Jista' l-Ministru jgħid kemm saru inspections fuq trakkijiet li kienu qed iġorru karti, kartun u plastik matul ix-xhur Jannar u Settembru 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-inspections li jsiru fuq it-trakkijiet mill-Awtorità ghat-Trasport f’Malta jikkonċernaw il-piż u l-kundizzjoni tal-vettura u mhux il-kontenut li jkun qiegħed jinġarr. Barra minn hekk, l-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta ma żżommx rendikont tat-tip ta’ tagħbija li tkun qed tinġarr mit-trakkijiet li jiġu spezzjonati waqt roadside inspections, ħlief f’każijiet fejn tkun qed tinġarr tagħbija perikoluża jew fejn tkun trid tittieħed azzjoni legali minħabba ksur tar-Regolamenti Dwar Pizijiet, Dimensjonijiet u Tagħmir tal-Vetturi bil-Mutur (L.S.65.21).
Tagħbija ta’ karti, kartun u plastik mhijiex meqjusa bħala tagħbija perikoluża.
Mosta — Triq Rafel Caruana Dingl - munzelli ta' torba
Question
Jista' l-Ministru jagħti parir lill-Awtorità dwar it-Trasport biex tibgħat lil xi kuntrattur ineħħi munzelli ta' torba li nġabru u li qed jiġmgħu l-ħmieġ magħhom, apparti l-inkonvinjent li din l-istess torba qed toħloq lin-nies tal-akwata, liema munzell ta' torba jinsab fi Triq Rafel Caruana Dingli, kantuniera ma' Triq Karlu Darmanin fil-Mosta? Jista' jgħid kemm iddum l-Awtorità dwar it-Trasport biex taġixxi fuq il-pariri li jkun ta l-Ministru f'termini ta' ġranet, ġimgħat jew xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
waste points madwar Malta sabiex bowsers ibattlu d-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm waste points madwar Malta sabiex bowsers li jbattlu d-drenaġġ ikunu jistgħu jużaw sabiex jagħmlu dan? Jista' jgħid jekk hemmx xi politika partikolari fuq dan is-suġġett u jekk kienx hemm iktar waste points li n-numru tagħhom kellu jitbiddel jew jonqos? Jekk iva, għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-discharge points sabiex bowsers ibattlu d-drenaġġ fihom jinstabu fi Triq Għarreqin, Mtarfa, fir-Racecourse Car Park, Marsa, f’ Tal-Hida, Mqabba u f’Żabbar Road, Żejtun.
Il-politika fuq din il-materja hija regolata b-Avviz Legali 139/2002. Dawn id-
discharge points
jistgħu jiġu riveduti minn żmien għal żmien.
Nikkonferma li fil-passat kien hemm numru ieħor ta’
discharge points
li tneħħew jew minħabba żvilupp ta’ bini residenzjali fil-viċin jew inkella minħabba r-riskji ta rimi illegali ta’ skart u l-ħsara li setgħet issir permezz t’hekk.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trakkijiet li llum iġorru l-ilma bħall-bowsers u t-trakkijiet li jġorru d-drenaġġ, humiex reġistrati bħala vetturi li jagħmlu dan il-ġarr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li trakkijiet li jġorru l-ilma huma rreġistrati bħala vetturi għall-ġarr tal-merkanzija b’żewġ kategoriji;
Bowsers
għall
-
ilma tajjeb għax-xorb
u
Bowsers
għall
-
ilma mhux tajjeb għax-xorb
Filwaqt li trakkijiet li jġorru d-drenaġġ huma rreġistrati bħala vettura ta’ għamla speċifika għal dak il-għan
.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-introduzzjoni tat-tariffa fuq d-drenaġġ kienet stipulata minħabba il-ħtiġijiet tal-Water Framework Directive tal-Unjoni Ewropea? Hemm xi pjani biex dawn it-tariffi jkomplu jogħlew kemm-il darba l-kwalità tal-free groundwater jkompli jiddeterjora u r-reverse osmosis energy costs (RO) jkomplu jiżdiedu, anke minħabba l-prezz dejjem jiżdied tal-carbon? Għaliex l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi ma ħassitx il-ħtieġa li tagħmel stakeholder consultation dwar it-tariffi riveduti billi dawn kienu jinkludu wkoll tariffa fuq id-drenaġġ? It-taxxa fuq id-drenaġġ kif ser tinħadem - fuq bażi ta' kull persuna li tgħix fir-residenza kkonċernata (per person living in the house basis) jew abbażi tal-konsum tal-ilma mill-mains? Din it-tariffa fuq id-drenaġġ kif ser tapplika għall-konsumaturi industrijali u non residenzjali? F'dawn il-każi ser tkun marbuta wkoll mal-mains tal-konsum tal-ilma? Dawk li jagħmlu discharging ta' ammont kkonċentrat ta' wastewater(sewage) bħal fil-każi tal-irżieżet tal-annimali u abatoirs dawn ser jiġu charged bl-istess mod? Meta wieħed iqis li tul is-snin il-Gvern, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u anke l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi ħadu deċizjonijiet żbaljati strateġiċi gravi, iħoss il-Gvern li huwa ġust li l-full sewage cost għandu jgħaddi għal għand il-konsumatur? Jagħmel sens li wieħed jżid it-tariffi tal-ilma meta għadha tipprevali sistema fejn wieħed jista' jagħmel extraction ta' groundwater bla ebda kontrolli ta xejn kwazi b'xejn u bla limiti fuq l-ammonti tal-ilma estratt? Ma jaħsibx li dan jista' jwassal għal żieda ta' groundwater extraction mis-settur privat li jista' saħansitra jwassal għal deterjorazzjoni fir-riżervi tal-ilma tal-pajjiż? Il-Gvern iħoss li l-iskema kif mħabbra sejra tinċentiva biżżejjed lill-heavy consumers biex jsalvaw, jiffrankaw u anke jirriċklaw l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma li t-tariffi fuq drenaġġ iddaħħlu minħabba l-Water Framework Directive. Filwaqt li għal raġunijiet ovvji ma jistax ikun eskluż li l-prezz tal-ilma ivarja skond kif tvarja l-ispiża ta’ produzzjoni tal-ilma, nistqarr li l-Gvern m’għandux il-pjan li jżid it-tariffi.
Dwar il-konsultazzjoni li setgħat għamlet jew m’għamlitx l-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
It-tariffa fuq id-drenaġġ hija waħda fissa, u mhux skond il-konsum. Din it-tariffa tapplika l-istess ukoll għal konsumatur mhux residenzjali, u ukoll ma tvarjax mal-konsum.
L-Onorevoli Interpellant m’huwiex korrett meta jgħid li l-full sewage cost ser jgħaddi għand il-konsumatur. Dan huwa ħafna l-bogħod mir-realta għaliex għas-sena 2010 l-Gvern ser jgħaddi sovvenzjoni ta’ €14,081,000 lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma: bħala parti mill-finanzjament tal-ispiża rikorrenti tal-Wastewater.
Il-Gvern qagħad ukoll attent li waqt li jirrispetta d-Direttiva Ewropea li tobbligana nassiguraw li jkun hemm tariffa li tiġbor imqar parti mill-ispiża tad-drenaġġ, it-tariffa daħħalniha b’mod li ma teffetwa xejn l-ispiża tal-konsumaturi.
Dwar dawk li jagħmlu discharging ta’ ammont kkonċernat ta’ wastewater dawn huma regolati b’Avviż Legali 139 ta’ l-2002 kif emendat b’Avviż Legali 387 tal-2005.
Peress li l-Onor Interpellant ma qalx għal liema deċiżjonijiet strateġiċi gravi qed jirreferi, m’hiniex f’pożizzjoni nikkumenta dwar l-allegazzjoni. Dwar l-estrazzjoni ta’ ground water, nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Fl-aħħarnett ir-rati tal-ilma mtarrġa skond il-konsum, jinċentivaw iktar għaqal fil-konsum tal-ilma u b’estensjoni loġika ta’ dan, għaqal fir-rimi tiegħu meta jkun użat.
Billi skond stqarrijiet li dehru fl-istampa l-Kunsill Lokali tal-Gżira m'għandu x’jaqsam xejn ma' dan u d-deċiżjoni taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Gvern Ċentrali, jista' l-Ministru jgħid x’wassal lill-Awtorità dwar it-Trasport biex fil-ħinijiet ta’ tard bil-lejl toħloq perikli kbar għas-sewwieqa billi qed titfi regolarment it-traffic lights li hemm bejn Sliema Road u Rue D’Argens, il-Gżira?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li ser jagħmel ix-xogħlijiet supplimentari fi Triq Merkanti, il-Belt u jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender jew b'direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12974 u jgħid kemm-il darba nqata' d-dawl f'xi lokalità minn Ġunju li għadda? Jista' jagħti d-dati, l-lokalitajiet milquta u r-raġuni ta' meta mar id-dawl f'dan il-perjodu?
Korporazzjoni Enemalta — ħlas għal ħsarat fuq appliances minħabba qtugħ ta' dawl
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12976 u jgħid kemm saru claims lill-Korporazzjoni Enemalta matul l-aħħar sena għall-ħsarat ta' appliances wara qtugħ ta' dawl u/jew power surge? Jista' jgħid meta u fejn sar kull każ? Kemm minnhom ġew riżolti u x'ammont ta' flus tħallas mill-Korporazzjoni Enemalta għal dawn il-ħsarat?
Qrendi — Triq Dun Nerik Mahoney - twessiegħ tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tinfetaħ u titwessa Triq Dun Nerik Mahoney, il-Qrendi peress li l-aċċess għal din it-triq hu tant dejjaq li ċerti servizzi essenzjali lanqas jistgħu jiġu provduti?
L-expropriation għat-twessiegħ meħtieġ sar? Meta hu maħsub li se jinbeda x-xogħol fuq din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14085 u 12286 u jgħid x'kienet l-ispiża matul is-snin 2008 u 2009 relatata mal-proġett tat-Triq tal-Għadira?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Ras il-Wied Wardija hijiex proġettata li ssir bil-cold asphalt wara li saru diversi xogħlijiet ta' manutenzjoni mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-inkjesta li kienet ġiet kkummissjonata mill-Korporazzjoni Enemalta wara l-qtugħ riċenti li kien hemm fil-power station?
Response (GATT, AUSTIN)
Minħabba l-fatt li l-inkjesti tal-Pulizija u tal-Maġistrati għadhom ma ġewx konklużi, ma jkunx prudenti li jiġi ppublikat r-rapport tal-Enemalta għalissa
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13118 u ċioe: B'referenza għall-iżbroff li kien hemm minħabba tfiegħ illegali fis-sistema tad-drenaġġ li qed iwassal għall-iżbroff li kien hemm u għad ikun hemm mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ taċ-Ċumnija fil-Mellieħa:
a) Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn l-irżieżet tal-majjali u jekk hux se jittieħdu passi kontra min qiegħed iwettaq dan l-imsemmi abbuż?
b) Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li la darba l-problema ġiet identifikata, ma tteħditx azzjoni mill-ewwel kontra dan l-abbuż?
ċ) Jista' jgħid xi kwantità ta' ilma/likwidi jiflaħ dan l-impjant qabel ma jibda jitfa' fil-baħar drenaġġ mhux trattat? X'azzjoni qed tieħu l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tikkontrolla din il-problema?
d) Jista' jgħid x'analiżi saret tal-ħsara marittima li diġà seħħet fl-inħawi tal-Impjant?
e) Il-Ministeru informa lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika b'dan l-iżbroff tad-drenaġġ fil-baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-irziezet konċernati huma potenzjalment dawk kollha li joperaw fit-Tramuntana ta’ Malta. Il-KSI bdiet tieħu passi permezz ta’ ittri li ntbagħatu lill-diversi irziezet li kienu qed ibattlu fit-Tramuntana ta’ Malta permezz ta’ bowsers sabiex dawn ibattlu f’postijiet alternattivi, bħala miżura temporanja.
Is-sidien ta’ l-irziezet ġew ukoll infurmati diversi drabi jikkonformaw ma' l-Avviż Legali LN 139 ta’ l-2002 dwar il-kontroll ta’ rimi fis-sistema tad-drenaġġ.
Rigward azzjoni t'infurzar, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
L-impjant jiflaħ massimu ta’ 785 m3 fis-siegħa sa massimu ta’ 1,260 m3 bl-ilma tax-xita.
Il-ħsara li ssir lill-ambjent marittimu f’dawn il-każijiet hija waħda minuri u riversibbli u b’hekk l-analiżi li jsiru huma dawk ta’ l-ilma ttrattat fil-ħruġ ta’ l-impjant.
F’każ ta’ żbroffi ta’ volumi sostanzjali ta’ ilma mhux trattat għall-livelli meħtiega, il-KSI tinforma l-awtoritajiet konċernati.
Feasibility study u Environment Impact Assessments
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13536, 13226 u 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista l-Ministru jagħti ta' l-inqas ħjiel jekk xi darba humiex sejrin isiru x-xogħlijiet fi Triq l-Antinni, Mosta liema xogħlijiet ilhom jistnnew li jsiru aktar minn 30 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.