Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — Trattament tal-IVF

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'apparat relatat mat-trattament tal-IVF hemm fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża fuq dan l-appart? Jista' jgħid jekk minn meta fetaħ l-Isptar Mater Dei qatt sarx użu minn dan l-appart? Jista' jgħid jekk dan l-apparat għadux tajjeb biex jiġi użat sal-lum?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

day centers — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta' anzjani li jagħmlu użu mid-day centres li hawn f'Malta u Għawdex day center b'day center? Kemm-il darba fil-ġimgħa jmorru d-day center? Jiġi provdut transport għal dawn id-day centers u kemm-il darba fil-ġimgħa dan t-transport jiġi provdut għall-anzjani li jagħmlu użu miċ-ċentru? Jista' jgħid kemm hija l-ispiża għal kull anzjan biex jagħmel dan?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward id-day centres f’Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Casa Arkati — sussidju mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti f'Casa Arkati fil-Mosta li qed jiġu sussidjati mill-gvern biex jinżammu f'din il-home? Kemm hi l-ispiża li qed joħroġ bħalissa l-gvern kull xahar għal dawn ir-residenti? Jista' jagħti ukoll din l-ispiża għas-sena 2011 u fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Villa Messina — sussidju mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti f'Villa Messina fir-Rabat li qed jiġu sussidjati mill-gvern biex jinżammu f'din il-home? Kemm hi l-ispiża li qed joħroġ bħalissa l-gvern kull xahar għal dawn ir-residenti? Jista' jagħti ukoll din l-ispiża għas-sena 2011 u fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Roseville — sussidju mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq residenti f'Roseville f'Ħ'Attard li qed jiġu sussidjati mill-gvern biex jinżammu f'din il-home matul l-2011 u fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Health Review Tribunal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35388 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jara li jerġa' jiġi appuntat il-Malta Health Review Tribunal?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Neuromedical Ward tal-Isptar Mater Dei

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23965, jista' l-Ministru jgħid jekk il-problemi msemmija ġewx issa solvuti u allura l-apparat magħruf bħal 24 Hour Telemetry EEG System li kien ġie stallat fin-Neuromedical Ward tal-Isptar Mater Dei f'Settembru 2009 qed jaħdem mija fil-mija u kif suppost?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-problemi fuq l-apparat magħruf bħal 24 Hour Telemetry EEG, ġew kollha ssolvuti.

Investigazzjoni rigward nurses pakistani

Question

B'referenza għall-każ ta' sfruttament tan-nurses Pakistani, f'Mejju tas-sena 2011, u peress li l-Ministru kien għadda l-każ biex jiġi investigat mill-pulizija iżda s'issa għadu ma ħareġ xejn minn din l-investigazzjoni, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kif żvolġew dawn l-investigazzjonijiet u x'kien l-eżitu? Jista' jikkonferma li wieħed mid-Diretturi ta' Chrism Services fetaħ kawża l-Qorti kontra waħda mill-infermiera Pakistana (id-dettalji tal-każ qed jingħataw separatament) għax din ma onoratx il-kuntratt ta' Chrism Services?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Dwar l-allegazzjonijiet ta’ sfruttar ta’ infermiera ta’ nazzjonalità Pakistana, peress li hemm investigazzjonijiet għaddejjin minn-naha tal-Pulizija, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. Ghar-rigward il-Mistoqsija dwar xi kawża fil-Qorti li wieħed mid-Diretturi ta’ Chrism Services seta’ fetaħ kontra waħda mill-infermiera ta’ nazzjonalità Pakistana, nerġa’ nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jaghmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Dipartiment tas-Saħħa — applikazzjonijiet għal diversi karigi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal mili ta' diversi karigi mad-Dipartiment tas-Saħħa fis-snin 2009, 2010, 2011 u fis-sena kurrenti - 2012? Fuq liema bażi jiġi deċiż jekk kariga partikolari għandiex toħroġ mis-Servizz Pubbliku jew inkela mill-Foundation for Medical Services? Kemm inħarġu sejħiet mill-Foundation for Medical Servces jew b'sejħa diretta (mhux mill-PSC), kemm ġew ingaġġati nies b'dan il-metodu u jekk kienx hemm impjegati li wara li ġew ingaġġati b'dan il-metodu (mhux mill-PSC), ġew irregolarizzati mall-PSC?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Stennija għall-appuntamenti tal-MRI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex joqogħdu għat-test tal-MRI u kemm hemm dewmin biex wieħed jingħata appuntament għall-MRI?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm elfejn sitt mija u tlieta u sebgħin pazjent jistennew għat-test tal-MRI. Id-dewmien biex jingħata appuntament huwa ta’ bejn għaxra u ħmistax–il ġurnata (working days) għal każijiet urġenti. F’dawk il-każijiet indikati bhala mhux urgenti, id-dewmien biex isirilhom test tal-MRI hu ta’ ħdax–il xahar. Testijiet li huma urġenti jsiru skont kif indikat mill-konsulenti tar-radjoloġija.

Mediċina Aclasta

Question

Peress li hemm diversi persuni fosthom anzjani li qed jiġu preskritti l-Aclasta 5mg, peress li din tiswa €568.12 u allura ma jistgħux iħallsu għaliha, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-gvern mhux qed jgħin lil dawn in-nies peress li dawn għaddejjin minn tbatija kbira u ma jifilħux iħallsu għal din il-mediċina?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċina li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tinstab fil-Formularju tal-Gvern u skont il-protokoll tal-Gvern l-użu qiegħed ristrett għal minn għandu l-marda ta’ Paget kif ukoll għal dawk il-pazjenti li għandhom osteoporożi minħabba li ħadu kura ta’ sterojdi fit-tul għal waħda mill- kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V tal-liġi tal-Att tas-Sigurta’ Soċjali. Il-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabilit fl-avviż legali 81 tal-2012. L-osteoporożi fin-nisa wara l-menopawsa mhijiex waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi ta’ Skeda V tal-Att tas-Sigurtà Soċjali li għalihom tingħata kura b’xejn.

allowances lill-assistent direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'forma ta' allowances qegħdin jitħallsu u f'liema ammont lill-assistent direttur (amministrazzjoni) fid-Dipartiment tal-Kura Primarja tal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mediċina Shattera

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Shattera li tintuża għat-tfal li jbatu minn ADHD u ansjetà f'każ li ma jkunx taqbel magħhom il-methylphenidate tistax tingħata bla ħlas lil dawn il-ġenituri li m'għandhomx mezzi finanzjarji? Jekk iva, x'irid isir? Jekk le, jikkonsidra li x-Shattera tiġi ammessa fil-lista relattiva ta' mediċini li jistgħu jittieħdu b'xejn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċina Strattera® li fiha s-sustanza attiva atomoxetine hija indikata għal trattament ta’ Attention-Deficit/Hyperactivity Disorder (ADHD) fi tfal minn sitt snin u adolexxenti bħala parti minn programm ta’ trattament. Dan it-trattament għandu jinbeda minn speċjalista responsabbli mill-kura tal-ADHD. Bħalissa din il-mediċina ma tinstabx fil-Formularju tal-Gvern, għalkemm hemm applikazzjoni biex issir l-evalwazzjoni neċessarja sabiex tiġi kkunsidrata għall-introduzzjoni fil-Formularju tal-Gvern fix-xhur li ġejjin.

Persuni b'diżabilità — faċilitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kapaċità għandhom dawn il-faċilitajiet li hawn eżistenti li joffru sapport lill-persuni b'diżabilità biex jibdew jgħixu fihom u jibqgħu jgħixu fil-komunità?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

kura minħabba l-kanċer tat-thyroid

Question

Jista' l-Minstru jgħid għandux ħsieb li jagħmel ftehim ma' xi klinika privata kemm f'Malta jew barra minn Malta biex pazjenti li qegħdin jistennew biex jieħdu l-kura minħabba l-kanċer tat-thyroid ikunu jistgħu jagħmlu dan ġewwa klinika privata minħabba li ż-żmien biex tistenna ħalli tingħata din il-kura ġewwa l-Isptar Boffa jidher li twal?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li qed isiru arranġamenti sabiex pazjenti li għandhom bżonn din it-tip ta’ kura għall-kanċer tat-thyroid, din tkun tista’ tingħata minn barra minn Malta. Infurmat wkoll li beda l-ippjanar għal xogħol fl-isptar Sir Paul Boffa sabiex in-numru ta’ pazjenti li jkunu jistgħu jirċievu l-kura fil-ġimgħa jiżdied minn wieħed għal-erba’ pazjenti fil-gimgħa. Hu mistenni li x-xogħol jitlesta sa’ nofs Settembru 2012.

servizzi tal-first aid u tal-ambunanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġu mmaniġjati s-servizzi tal-first aid u tal-ambunanzi minn u lejn xtut fil-periferiji tal-gżira bħal Marsaxlokk, Birżebbuġa, l-Għadira, Little Armier eċċ.?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Emerġenza ma jipprovdix servizzi ta’ First Aid. Id-Dipartiment jipprovdi servizz ta’ ambulanza lil kull lokalita’ f’Malta inklużi ix-xtut li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant. Dan is-servizz huwa pprovdut miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta lejn it-tramuntana ta’ Malta kuljum bejn is-7am u s-7pm. Wara dawn il-ħinijiet u lejn il-bqija ta’ Malta s-servizz huwa ipprovdut mill-Isptar Mater Dei. Sejħiet għall-ambulanzi għall-każijiet urġenti u serji, ikunu akkumpanjati min-nurses tal-Emerġenza li għandhom il-kompetenza li jagħtu Basic Life Support u jużaw l-Automated External Defibrillator.

servizz ta' helicopter ambulanza

Question

Jista' l-Minstru jgħid jekk għandux pjanijiet biex ikun hemm helicopter ambulanza li jibda jinżel u jwassal pazjenti minn u lejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u minn Malta għall-Malta peress li meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni t-traffiku dejjem jiżdied u li l-ħin li bih jitwassal pazjent permezz tal-helicopter jista' jkun inqas?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ma hemm l-ebda pjan sabiex jibda jintuża helicopter ambulanza. Madanakollu f’kull każ ta’ emerġenza li jirrikjedi servizz urġenti ta’ helicopter tal-Forzi Armati Maltin, dan jintbghat fuq il-post, fejn ikun possibli.

servizz ta' night shelters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet f'Malta u Għawdex li joffru night shelters għall-anzjani u kemm huwa n-numru ta' anzjani li jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-postijiet f`Malta li joffru night shelters għall-anzjani u n-numru ta` anzjani li jistgħu jagħmlu uzu minn dan is-servizz huma dawn: Lokalita` Numru ta` Sodod Zejtun 8 Mellieħa 8 SVPR, Luqa* 8 *Huwa mistenni li r-Residenza San Vinċenz de Paule se tibda tagħti dan is-servizz fil-jiem li ġejjin.

Kanċer tat-Tyriod — Kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa ż-żmien ta' stennija qabel pazjenti li għandhom bżonn it-trattament għall-cancer tat-tyriod magħruf bħala Iodine jkunu jistgħu jibdew jingħatawlhom dan it-trattament? Veru li ż-żmien ta' stennija issa laħaq is-sitt xhur qabel ma jibdew il-kura meħtieġa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta’ pazjenti li qed jistennew għall-kura tar-radio-iodine huwa ta’ 41. Bħalissa fil-kamra tar-radio iodine unit ġewwa l-isptar Sir Paul Boffa qed jiġi trattat pazjent fil-ġimgħa, pero’ qed isir xogħol biex jitjieb is-servizz u minn pazjent wieħed fil-ġimgha jiżdied għal erbgħa u b’hekk inlaħħqu maż-żieda fin-numru ta’ pazjenti.

Kanċer tat-Tyriod — Kura

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni biex ma jibqax ikun hemm faċilità waħda biss li tipprovdi l-kura tat-trattament għall-kanċer tat-tyriod magħruf bħala Iodine minħabba li din qed iġġib ħafna tensjoni żejda u stress qawwi fuq pazjenti li jkollhom bżonn din il-kura minħabba l-fatt li dawn qed ikollhom jistennew xhur sħaħ qabel ma jibdew il-kura?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-Isptar Boffa għandu ppjanat xogħol sabiex in-numru ta’ pazjenti li jiġu mogħtija trattament għall-kanċer tat-Tyroid ser jiżdied minn wieħed għal erbgħa fil-ġimgħa. Dan ix-xogħol mistenni jdum madwar xhar u ser jibda fil-ġimgħat li ġejjin.