Legislature:
Category:
Reset
Active:

Garages — arloġġ tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' postijiet kummerċjali li hemm reġistrati li għandhom arloġġ tad-dawl madwar Malta u Għawdex? Billi jidher li anke garages ta' karozza waħda li għandhom arloġġ separat minn dik tad-djar fejn jinsabu huma meqjusa bħala postijiet kummerċjali, u billi ħafna drabi dawn il-postijiet ikollhom xorti jekk jaħlu unit wieħed ta' elettriku fis-sena, jista' jara li dawn il-garages ma jibqgħux jiġu meqjusa bħala postijiet kummerċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pavimentar f'toroq tal-Belt Valletta

Question

B'referenza għall-fatt li fil-jiem li għaddew inqala' l-pavimentar ta' Triq San Kristofru, Valletta bejn Strada Stretta u Triq ir-Repubblika; tenut kont li dan kien l-uniku paviment oriġinali tal-Kavallieri li kien fadal fil-Belt Valletta; tenut kont li dan evidentement inqala b'aggeggi goffi u mhux bl-iskop li jitqiegħed f'postu; tenut kont li evidentement l-iskuża li nġabet wara, jiġifieri li kienu se jinbidlu xi mains tal-ilma u s-slabs oriġinali kienu se jintefgħu lura f posthom, jista' l-Ministru jgħid: a) Għala nqalgħu dawn is- slabs ? b) Inkisrux xi slabs fil-proċess tat-tqattiegħ? ċ) Jikkonfermax li s-slabs oriġinali kollha se jerġgħu jintefgħu f'posthom? Meta se jsir dan? Fejn tqiegħdu s-slabs fil-frattemp? d) X'kien l-involviment tal-aġenzija Heritage Malta u s-sovraintendenza għall-patrimonju kulturali f'dan kollu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

karozzi impurtati minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea — taxxa fuq ir-reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi impurtati minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea ġietx mibdula jew le? Jekk fl-affermattiv, meta saret din il-bidla u jekk saritx xi kampanja/reklami biex dan ikun magħruf?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Luqa — toroq li jirrikjedu xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14573 u jagħti indikazzjoni meta s-segwenti toroq ġo Ħal Luqa li kienu mwiegħda mill-Awtorità dwar it-Trasport li se jitlestew sat-30 ta' Diċembru 2008 u sal-lum għadhom m' humiex lesti, effettivament ser jitlestew? It-toroq huma: a) Triq Pietru Saliba b) Triq Ġuseppi Ellul ċ) Triq Patri Indri Schembri d) Triq Sebastiano Saliba Oltre fi Triq Pietru Saliba jeħtieġ ukoll li tinfetaħ parti mit-triq diġà proġettata għal dan il-għan biex l-ilma tax-xita ma jibqax jidħol fir-residenzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawn it-toroq huma inklużi fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mill-Gvern Ċentrali u x-xogħol fuqhom jinbeda skond ir-riżorsi u l-prijoritajiet li jkunu stabbiliti. Rigward Triq Pietru Saliba, jien infurmat li din il-kwistjoni tal-ilma ġiet riferita lill-Transport Malta sabiex din tinvestiga il-każ u tieħu dawk il-passi neċessarji biex jittaffew il-problemi li jkunu identifikati u dawn dejjem skond il-prijoritajiet li jirriżultaw lill-istess Awtorità.

San Pawl il-Baħar u Burmarrad — pelican lights

Question

Billi issa għadda ħafna żmien minn mindu ġew approvati l-pelican lights f'Burmarrad u f'San Pawl il-Baħar u billi dawn għadhom ma twaħħlux, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li fil-fatt jiġu stallati dawn il-pelican lights approvati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qrendi — Triq Dun Nerik Mahoney - tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jinbeda x-xogħol ta' tarmac fi Triq Dun Nerik Mahoney il-Qrendi? Jista' jgħid meta huwa stmat li titlesta din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant isir meta jkunu allokati l-fondi meħtiega lill Transport Malta u skond il-prijorità ffissata.

trakkijiet li jġorru ilma jew drenagg — regolamenti ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trakkijiet li llum qed iġorru l-ilma jew id-drenagg iridux jinbidlu minħabba regolamenti ġodda li daħlu jew se jidħlu fis-seħħ? Jekk iva, hemm xi għajnuna għas-sidien tat-trakkijiet biex ikunu jistgħu jagħmlu dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorità dwar it-Trasport — Mosta - Triq Durumblat

Question

Jista' l-Ministru jagħti parir lill-Awtorità dwar it-Trasport sabiex isir xogħol fi Triq Durumblat limiti tal-Mosta fil-biċċa qabel ma ddur eżatt biex tidħol għal Ta' Qali, liema parti fformat tarġa fit-triq li tista' tikkawża ħsarat kbar fil-karozzi tar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta diġà ħadet l-passi biex partijiet minn Triq Durumblat inkluż il-parti li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tkun irranġata u dan billi ħarġet kuntratt ta' major patching.

Awtorità dwar it-Trasport — Triq Valletta - ħofor fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jagħti parir lill-Awtorità dwar it-Trasport sabiex issewwi toqob fi Triq Valletta il-parti li taqbeż il-Knisja ta' San Silvestru inti u dieħel il-Mosta, liema partijiet fihom ħafna toqob u ħofor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ħareġ kuntratt ta' major patching sabiex jiġu rranġati partijiet mit-triq imsemmija.

Awtorità dwar it-Trasport — Mosta - bankina fi Triq Durumblat

Question

Jista' l-Ministru jagħti pariri lill-Awtorità dwar it-Trasport biex fi Triq Durumblat bejn il-Mosta u Ħ'Attard tinbena bankina imqar naħa waħda tat-triq ħalli r-residenti li jmorru jimxu f'din t-triq għallinqas ikollhom bankina li jistgħu jimxu fuqha mingħajr ma jipperikolaw ħajjithom bit-traffiku li jkun għaddej?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

Ħsarat fil-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ċittadin li jagħmel ħsara fil-karozza tiegħu minħabba stat ħażin tat-toroq jistax ifittex lil xi awtoritajiet responsabbli mit-toroq jew lill-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li m'hix il-konswetudni li l-Ministri jagħtu pariri legali b'risposta għad-domandi parlamentari.

Kumpens għall-ħsarat fil-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jispjega il-proċedura li ċittadin komuni li jagħmel ħsara fil-karozza tiegħu minħabba ħofor u ħotob li jkollu fit-toroq tiegħu jrid jagħmel sabiex jingħata l-kumpens għall-ħsarat li jkun għamel?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12793 .

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12374 u jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Internal audits f'awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ dawk l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li: a) għandhom internal auditor ? b) li għad m'għandhomx internal auditor ? ċ) f'każ ta' dawk li għandhom internal auditor jgħid kemm ilu li nħatar u min huwa? d) filwaqt li jagħti raġuni għaliex m'hemmx internal auditor f’dawk l-entitajiet li s’issa għad m'għandhomx wieħed, jindika ukoll meta dan il-vojt mistenni jimtela'?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ċifra globali għall-fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.

Tqegħid ta' baga fix-Xlendi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett tat-tqegħid ta’ baga fix-Xendi biex magħha jkunu jistgħu jorbtu l-cruise liners? X’jonqos isir biex titqiegħed din il-baga? Hemm xi deċiżjoni biex titqiegħed xi baga oħra x’imkien ieħor f’Għawdex? Hemm xi deċiżjoni li jsiru xi pontoons għall-cruise liners fl-inħawi tal-Mġarr jew x’imkien ieħor madwar Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tender għall-baga tax-Xlendi ġie mogħti u l-baga mistennija titqiegħed matul it-tieni kwart ta' din is-sena. M'hemm l-ebda deċizjoni sabiex titqiegħed xi baga oħra jew irmiġġi għall-cruise liners fl-inħawi tal-Imġarr jew madwar Għawdex.

Cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li jidħlu cruiseliners f’Malta għaliha u Għawdex għalih matul l-2010? Kemm daħlu fl-2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sal-lum Transport Malta hija iffurmata b'274 cruise liner li mistennija jidħlu fil-Port il-Kbir. S'issa,. m'hemm l-ebda żjara mistennija f'Għawdex. Matul is-sena 2009, 260 cruise liner daħlu Malta filwaqt li 5 cruise liners żaru Għawdex.

Bieb il-Belt u l-Parlament — awtorità responsabbli - informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hi l-awtorità responsabbli mill-bini ta' Bieb il-Belt u l-Parlament? Min huma l-persuni li jagħmlu parti minn din l-awtorità? Kif sar ir-reklutaġġ ta' dawn il-persuni? Meta jaħseb li se jibda x-xogħol fuq dan il-proġett? X'inhuma t-timeframes ta' dan il-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-awtorita' responsabbli mill-bini ta' Bieb il-Belt u l-Parlament hija The Grand Harbour Regeneration Corporation plc. Il-persuni li jagħmlu parti minn din l-entita' huma Chief Executive Officer u Chief Finance Officer li ġew reklutati bħala "persons of trust" u zewġ project leaders u skrivan li ġew reklutati wara sejħa tal-ETC. Ix-xogħol fuq dan il-proġett mistenni jibda ftit wara li joħroġ il-permess tal-MEPA u huwa maħsub li jiġi komplut fi żmien tlett snin.