Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Nefqa fuq xorb
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23518 u jgħid kemm kienet in-nefqa f’xorb alkoħoliku u kull tip ta’ xorb ieħor li saret mill-Ministeru fis-sena 2023 u fis-sena 2024 sal-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa f’xorb alkoħoliku fl-2023 u fl-2024 hija kif tidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
2023
2024
Foreign Affairs Ministry
€ 368.77
€ 281.45
Tourism Ministry
€ 865.32
€ 67.50
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turżmu – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-3 sad-9 ta’ Frar 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Uffiċini
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid:
(a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin?
(b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati?
(c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini?
(d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn?
(e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera?
(f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini?
(g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu?
(h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’pożizzjoni diplomatika ttieħdet u x’rappreżentazzjonijiet saru fil-konfront tal-gwerra ċivili li għaddejja fis-Sudan u jekk pajjiżna huwiex b’xi mod jgħin umanitarjament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta beda l-kunflitt fis-Sudan, Malta baqgħet konsistenti fl-enfasi tagħha fuq l-importanza li tinżamm l-għaqda, is-sovranità u l-integrità territorjali tas-Sudan, filwaqt li sejħet għal waqfien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-ġlied sabiex jiffaċilita’ djalogu politiku u triq lejn il-paċi. Malta tkompli tappoġġa l-isforzi diplomatiċi mill-Unjoni Afrikana (AU), l-Awtorità Intergovernattiva dwar l-Iżvilupp (IGAD), il-Lega tal-Istati Għarab, in-Nazzjonijiet Magħquda (UN), kif ukoll il-kontributi minn pajjiżi bħas-Sawdi Arabja, l-Eġittu, l-Iżvizzera, it-Turkija u l-Istati Uniti.
Malta wkoll kienet soda fil-kundanna tagħha tal-azzjonijiet ta’ atturi kemm statali kif ukoll mhux statali li kkontribwew għal ammont ta’ mewt u qerda fost iċ-ċivili kważi mingħajr preċedent, u li l-għemil tagħhom wassal għas-sitwazzjoni diżastruża preżenti. Aktar minn 10 miljun persuna ġew spostati internament, filwaqt li aktar minn 2 miljuni ħarbu lejn pajjiżi ġirien.
Malta hija ferm imħassba li aktar minn 20 miljun persuna fis-Sudan jeħtieġu assistenza umanitarja urġenti, iżda minħabba l-vjolenza persistenti, numru żgħir biss minn dawn irċevew l-għajnuna meħtieġa. F’dan il-kuntest, huwa kruċjali li jitneħħew l-ostakli għall-aċċess umanitarju u li d-daħliet biex taqsam il-fruntieri fis-Sudan jibqgħu miftuħa sabiex l-għajnuna tilħaq lil dawk fil-bżonn.
Malta temmen bis-sħiħ li dawk kollha responsabbli għall-kriżi attwali għandhom jiġu identifikati u miżmuma responsabbli għall-atroċitajiet li wettqu u li għadhom iwettqu. F’dan ir-rigward, Malta appoġġjat bis-sħiħ l-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex timponi miżuri restrittivi fuq individwi u entitajiet li heddew il-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tas-Sudan, u se tkompli tappoġġa sanzjonijiet addizzjonali kontra dawk fil-pożizzjonijiet ta’ tmexxija li jfixklu l-operazzjonijiet umanitarji u r-ritorn għal tranżizzjoni demokratika.
Fl-aħħar nett, kif indikajna bosta drabi matul il-mandat ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda bejn l-2023 u l-2024, Malta temmen li t-tranżizzjoni lejn gvern demokratiku trid tibqa’ l-għan aħħari għas-Sudan, flimkien ma’ żieda konsiderevoli fl-għajnuna allokata għaċ-ċivili fil-pajjiż. Minn meta beda l-kunflitt fl-2023, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu ta madwar €125,000 f’għajnuna umanitarja, u l-Ministeru se jkompli jipprovdi din l-assistenza matul l-2025.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’pożizzjoni diplomatika ttieħdet u x’rappreżentazzjonijiet saru fil-konfront tal-gwerra ċivili li għaddejja fil-Kongu u Rwanda u jekk pajjiżna huwiex b’xi mod jgħin umanitarjament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta beda l-kunflitt bejn ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Rwanda, Malta ħadet inizjattivi bilaterali u diplomatiċi biex tikkundanna l-eskalazzjoni tal-vjolenza li ħalliet mijiet ta’ eluf ta’ ċivili spostati. Nibqgħu mħassba dwar l-iżviluppi riċenti, li jheddu l-istabbiltà tal-pajjiż u tar-reġjun, u ninsabu fi qbil sħiħ mal-pożizzjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar dan il-kunflitt kif espressa fid-dikjarazzjoni mill-Viċi President u Rappreżentant Għoli Kallas tal-25 ta’ Jannar 2025.
F’dan l-istadju, il-prijorità tagħna għandha tibqa’ l-ħarsien tal-integrità territorjali tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Malta temmen li huwa kruċjali li l-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jirritornaw għal-laqgħat ta’ negozjar u li l-istati jżommu mal-impenn tagħhom, kif imwiegħed waqt is-Summit tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant u l-Komunità għall-Iżvilupp tal-Afrika t’Isfel fit-8 ta’ Frar 2025. Dawn l-isforzi għandhom iwasslu għal waqfien tal-ostilitajiet, aċċess umanitarju mingħajr xkiel, u l-bidu mill-ġdid tal-proċess ta’ djalogu permezz tal-Proċessi ta’ Luanda u Nairobi. Fl-istess waqt, jeħtieġ li jingħataw l-għajnuniet umanitarji lil dawk milquta, u s-sigurtà tal-persunal umanitarju trid tkun garantita.
Dan il-kunflitt kien ukoll indirizzat matul il-mandat ta’ Malta bħala membru elett fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, fejn Malta dejjem sostniet il-Missjoni ta’ Stabbilizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO - Missjoni ta' Stabbilizzazzjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) bil-għan li jipproteġu liċ-ċivili u jistabbilizzaw ir-reġjun. Malta sejħet ukoll lil kull parti involuta biex tirrispetta l-mandat ta’ MONUSCO u enfasizzat il-ħtieġa li jissaħħu l-isforzi biex tiġi promossa l-koperazzjoni reġjonali u jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kunflitt. Malta se tkompli tappoġġa dawn l-isforzi, li huma aktar essenzjali minn qatt qabel fid-dawl tal-kuntest attwali.
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kwistjonijiet umanitarji, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu bħalissa qed jaħdem biex jidentifika atturi umanitarji affidabbli li qed jaħdmu fuq il-post fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, bl-għan li jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-isforzi tagħhom fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti break down tal-ispiża ta' €10 miljuni li tħabbret għall-pjazza ta' Buġibba, inkluż it-tender li bih ingħata x-xogħol u jispeċifika wkoll jekk hemmx xogħlijiet b'direct order u/jew quotations?
Dikjarazzjonijiet tal-Gvern Amerikan fuq Gaza u l-poplu Palestinjan
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’inhi l-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern Malti fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-Gvern Amerikan fuq Gaza u l-poplu Palestinjan?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta dejjem kienet ċara fid-dikjarazzjonijet tagħha li l-uniku mod biex tintemm it-tbatija fir-reġjun huwa li jkun hemm paċi bbażata fuq is-Soluzzjoni ta’ Żewġ Stati tul il-fruntieri tal-1967, li tindirizza l-aspirazzjonijiet leġittimi kemm ta’ Iżrael kif ukoll tal-Palestina, b’Ġerusalemm bħala l-kapitali futura ta’ żewġ stati li jgħixu spalla ma’ spalla fil-paċi u s-sigurtà, f’konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Magħquda u r-riżoluzzjonijiet miftiehma internazzjonalment.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid għalfejn il-Memorandum of Understanding (MoU) mal-Gvern tal-Libja, iffirmat fl-2020 u mġedded fl-2024, ma ġiex ippreżentat fil-Kamra tad-Deputati għar-ratifikazzjoni jew għall-awtorizzazzjoni tar-ratifika tiegħu, abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar ir-Ratifika tat-Trattati, u dan minħabba l-fatt illi Memorandum bħal dan jirrigwardja l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari u jsemmi b’mod ċar is-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun? Jista’ wkoll jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-MoU flimkien mal-annessi kollha tal-istess MoU?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmi Memorandum of Understanding (MoU) li ġie iffirmat fit-28 ta’ Mejju 2020, kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-3 ta’ Ġunju 2020 (seduta 339) u ma jeżistu l-ebda annessi. Ma hemm l-ebda klawżola fit-test fir-rigward ta’ ratifika u l-MoU sar infurzabbli mal-firma skont l-Artikolu 9 tal-MoU imsemmi. It-tiġdid tal-ftehim, li ġie iffirmat fis-16 ta’ Lulju 2024, estenda l-MoU għal 3 snin sal-2027 u dan jiġi mġedded awtomatikament b’ mod annwali sakemm ma jkunx hemm notifika minn qabel minn waħda mill-partijiet. Ma jeżistu l-ebda annessi għal din l-estensjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-estensjoni ta’ l-MoU li kien iffirmat fis-16 ta’ Lulju 2024.
Attachments:Papers Laid - PQ 25480 - Extension of the MoU.pdf
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2024?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Credit/Debit cards
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ftehim ta' Sponsorship bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u klabb tal-futbol
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jippubblika l-ftehim ta' sponsorship li sar bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika mal-klabb tal-football li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-deċiżjoni maħruġa mill-Uffiċju tal-Information and Data Protection Commissioner dwar il-publikazzjoni taż-żewġ ftehimiet li kienu saru bejn l-MTA u l-klabb tal-football li d-dettalji dwaru ingħataw separatament, kif ukoll il-ftehimiet innifishom.
Attachments:PQ 23706 - IDPC Decision.pdfPQ 23706 - Visit Malta Sponsorship Agreement 16 August 2019 Redacted version.pdfPQ 23706 - Visit Malta Variation Agreement 21 March 2022 Redacted version.pdf
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23896, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet li ilhom ikarkru s-snin? Jista’ wkoll jara li dawn iż-żewġ kmamar jibdew jintużaw biex jiġu ttrattati persuni li jsofru inċidenti fiċ-Ċirkewwa Marine Park minflok ma jibqgħu jiġu trattati fil-miftuħ, jew fuq it-tarmac jew xi bank tal-konkos?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jistħarreġ dwar b'liema dritt vetturi kummerċjali kbar privati jiġu mħollija pparkjati fiż-żona ristretta ta' quddiem dawn il-kmamar għal diversi jiem? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-vetturi jħallsux xi dritt lill-kumpanija sabiex jużaw din iż-żona jew ingħatax xi permess partikolari? Jistgħu jittieħdu passi biex din l-art pubblika ta' circa 50 metru kwadru (kif jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament) minflok tintuża bħala parkeġġ tiġi mgħoddija liċ-Ċirkewwa Marine Park / l-Awtorità tat-Turiżmu sabiex il-faċilitajiet taċ-Ċirkewwa jilqgħu għaż-żieda fl-interess tal-għadds f'din iż-żona u b'hekk tiġi megħjuna l-industrija tat-turiżmu u l-għaddasa lokali fl-istaġun ewlieni meta hemmhekk qed ikun hemm nuqqas ta' parkeġġ?
Għawdex — Stabbilimenti turistiċi - Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal stabbilimenti turistiċi f’Għawdex, u jipprovdi l-indirizz ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm applikazzjoni waħda għal stabbilimenti turistiċi ta’ akkomodazzjoni kollettiva li hija pendenti għand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu f’Għawdex, fi Triq Diċembru Tlettax, in-Nadur.
Jista’d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm inġabru flus mill-Eco Contribution minn meta ġiet introdotta? Jista’ jgħid ukoll:
i. kif inġabru dawn il-flus lokalità b’lokalità;
ii. kemm kien id-dħul matul is-sena 2024; u
iii. kif jiġu investiti dawn il-flus u fejn?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel l-ewwel żewġ mistoqsijiet lill-Ministeru kkonċernat, nirreferiha wkoll għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20649.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Kuntratt ta’ impieg
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid liema huma l-uffiċjali fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu li għandhom xi klawsola fil-kuntratt dwar termination allowance jew bonus jew penalty, fl-eventwalità li jitneħħew mill-pożizzjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-ammont għal kull wieħed u waħda minnhom?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-'Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis' li jispeċifika liema huma l-karigi u l-istanzi fejn l-uffiċjali jkunu intitolati għal termination benefit fl-eventwalità li jkun hemm bidla fil-Gvern jew il-Ministru.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Credit/Debit cards
Question
Jista’d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x'inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm-il Cruise Liner daħal Għawdex mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Lista ta’ ħaddiema
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma:
a. f’positions of trust;
b. persons of trust; u
ċ. taċ-ċivil?
Response (BORG, IAN)
Il-kompożizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali, inkluż dawk tas-Segretarji Parlamentari, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Kiri ta’ karozzi — Nefqa
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24397 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Vjaġġar
Question
Jista’d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid:
(a) kemm-il vjaġġ għamel barra mill-pajjiż minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fejn kienet id-destinazjoni?
(b) X'kienet ir-raġuni għal kull vjaġġ u kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljetti tal-ajru, lodging, trasport, ikel, xorb, allowances per diem għal kull persuna li kienet tifforma parti mill-kontinġent u spejjeż oħra, separatament?
(c) Min għand liema aġent tal-ivjaġġar inxtraw il-biljetti tal-ajru u jekk hux b'direct order jew tender, x’tip ta' biljetti tal-ajru inqatgħu (jekk hux economy, business club jew class club) u ma' liema kumpanija tal-ajru?
(d) Kemm kien it-tul ta' żmien għal kull vjaġġ?
(e) Minn min kien iffurmat il-kontinġent tal-Ministru għal kull vjaġġ?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Ninfurmah illi l-iskop għal safar uffiċjali jkun marbut ma’ laqgħat ma’ Ministri ta’ Gvernijiet oħrajn, laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u laqgħat oħra li għalihom ikun hemm stediniet uffiċjali bħala Ministru tal-Gvern. L-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, per diem allowances huma rregolati skont il-“Manual on Transport and Travel Policies” li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward tat-tul ta' żmien għal kull vjaġġ, naħseb li l-Onor Interpellant jifhem li dan ikun jiddependi mill-aġenda taż-żjara barra l-pajjiż.
Sena
Nru. ta’ vjaġġi uffiċjali
2022
14
2023
28
2024
27