Diviżjoni tal-Kummerċ? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm ħarġu liċenzji ta' dan il-ġeneru ta' negozju matul l-2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħlijiet fid-Dipartimenti u uffiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Xiri ta' karozzi eco-friendly

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'se tkun il-proċedura li biha se titmexxa l-iskema mħabbra fil-budget dwar xiri ta' karozzi eco-friendly u l-għoti ta' €2000? Meta se tibda titħaddem din l-iskema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din l-isema bdiet titħaddem mill-15 ta’ Novembru li għadda. L-iskema s’issa kienet ta’ suċċess, tant li fl-ewwel gimgħatejn kien hemm 455 persuna li bbenefikaw minnha. Dettalji dwar il-proċedura li biha titmexxa l-iskema jinstabu fil-Gazzetta tal-Gvern maħruġa fit-12 ta’ Novembru numru 18,670, jew fuq is-sit elettroniku elenkat hawn taħt: http://finance.gov.mt/image.aspx?site=MFIN&ref=Grants Car Scheme

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 1 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mir-riċerka u żvilupp.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 2

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 2 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-edukazzjoni, xogħol u familja.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 8

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 8 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara studju dwar il-bżonnijiet ta’ l-industrija, il-Malta Enterprise żviluppat l-iskema “Get Qualified” biex tħajjar studju avvanzat fis-setturi li qed jidhru f’dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Bħalissa qed jiġu milqugħa applikazzjonijiet minn ‘ education providers ’ biex il-korsijiet tagħhom ikunu jistgħu jikkwalifikaw taħt din l-iskema. Għaddejjin ukoll diskussjonijiet man- National Council for Higher Education sabiex tiġi sottomesa applikazzjoni għall-fondi taħt l-ESF biex jiġi milħuq aħjar dan il-għan.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 9

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 9 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Enterprise żviluppat numru ta’ skemi li jinkoraġġixxu riċerka u żvilupp sabiex ikun hawn xogĦolijiet gĦal high skilled and research human capital. Bdew ukoll xogħolijiet fuq il-Life Sciences Park biex f’Malta ikun hawn lok għal xogħlijiet ta dan it-tip. Fir-rigward ta’skemi f’dan is-sens imnedija min-naħa tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Ministru responsabbli minn din il-Korporazzjoni.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 12

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 12 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar snin, il-Malta Enterprise varat numru ta’ skemi li l-għan tagħhom hu li jgħinu lill-industrija ittejjeb il-prodotti, servizzi u s-swieq lit opera fihom. Uħud minn dawn l-iskemi indirizzaw l-adozzjoni ta’ standards kif ukoll l-iżvilupp ta’ human capital. Fost dawn insibu: - L-SME Development Grant Scheme li tagħti għajnuna biex jiġu ingaġġati esperti kwalifikati biex jgħinu l-intrapriżi u l-impjegati tagħhom jadottaw l-istandards bżonnjużi biex jiġu żviluppati prodotti, servizzi u swiuq ġodda; - L-ERDF International Competitiveness Scheme li tagħti assistenza lill-intrapriżi biex jakkwistaw ċertifikazzjoni meħtieġa biex jagħmlu kummerċ tal-prodotti jew servizzi tagħhom fi swieq partikulari; u - Il-Business Advisory Service Scheme, li permezz tagħha il-Malta Enterprise toffri servizz ta’ konsulenza li jgħin mil-qrib lill-intrapriżi fl-iżvilupp u t-tkabbir tagħhom, billi jiġu identifikati standards neċessarji u il-proċess bies tasal għalihom.