uffiċjali li jagħmlu użu mill-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21064 u 20094 u jindika min huma l-uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta li jagħmlu użu tal-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta li tiġi maħruġa miċ-chairman? Jekk hemm iżjed minn credit card waħda li tintuża, jista' jagħti breakdown sħiħ tal-ispejjeż tal-credit cards tal-Korporazzoni Enemalta għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21658.
Kuntratturi / Kumpaniji tal-kostruzzjoni — ċifra ta' flus globali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21143 u 20550 u jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji tal-kostruzzjoni/ tal-kostruzzjoni tat-toroq?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20550.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21144 u 20551 u jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji farmaċewtiċi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20551.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 48
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20984 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 48 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20984.
SR Technique — kwestjoni dwar storbju ta' magni tal-ajruplani
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20574, jista' l-Ministru jgħid jekk wara li saru d-diskussjonijiet bejn il-Malta Enterprise u l-kunsilli lokali ta' Ħal Safi u Ħal Kirkop dawn qablux ma' dak li spjegatilhom l-istess Malta Enterprise? F'liema stadju waslu t-taħditiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taħdidiet għadhom għaddejin.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 54
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20990 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 54 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20990.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 2
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21160 u 20857 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 2 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20857.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 1
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21159 u 20856 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 1 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20856.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21401 jgħid kemm kien is-subvention tal-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma s-sena li għaddiet? Il-Korporazzjoni ħallset id-djun kollha tagħha fuq investiment speċjalment f'reverse osmosis membranes u energy recovery devices?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21401.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ammonta l-average net pay għal kull grad fil-gradi ta' ATCO S, ATCO 3, ATCO 2 u ATCO 1, sena b'sena għas-snin 2009 u 2010 s'issa? Għall-istess impjegati, kemm kienu s-sigħat ta' overtime matul l-2009 u l-2010 s'issa (total għal kull sena)? Kemm intilfu ġranet ta' xogħol minħabba sick leave li ttieħed mill-istess gradi matul l-2009 u l-2010 s'issa (total għal kull sena)? Qed jikkonsidra li jżid in-numru ta' ATCOs?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min iżid jgħid li l-kumpanija għandha ftehim mall-Union li timpjega mhux aktar minn 55 ATCOs. Għaldaqstant din il-kundizzjoni hija suġġett li l-ATCOs iżommu r-ratings kollha tagħhom, sabiex ikun hemm il-flessibilità biex jinżamm il-kumpliment meħtieġ. Sakemm l-ATCOs iżommu r-ratings, il-kumpanija m’għandhiex ħtieġa biex timpjega iżjed kontrolluri.
Jista' l-Ministru jgħid taħt liema kategorija l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qiegħed ipoġġi lill-Industrija tal-Gaming rreġistrata Malta? Kemm hu d-dħul tagħha u xi qligħ qegħda tagħmel? X'effett qed ikollu dan id-dħul u qliegħ fuq it-tkabbir tal-prodott gross domestiku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Industrija tal-Gaming hija klassifikata b’dan il-mod:
NACE Rev. 1.1 – Settur 92 - “Recreational, Cultural and Sporting Activities” – Sotto-settur 92.71 - “Gambling and Betting Activities”.
Rigward statistika dwar din l-industrija, nixtiequ nagħmlu referenza għat-tweġiba li tajna għall-mistoqsija parlamentari 16298 fis-7 ta’ Mejju ta’ din is-sena. L-NSO ma jistax joħroġ din l-istatistika għaliex hija meqjusa bħala kunfidenzjali. Għaldaqstant, l-Uffiċċju ma jkunx konformi mal-Att tal-Istatistika tal-Awtorità ta’ Malta jekk jagħti din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħaddem nies magħha b'mod dirett u indirettament l-Industrija tal-Gaming u kemm minn dawn jaħdmu full-time u/jew part-time?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21742.
Malta Film Commission — reazzjoni dwar l-iskandlu ambjentali tad-Dwejra
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni tal-Malta Film Commission għall-iskandlu ambjentali tad-Dwejra in konnessjoni mal-ffilmjar li sar hemmekk?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Film Commission temmen li għandu jsir minn kollox sabiex il-wirt srotiku u naturali ta’ pajjiżna jibqa jitgawda mill-ġenerazzjonijiet li ser jiġu warajna. Il-Kummissjoni temmen ukoll li dan il-wirt, huwa wieħed mill-aspetti li jattiraw din l-industrija lejn pajjiżna u għalhekk qatt ma jista’ jkollha reazzjoni pożittiva għal inċident bħal dak tad-Dwejra.
Il-Kummissjoni temmen li l-benefiċċji li jħallu warajhom produzzjonijiet li jirnexxielna nattiraw lejn Malta huma kbar kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma nfieq dirett, impjiegi, kif ukoll “spin-off effects”. Madanakollu, meta wieħed jikkunsidra dawn il-benefiċċji, wieħed irid isib il-bilanċ sabiex ma jittieħdux riskji żejda.
Filwaqt li l-Kummissjoni ma tixtieq qatt li jirrepeti ruħu inċident bħal dan, temmen li dan huwa inċident isolat. Il-ħafna produzzjonijiet li ħadmu ġewwa pajjiżna fis-snin li għaddew, normalment mhux talli ma jħallux impatt ħażin fiz-zoni li jsir il-filming, iżda jitħalla ambjent aħjar minn dawk li jkun oriġinarjament instab.
Ħlas tal-kont tad-dawl ta' three phase minflok ta' single phase
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li qed tgħid li kont tad-dawl tagħha minflok ta' single phase qed tħallas ta' three phase ? Jista' jinvestiga u jara jekk hux minnu? Jekk iva, hux se tieħu l-kumpens?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kont ġie rrevedut u l-konsumatriċi infurmata b’din ir-reviżżjoni.
Billi l-Ministru għal Għawdex ma kenitx f'pożizzjoni li twieġeb għall-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 20339, jista' l-Ministru jgħid meta se jerġa' jiftaħ il-canteen tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Kemm ilu li sar l-kuntratt il-ġdid tal-kiri ta' dan il-canteen? Jekk il-kera bdiet, qiegħda titħallas minn min ħa l-kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Kuntratt il-ġdid tal-kiri tal-canteen beda jgħodd mid-data tal-iffirmar tal-kuntratt, jiġifieri mill-31 ta’ Mejju 2010. Il-kera tħallset regolarment sal-aħħar ta’ Novembru 2010 u għadu kif ħareġ il-kont biex jitħallas il-perjodu tas-6 xhur li jmiss. Mill-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, il-kerrej qiegħed jirranġa dan il-fond sabiex ikun jista’ jinfetaħ.
Jista' l-Ministru jara jekk hemmx rimedju għall-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet ġiet bil-karti tar-raġel li huwa mejjet sabiex tipprova taqleb id-dawl minn fuq ir-raġel għal fuqha u ċ-cheque tad-dawl u l-ilma reġa' ġie fuq ir-raġel, peress li din ma tiflaħx terġa' tagħmel dawk is-sigħat twal fil-queue, biex jekk hu possibbli dawn it-talbiet terġa' tagħmilhom bil-posta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-informazzjoni li għandna fis-sistema tagħna, il-konsumatriċi qatt ma ġiet l-uffiċini tagħna bid-dokumentazzjoni neċessarja u ċ-ċekk inħareġ għall-ewwel darba f’Novembru minħabba li fil-lista preċedenti, il-konsumatriċi kienet mniżżla taħt il-każijiet soċjali. Il-konsumatriċi tista timla l-formula tal-bidla tal-konsumatur u tibgħata flimkien ma’ kopja tal-karta tal-identita’ u ċ-ċekk li rċeviet u tibgħat kollox bil-posta.
Kuntratt għall-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għamilx użu mill-klawsola fil-kuntratt għall-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, liema klawsola kienet tgħid li dawk li jagħmlu dikjarazzjoni falza għandhom ikunu mmultati 10% tal-valur tal-kuntratt? Dan fid-dawl tal-fatt li l-kumpanija BWSC naqset milli tiddikjara, kif kienet obbligata li tagħmel, li mill-inqas tliet sub-contractors tagħha kienu involuti f’każi ta’ korruzzjoni u frodi.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Kuntratt għall-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għamilx użu mill-klawsola fil-kuntratt għall-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, liema klawsola kienet tgħid li dawk li jagħmlu dikjarazzjoni falza għandhom ikunu mmultati 10% tal-valur tal-kuntratt? Dan fid-dawl tal-fatt li l-kumpanija BWSC naqset milli tiddikjara, kif kienet obbligata li tagħmel, li mill-inqas tliet sub-contractors tagħha kienu involuti f’każi ta’ korruzzjoni u frodi.
Enemalta — stallazzjoni ta' dwal f'pelican lights, zebra crossings u traffic lights
Question
B'referenza tal-mistoqsija parlamentari 22097, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt hemmx applikazzjonijiet għall-istallazzjoni tad-dawl fit-tieni pelican lights li hemm f'Burmarrad (li ilhom imwaħħla u li għadhom bla dawl) kif ukoll jekk hemmx applikazzjoni għad-dawl għall-pelican light li hemm imwaħħla (għadhom bla bozoz) fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illli huwa konfermat li hemm applikazzjoni għall-pelican light li hemm f’Burmarrad u din hija l-istess applikazzjoni li ġiet rapportata fir-risposta li nagħtat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 22097. Dan il-pelican light għandu jingħata servizz fi żmien qasir.
Rigward il-
pelican light
li jinsab fi Triq il-Wileġ St Paul’s Bay, skont ir-
records
tal-Enemalta ma jirriżultax li saret applikazzjoni.
Kuntratturi / Kumpaniji tal-kostruzzjoni — ċifra ta' flus globali
Question
Jista' l-Minsitru jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji tal-kostruzzjoni/ tal-kostruzzjoni tat-toroq?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-kostruzzjoni tat-toroq.