Jista' l-Ministu jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11395 u 10521 u jgħid kemm ġabet flus lejn il-pajjiż bix-xogħol li kienet qed tagħti bħala servizz lill-klijenti tagħha barranin li kienu jagħmlu użu mill-istess servizzi li kienet toffri t-Tarzna ta' Malta fil-perjodi ta' bejn 1970-1980, 1980-1990, 1990-2000 u bejn l-2000 u l-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba hi ta' natura kummerċjali u mhux solitament li tingħata. B'danakollu qed nagħti t-turnover totali mill-1971'l hawn li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 5810, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi rigward il-ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14286 u 14081 u jgħid jekk jeżistux regolamenti għar-roti li ġew modifikati għall-mutur jew moped tal-petrol? Kemm trid tkun l-età? Hemm xi tip ta' test? Jekk isir inċident, min hu responsabbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-materja li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant hija regolata bir-Regolamenti tal-2004 dwar Ċikletti bil-Pedali u Muturi b'Qawwa Baxxa kif pubblikati b'Avviż Legali 129 ta' 2004.
Investigazzjoni mill-Korporazzjoni Enemalta dwar qtugħ tal-provista tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet ta' l-investigazzjoni interna li saret mill-Korporazzjoni Enemalta dwar il-qtugħ tal-provista tad-dawl li seħħ fit-18 ta' Novembru 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minħabba l-fatt li la l-inkjesta tal-pulizija kif ukoll dik maġisterjali ma ġewx konklużi, ma jkunx prudenti li l-konklużjonjiet tal-inkjesta interna jiġu kkommunikati.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Qrendi — Triq Dun Nerik Mahoney - twessiegħ tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14563 u jgħid meta se tinfetaħ u titwessa Triq Dun Nerik Mahoney, il-Qrendi peress li l-aċċess għal din it-triq hu tant dejjaq li ċerti servizzi essenzjali lanqas jistgħu jiġu provduti? L-expropriation għat-twessiegħ meħtieġ sar? Meta hu maħsub li se jinbeda x-xogħol fuq din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Triq Dun Nerik Mahoney, Qrendi hi waħda mit-toroq li hija inkluża fil-lista ta' toroq li jridu jinbnew mill-Gvern Ċentrali. Ix-xogħol f'din it-triq isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill "Transport Malta" u skond il-prijorità ffisata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala fil-kontijiet il-ġodda tal-elettriku u l-ilma, qiegħed jiddaħħal il-VAT meta qabel din it-taxxa ma kenitx inkluża fil-konijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid b’liema mod it-trasport tat-tfal tal-iskejjel tal-Gvern se jintlaqat mir-riforma fit-trasport pubbliku? Kif beħsiebu jaġixxi l-Gvern f’ dan il-qasam? Dan it-trasport se jibqa b’xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2009 u fis-sena 2010 s’issa kemm-il darba ċ-Chairman tal-Enemalta kellu laqghat ma’ individwu li għalihom kienet preżenti persuna mill-kumpanija Typeset Ltd li tefgħet l-offerta f’isem il-BWSC għall-estensjoni tal-Power Station f’Delimara, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif jista' jiġġustifika l-fatt li filwaqt li l-Gvern jgħid li jrid jinkoraġġixxi lill-poplu jinvesti ġewwa turbini tar-riħ, ċittadin jgħaddi minn difikultà kbira sabiex ikun jista' jġib il-permess ta' turbina żgħira li kulma fiha bħala diametru huwa 180 ċentimetru?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14002 u jgħid matul l-2009 kemm kienet il-produzzjoni tal-ilma għat-tisqija riċiklata mill-impjanti tad-drenaġġ f'pajjiżna? Kemm swiet iċ-ċifra ta' flus l-ispiża globali għal dan l-ilma riċiklat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li fl-2009 il-produzzjoni tal-ilma riċiklat għat-tisqija ammonta għal 1.24 miljun metru kubu bi spiża ta' €0.71 miljun.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar testijiet dwar is-seaworthiness għar-rigward il-vapuri tal-Gozo Channel u x'kienu r-riżultati? Jista' jgħid jekk dik il-kaxxa li tpoġġiet fit-taraġ ta' kull vapur tal-Gozo Channel bħala alarm hijiex skont ir-regolamenti tal-Health and Safety?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — dikjarazzjoni tal-ispejjez għal safar
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14300 u jara li jerġa' jitmexxa l-każ tal-famlija, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għadha tinsab bla dawl anke wara li diġà żaruha uffiċjali mill-Awtorità tad-Djar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għawdex — Triq Kortoll u Triq Ta' Sruġ fix-Xagħra - żbroff tad-drenaġġ
Question
Peress li r-residenti ta' Triq Kortoll u Triq Ta' Sruġ fix-Xagħra, Għawdex qed jilmentaw minn inkonvenjent li ġej minn żbroff ta' drenaġġ fiż-żona u li qed jikkontamina l-ilma ġieri li jispiċċa ġo spieri fl-inħawi, jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma jirriżultax li l-problema li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant ġejja mis-sistema tad-drenaġġ tal-Gvern iżda aktarx ġejja minn xi fossa privata li jista' jkun li qed tnixxi. Jien infurmat li l-Korporazzjoni ser tirreferi l-każ lid-Dipartimenti tas-Saħħa.
Korporazzjoni Enemalta — twaqqif ta' percipitators
Question
Jista' l-Ministru jispjega kif waqt li fit-tweġiba tiegħu għal mistoqsija parlamentari 13554, qal li l-precipitators li huma stallati fuq tliet boilers fil-Marsa Power Station għal numru ta' xhur matul l-2009 ġew imwaqqfin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minħabba li nħarġet Stop Notice fuq il-kuntrattur li jieħu ħsieb li l-flyash titneħħa skont ir-regoli, min-naħa l-oħra l-awtorità f'rapport datat Novembru 2009 qalet li l-Korporazzjoni Enemalta minn rajha waqqfet dawn il-precipitators ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — Principal technical Officer
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14183 u 13792 u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-każ fejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman sab li impjegat tal-Enemalta li ma kienx aċċettat għal kariga ta' Principal Technical Officer mill-Human Resources Department spiċċa xorta ngħata dan l-impjieg wara li intervjena għan-nom tiegħu c-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta, li dettalji tiegħu qed jintbagħat separatament? Qed ikun ikkunsidrat li jittieħdu passi dwar dan il-każ?