La Vallette Multi Manager Property Fund — MFSA - Prospett Supplementari
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36821 u 35705 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista’ l-Ministru jgħid lil min sewwa sew qed tipproteġi l-MFSA?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
WSC — xogħol fil-konfini tal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandiex xogħol infrastrutturali maħsub li jsir fil-konfini tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar? Jekk iva x'inhu x-xogħol li mistenni li jsir? F'liema toroq u meta hu mistenni li jsir?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda xogħol ippjanat fil-konfini tal-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar apparti dak li għaddej u fi Triq is-Simar, Xemxija. Hawnhekk, ser issir biċċa xogħol b’ teknoloġija ġdida ta’ trenchless technology. Jista ikun hemm xogħol mhux ippjanat li isir ma proġetti ta’ entita oħra.
WSC — xogħol fil-konfini tal-kunsill lokali tan-Naxxar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandiex xogħol infrastrutturali maħsub li jsir fil-konfini tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar? Jekk iva x'inhu x-xogħol li mistenni li jsir? F'liema toroq u meta hu mistenni li jsir?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma hemm l-ebda xogħol ippjanat fil-konfini tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar apparti dak li għaddej. Jista jkun hemm xogħol mhux ippjanat li jsir ma proġetti ta’ entita’ oħra.
WSC — xogħol fil-konfini tal-kunsill lokali tal-Mellieħa
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandiex xogħol infrastrutturali maħsub li jsir fil-konfini tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa? Jekk iva x'inhu x-xogħol li mistenni li jsir? F'liema toroq u meta hu mistenni li jsir?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda xogħol ippjanat fil-konfini tal-kunsill lokali tal-Mellieħa apparti dak li għaddej. Jista’ jkun hemm xogħol mhux ippjanat li jsir ma’ proġetti ta’ entità oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha titħabat biex tingħata l-meter tad-dawl ħalli tkun tista' tidħol fil-post il-ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li jidher li hemm xi żbalji fil-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara li jiġi rivedut il-kont tad-dawl u l-ilma tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li qed tirċievi kontijiet għoljin ħafna?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jinvestiga għala wara li tqabbad id-drenaġġ fi Triq Sant Antnin f'Wied il-Għajn mal-main fi Triq Sant' Anna meta dan il-main jiġi overloaded qiegħed jispiċċa jmur fid-djar u l-ħwienet li hemm fit-triq ta' taħt?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li minn investigazjonijiet li saru, jirriżulta li l-problema qiegħda tiġri waqt jew wara li tkun għamlet ix-xita. Il-main ta’ Triq Sant’ Anna huwa tajjeb u nadif. Il-backflow huwa kaġun ta’ rimi illegali ta’ ilma tax-xita fis-sistema tad-drenaġġ. Għalhekk, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħdha tinvestiga l-possibilità li telimina l-konnesjoni ta’ bejn Triq Sant’ Antnin u Sant’ Anna bil-għan li tittaffa l-problema.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36502 u cioè: Billi suppost li dawk kollha li jimpurtaw plastic bags bil-handle huma suġġetti għal Eco-Tax ta' 15ċ il-borża, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm kien hemm kumpanji/
department stores
u
super
u
mini markets
li ġew immultati talli naqsu milli jħallsu
eco tax
simili;
b) liema kienu;
ċ) meta sar dan peress li hu mifhum li s-suq Malti u Għawdex jinsab mifquħ b'dawn it-tip ta' boroż? Jista' jgħid x'proċeduri u metodi ta' verifika jintużaw mid-dipartiment tal-VAT sabiex jiġi żgurat enforcement xieraq f'dan ir-rigward kif ukoll sabiex jinżamm level playing field f'dan is-settur?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li kien hemm 11-il kumpanija/department store jew super/mini market li ġew immultati mid-Dipartiment tal-VAT talli naqsu li jħallsu l-Eko Kontribuzzjoni simili fuq plastic bags bil-handle.
Mhux possibbli li tingħata informazzjoni dwar dawn il-kumpaniji minħabba l-proviżjonijiet ta’ segrettezza fil-liġi tal-VAT.
Ninsab infurmat ukoll li dawn il-Kumpaniji ġew immultati bejn Lulju 2008 u Mejju 2012. Il-proċeduri ta’ verifika użati huma dawk ta’ kontrolli mis-sistema komputerizzata tal-Eko Kontribuzzjoni, informazzjoni mid-Dwana,
spot checks
u investigazzjonijiet fuq rapporti.
Malita Investment Plc — tender għall-kampanja ta' riklamar u media
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamenti 36808 u 36310, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk inħariġx tender għal kampanja ta' riklamar u media marbuta mal-promozzjoni tal-€15 miljun f'ishma fil-Malita Investments Plc li nħarġet dan l-aħħar? Jista' jgħid liema kumpanija tal-advertising ħadet dan l-assignment? Kif intgħażlet? X'jiswa bejn wieħed u l-ieħor dan l-account ta' riklamar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Malita Investments plc twaqqfet fit-3 ta’ Ġunju 2011 bħala entita ġdida sabiex tixtri, tiżviluppa, tamministra u tħaddem portafoll ta' assi immobbli li jinkludu proprjeta` ta' importanza nazzjonali.
Għal dan il-għan il-bord tad-diretturi ried jingaġġa kumpanija tar-reklamar sabiex fost affarijiet oħra tiżvuluppa l-identita tal-kumpanija, tiġi żviluppata websajt u ‘l-
collateral
amministrattiv kif ukoll sabiex jingħataw proposti dwar l-kampanja ta’ reklamar marbuta mat-tnedija ta-ishma tal-kumpanija lill-pubbliku. Għal dan il-għan ġew identifikati żewġ kumpaniji, D-Max and Associates Limited u JP Advertising Limited, li huma t-tnejn attivi fil-qasam tar-reklamar u l-media elettronika, fejn dawn intalbu jagħmlu l-proposti tagħhom.
Wara l-preżentazzjonijiet li taw l-management ta’ dawn l-kumpaniji kif ukoll wara l-
evalwazzjoni tal-proposti imnedija, il-bord tad-diretturi iddeċieda li l-brand identity tal-
kumpanija u l-kampanja tar-reklamar marbuta mal-IPO tal-Malita Investments plc tiġi
mogħtija lill-JP Advertising Agency Limited.
In-nefqa totali tal-kampanja tar-reklamar marbuta mat-tnedija tal-ishma tal-Malita
Investments plc kienet tammonta ghal Ewro 76,638.96 (exc VAT). Dan l-infiq sar
f’kampanja ta’tlett ġimgħat fuq il-midja audio viżiva, diversi gazetti lokali u numru ta’
stazzjonijiet tar-radju.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinġħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu quddiem il-Korporazzjoni Enemalta, bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li l-klijenti tagħha sofrew minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-decizjoni tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinġħata f’seduta oħra.
Rapport Regolatorju tal-MFSA — BOV LA Vallette Multi Manager Property Fund
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36815 u 35699 u cioè: B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jista’ l-Ministru javza lill-Kamra għaliex l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta:
a) wara li diġa fit-23 ta’ Awwissu 2011 kienet stqarret f’Media Release tagħhom li “
it has arrived at its conclusions on this matter
”;
b) wara li fit-3 ta’ Novembru 2011 f’Media Release oħra, l-istess Awtorità stqarret li “
the investigations on misselling of the Fund to inexperienced investors it also at an advanced stage and the MFSA shall be communication its final position on this matter to Bank of Valletta by the end of the year
” bla spjegazzjoni u bl-ebda sens ta’ kontabilità bħala awtorità pubblika, għadha tkarkar saqajha u ttawal biex wara dawn ix-xhur kollha r-Rapport għadu ma ħariġtx waqt li l-investituri mġarrba jkomplu jbatu emozzjonalment u materjalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinġħata f’seduta oħra.
Rapport Regolatorju tal-MFSA — Investment protection lill-min kellu La Vallette Multi Manager Property Fund
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36816 u 35700 u cioè: B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jaf il-Ministru li statutorjament l-Awtorità twaqqfet bl-iskop, espressament msemmi taħt Artiklu 4 – Funzjonijiet tal-Awtorità - li tipprovdi investment protection liċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż u li tissodifa l-aspettativi leġittimi ta’ konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji, iżda minflok qiegħda taqdi dan id-dmir, qiegħda minflok, għaliex trid jew inkella għaliex toqgħod għall-pressjonijiet esterni, sservi ta’ tarka minn deċiżjonijiet oħra kontra l-istess Bank of Valletta u l-kapijiet protetti tiegħu wara li dawn diġà instabu mill-istess MFSA ħatja ta’ nuqqasijiet l-aktar serji f’Ġunju 2011 u Jannar 2012 dwar it-tmexxija tal-La Valette Multi Manager Property Fund u bejgħ ta’ prodotti preferred perpetual bħal ta’ Lehman u oħrajn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinġħata f’seduta oħra.
Rapport Regolatorju tal-MFSA — La Vallette Multi Manager Propery Fund tal-BOV
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36817 u 35701 u cioè:B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jaf il-Ministru li l-biċċa l-kbira tal-mijiet ta’ konsumaturi li għamlu l-ilment tagħhom ta’ misselling mal-Awtorità, ħafna minnhom sa 18-il xahar ilu, jifformaw parti minn dik il-faxxa tal-populazzjoni l-aktar vulnerabbli li tikkonsisti f’ċittadini anzjani li jippruvaw ilaħħqu mal-ħajja fuq il-pensjoni soċjali minkejja l-ispejjeż riżultat tal-mard kroniku tagħhom, u li ħafna minn dawk li ilmentaw – mhux biss il-pensjonanti li ssemmew qabel – għandhom livell akkademiku bażiku u edukazzjoni finanzjarja mill-aktar fqira, u li sa frattant, lkoll ġew kategorizzati bħala “Experienced Investors” mill-Bank of Valletta bl-iskop li jbiegħulhom il-Fond, u li dawn li lmentaw lkoll taw evidenza dokumentata lill-MFSA li la huma investituri ta’ esperjenza fuq livell sostantiv u lanqas wieħed formali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinġħata f’seduta oħra.
La Vallette Multi Manager Property Fund — Prospett Supplimentari
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36818 u 35702 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-La Valette Multi Manager Property Fund għadu miftuħ għal sottoskrizzjonijiet ġodda abbażi tal-Prospett Supplementari viġenti tal-10 t’Awwissu 2010? Jista’ jgħid jekk jafx li tul dawn l-aħħar xhur inġiebet diversi drabi għall-attenzjoni taċ-chairman u tad-Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta li l-verżjoni viġenti tal-Prospett Supplementari tal-La Valette Multi Manager Property Fund, jiġifieri dik tal-10 t’Awwissu 2010, tikser il-liġijiet tal-Att dwar is-Servizzi tal-Investiment kif ukoll ir-Regoli maħruġa bis-saħħa tagħha mill-istess Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, u dan bi ħsara għal konsumaturi li għandhom dritt jistrieħu fuq Prospett ta’ prodott ta’ investiment u li jkunu qed jikkunsidraw jidħlu f’dan il-Fond?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinġħata f’seduta oħra.
La Vallette Multi Manager Property Fund — Prospett Supplimentari - ksur ta' Investiment Restrictions
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36819 u 35703 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li l-konsegewenzi naturali tar-Rapport tal-istess Awtorità tas-16 ta’ Ġunju 2011 u dak tal-25 ta’ Ġunju 2011 fil-konfront ta’ Valletta Fund Management Ltd u tal-Bank of Valletta plc dwar il-La Valette Multi Manager Property Fund, fejn l-Awtorità kkonfermat ksur ta’ Investment Restrictions mil-Valletta Fund Management Ltd u ħruġ ta’ Rapporti annwali tal-Kustodju mhux veritjiera anzi li jiżvijjaw lil investituri mill-Bank of Valletta, u liema konkluzjonijet tal-Awtorità ma ġewx appellati, ifisser neċessarjament li l-Prospett Supplementari viġenti ta’ dan il-Fond hu inkorrett, falz, mhux veritjiet, jiżvijja lill-pubbliku u inkonsistenti, in kwantu il-Prospett ma ġiex aġġornat u ppubblikat biex jistqarr li Investment Restriction (vi) inkisret b’mod ripetut u fit-tul u li ħafna mill-fondi sottostanti għadhom fil-fond bi ksur tal-kondizzjoni tal-Prospett sal-ġurnata tal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinġħata f’seduta oħra.