Legislature:
Category:
Reset
Active:

numru ta' speed cameras pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' speed cameras li hemm talbiet għalihom biex jitwaħħlu? F'liema lokalitajiet huma dawn it-talbiet? Meta hu mistenni li jitwahhlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Informazzjoni dwar bus shelters

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-bus shelters li twaħħlu matul l-aħħar ftit ġimgħat bejn Diċembru 2009 u llum? Kemm hawn bus shelters approvati li għad iridu jitqiegħdu f'posthom, u fejn jinsabu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rebate fuq solar heater

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex l-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għamel is-solar heater, applika għar-rebate u għadu qed jistenna biex jingħata dan ir-rebate? Jista' jgħid fiex wasal dan il-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — green jobs

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-kwadru usa’ tal-politika tal- Gvern lejn użu ta’ mekkaniżmi li jipproteġu u jsaħħu l-ambjent il-Ministeru tiegħi ħa diversi miżuri li fil-waqt li jgħinu l-ambjent b’mod dirett, b’mod indirett ukoll jgħinu sabiex jinħolqu l-green jobs jew inkella jgħinu biex jissaħħu dawk li jeżistu. Dawn il-mizuri jinkludu l-introduzzjoni ta’ karozza li taħdem bl-elettriku, is-separazzjoni tal-iskart, l-użu ta’ dwal energy savers, u prattiċi favur l-ambjent fix-xiri pubbliku billi per eżempju tintuża karta riċiklabbli kemm fil-Ministeru u kemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu.

Xatt ir-Risq u Baċir Nru 1 — xogħlijiet ta' tisbiħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jibda x-xogħol ta' tisbiħ fl-area tal-Baċir Nru 1 u Xatt ir-Risq ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq Xatt ir-Risq mistenni jibda’ għal bidu t’April 2010 filwaqt li dak fuq il-Baċir Numru 1 f’Lulju 2010.

Ħaż-Żebbuġ — xogħlijiet fi Triq Dun Luret Callus

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 14639 u jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern Ċentrali għal xogħlijiet li hemm bżonn li jsiru fi Triq Dun Luret Callus f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-imsemmija triq ma tagħmilx parti mill-lista ta’ toroq li se jsiru minn Transport Malta.

Triq tal-Għadira — spiża tal-proġett

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14635, 14085 u 12286 u jgħid x'kienet l-ispiża matul is-snin 2008 u 2009 relatata mal-proġett tat-Triq tal-Għadira?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

software għall-użu tal-internet

Question

B'referenza għall-gwida li ħarġet dan l-aħħar l-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni fuq l-użu aħjar ta' l-internet mit-tfal, jista' l-Ministru jikkonsidra li biex il-kampanja ta' l-Awtorità tkun waħda mill-aktar effettiva l-ġenituri, il-Ministeru tiegħu jew l-Awtorità jipprovdu software mingħajr ħlas li jgħin lill-ġenituri jikkontrollow aħjar l-użu ta' l-internet mit-tfal tagħhom u li possibilment ikun jista' jitniżżel (jiġi downloaded) permezz ta' l-internet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li hemm bosta offerti u soluzzjonijiet, l-MCA mhix f'pożizzjoni li ma tiffavorixix soluzzjoni fuq oħra. Barra minn hekk l-MCA twissi l-ġenituri li filtering software mhuwiex kapaċi iwaqqaf ċirkustanzi perikoluzi bħall cyberbullying u cybergrooming milli jiżviluppaw u mhux sostitut għas-superviżjoni tal-ġenitur. Fuq il-proposta tal-Onorevoli Interpellant, l-MCA qed tanaliżża kif tista tkun aktar ta’ għajnuna għal dawk il-ġenturi li jixtiequ jidentifikaw filtering software bi ħlas jew le.

Toroq li għad iridu jsiru f'Ħal Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-lista msemmiha kienx hemm 13-il triq xi jsiru ġewwa Ħal-Tarxien u jekk minn dawn sarux seba' toroq biss? Jista' jgħid meta se jsiru l-kumplament tat-toroq, jiġifieri s-sitt toroq l-oħra kif imwiegħed mill-Gvern Nazzjonalista li saħansitra kellhom isiru sa l-aħħar tas-sena 2008 u jispjega għaliex għadhom ma sarux u jgħid preċiżament meta dawn ser isiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal-liema lista qed jirreferi.

lista ta' bini ta' toroq residenzjali

Question

Jista' l-Minstru jikkonferma jekk huwiex minnu li fil-11 ta’ Awwissu 2006, il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq ippubblika lista ta’ toroq li kellhom isiru sa l-aħħar tas-sena 2008 madwar Malta u Għawdex kollu u għaldaqstant nitlob li tiġi ppubblikata din il-lista msemmija ta’ bini ta’ toroq residenzjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-lista li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tpoġġiet fuq Mejda tal-Kamra fit-2 t'Ottubru 2006.

Ħal Luqa — toroq li jirrikjedu xogħol

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14765, jista' l-Ministru minflok jirreferi għall-prijoritajiet tat-Transport Malta u tal-Gvern, jagħti indikazzjoni approssimittiva ta' meta l-wegħdi dwar l-istess toroq li saru fis-sena 2008 se jitwettqu?

Response (GATT, AUSTIN)

M'għandix x'inzid mar-Risposta li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14765.

Rabat — Triq Doni l-Qadima u Triq il-Qadima - manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni ta' Triq Doni l-Qadima u Triq il-Qadima, Rabat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tar-Rabat huwa responsabli mill-manutenzjoni ta’ toroq li jkunu mibnija bħal Triq Doni. Madanakollu, Transport Malta ser tkun responsabli minn xogħlijiet ta’ resurfacing fi Triq Doni l-Qadima hekk kif ġie mwiegħed fil-pjan ta’ xogħlijiet residenzjali fill-lokalità tar-Rabat.

Ħamrun — sleeping policeman fi Triq Kanonku Bonniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità dwar it-Trasport għadha m'approvatx it-talba tal-Kunsill Lokali Ħamrun biex titwaħħal sleeping policemanfi Triq Kanonku Bonniċi fejn kien hemm waħda diġà eżistenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tlestija ta' toroq f'Ħal Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitlestew is-segwenti toroq ġo Ħal Luqa: a) Triq Anton Falzon? b) Triq Andre Vassallo? ċ) Triq Wied il-Knejjes il-parti ta' fuq li tisbokka ġo Carmel Street?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsaxlokk — irmiġġ ta' qxur kbar tas-sajd

Question

Jista' l-Ministru jiżgura li qabel isir kwalunkwe ċaqlieq fl-irmiġġ ta' qxur kbar tas-sajd ġewwa l-Port ta' Marsaxlokk fid-dħul tal-magħluq, isiru l-istudji marittimi opportuni minħabba l-kurrenti u r-riħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħamrun — Triq Miggiani - rampa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li r-rampa li kienet saret xi snin ilu fi Triq Miggiani, il-Ħamrun in-naħa ta' fuq tat-triq tmermret għal kollox? Jaf li din ir-rampa kienet saret minħabba l-preżenza ta' erba' tarġiet u sabiex tiffaċilità l-bżonnijiet ta' nies bi bżonnijiet speċjali u nisa li jkollhom jgħaddu bil-pushchairs? Jaf li minħabba dan kollu hemm min qed isofri preġudizzju kbir għax ma jistax joħroġ mid-dar? Jidhirlu li għandu jintervjeni f'din il-kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żabbar — Triq il-Kaħwiela

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Kaħwiela, Haż-Żabbar peress li din t-triq għadha qatt ma saret u r-residenti li ilhom joqogħdu hemm għal ħafna snin qed ibatu minn ħafna inkonvenjent, speċjalment dawk relatati mas-saħħa, bħal per eżempju l-biċċa l-kbira tat-tfal li joqogħdu f'din it-triq ibatu mill-ażma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Feasibility study u Environment Impact Assessments

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13536, 13226 u 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.