Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Awwissu 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

AUM - Dgħajjes marbutin mal-moll - Avviż

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-dgħajjes marbuta mal-moll tal-American University of Malta (AUM) mhux ser jitneħħew fl-aħħar ta’ Frar skont l-avviż li ħareġ fil-ġranet li għaddew mill-AUM stess? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-kwistjoni hijiex riżolta darba għal dejjem u ċjoè, li l-AUM ser jirrifjutaw dan id-dritt jew dan huwiex ftehim temporanju?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tagħmel din l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

AUM - Moll

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-moll ta’ quddiem l-American University of Malta (AUM) huwiex parti mill-konċessjoni li ta l-Gvern lil din l-entità u jekk iva, jista' jgħid ukoll għalfejn u fuq liema bażi ngħata dan il-moll?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tagħmel din l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat. .

Kuntratt tal-isptarijiet - VAT u t-taxxi dovuti – Verifiki/kontrolli mill-awtoritajiet fiskali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk sarux verifiki jew kontrolli mill-awtoritajiet fiskali biex jiġi assigurat li l-VAT u t-taxxi dovuti ġew imħallsa fil-ħin f’dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - VAT u t-taxxi - Ħlasijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk il-kumpaniji kollha li rċevew ħlasijiet taħt il-kuntratt tal-isptarijiet ħallsux il-VAT u t-taxxi kollha dovuti lill-awtoritajiet Maltin?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Terminazzjoni tal-kuntratt - Somom ta’ kumpens

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk ġewx imħallsa somom ta’ kumpens jew ħlasijiet oħra wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Somom imħallsa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi s-somom imħallsa skont is-sena u skont il-kumpanija benefiċjarja li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill -Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - ħlasijiet pendent/rikoveri ta’ fondi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx ħlasijiet pendenti jew rikoveri ta’ fondi li għandhom jitħallsu jew jitħallsu lura wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - L-aħħar ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika meta sar l-aħħar ħlas taħt il-kuntratt tal-isptarijiet u x’inhu l-ammont tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.

Port il-Kbir – Riġenerazzjoni - Konċessjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tal-konċessjonijiet kollha li ġew iffirmati mill-Gvern fiż-żona tal-Port il-Kbir (Grand Harbour)?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.

AUM - Dgħajjes marbutin mal-moll

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim ieħor mal-American University of Malta (AUM) biex id-dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla li huma marbuta mal-moll quddiem din l-entità, jibqgħu hemmhekk u ma jitneħħewx fl-aħħar ta’ Frar? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tagħmel din l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34143 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji/konsorzji li rċevew ħlasijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu l-kumpaniji jew konsorzji li rċevew ħlasijiet taħt il-kuntratt tal-isptarijiet u jispjega x’kienu l-obbligi tagħhom taħt l-istess ftehim?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Fondi pubbliċi li tħallsu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika x’inhu l-ammont totali ta’ fondi pubbliċi li tħallsu taħt il-kuntratt tal-isptarijiet mill-bidu tiegħu sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Ħlasijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ kull ħlas li sar lill-kumpaniji kollha involuti fil-kuntratt tal-isptarijiet mill-bidu tal-ftehim sat-terminazzjoni tiegħu, inkluż l-ammont, id-data, u l-iskop ta’ kull ħlas?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.
Leg 14 PQ #34474 Sitting 436 - 23/02/2026 16:00 2026-02-23 Oral · Final From: DAVID AGIUS (Partit Nazzjonalista) To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ARUC - Rapport Annwali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34263, jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 32463. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6601 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 24 ta' Frar 2026 f'Seduta 437

ARUC - Nefqa għal riklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34138 u 34296 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull informazzjoni relatata man-nefqa għal riklamar fuq gazzetti, televiżjoni u midja soċjali mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) bejn Jannar 2024 u Jannar 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Settembru 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Settembru 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

CEOs u/jew Chairpersons - Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijia parlamentari 34252 u jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li llum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.