Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu fl-iskejjel primarji u sekondarji statali tal-Gżira fl-aħħar erba' snin skolastici, inkluża dik prezenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-rata ta' studenti li komplew l-istudji tagħhom mill-Gżira fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi, fl-MCAST u fl-Università fl-aħħar erba' snin? X'kienet ir-rata ta' dawk mill-Gżira li ma komplewx l-istudji post-sekondarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għaddew studenti fis-SEC tal-Malti, Ingliż, Matematika, Fiżika u IT fl-aħħar erba' snin? Kemm qagħdu studenti mill-Gżira għall-istess suġġetti fl-eżamijiet SEC fl-istess żmien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li għad ikun hemm ilmenti minn ġenituri li wliedhom iweġġgħu serjament meta jaqgħu fil-ground tal-iskola primarja ta' San Ġiljan, tista' l-Ministru tgħid meta se jinkesa b'materjal biex ma jkunx ta' perikolu għat-tfal meta joħorġu jilagħbu kif tant hu meħtieġ għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal mistoqsija parlamentari numru 34657.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W555, peress li hemm diversi persuni li jinsabu mħassba għaliex f'Għawdex dan is-sajf mhux se jkun post fejn jistgħu jħallu lill-uliedhom waqt li huma jkunu għax-xogħol, ma taħsibx il-Ministru li għandu jkun hemm rimedju u soluzzjoni sabiex jiġi indirizzat dan in-nuqqas li qed ikun kaġun ta' ħafna preokkupazzjoni fost dawn il-ġenituri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ġenituri tul din il-leġislatura li weħlu multi minħabba li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr awtorizzazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jinħatru l-administrative assistants tal-Università ta' Malta li ġew notifkati li ġew magħżula biex jimlew dak il-grad?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-data effettiva tal-ħatra tal-Assistenti Amministrattivi tkun fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-Kunsill tas-26 ta’April, 2012.
Tista' l-Ministru tara li jittieħdu passi urgenti biex it-tifla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-appoġġ tal-LSA malajr kemm jista' jkun malajr skont kif irrakkmandat miċ-Child Development Assessment Unit?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata f’April 2012 u ser tingħata l-attenzjoni kollha dovuta.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnhom is-sillabi ġodda li kellhom jiġu mħejjija sa Frar li għadda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ma kien hemm l-ebda pjan li s-sillabi ġodda kellhom jitlestew sa Frar.
F’Ġunju għandu jiġi ffinalizzat is-sillabu tal-Form2 kif ukoll ir-reviżjoni tas-sillabu tal-Form 1.
Skola Primarja ta' San Ġiljan — rranġar tal-wiċċ tal-ground
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jiġi rranġat wiċċ il-ground tal-iskola primarja ta San Ġiljan peress li tfal għadhom iweġġgħu meta jaqgħu fih waqt li jkunu qed jilgħabu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li x-xogħol qiegħed fil-lista ta’ xogħlijiet li għandhom isiru fl-iqsar żmien possibbli.
Lista ta' bini ta' skejjel li huma magħluqa u vojta
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' bini tal-iskejjel li bħalissa huwa magħluq u vojt għax mhux jintuża? Tista' tgħid f'kull każ xi pjan hemm għall-użu ta' kull bini?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma hemmx bini li qabel kien jintuża bħala skola li bħalissa huwa magħluqa u vojt. Kull binja li m’għadhiex tospita studenti qed tkun utilizzata jew se tiġi utilizzata għal għanijiet oħra marbuta mas-settur tal-Edukazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm s’issa d-Dipartiment tal-Edukazzjoni għandu każijiet pendent ta' tfal li għandhom bżonn l-assistenza tal-LSA? Kemm minn dawn it-tfal se jkollhom l-assistenza tal-LSA fil-bidu tas-sena skolastika li jmiss?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’dawn il-ġranet stess qed jiġu ngaġġati supply LSAs u qed jiġu assenjati lit-tfal li diġà ġew statemented skont il-prijorità.
Tista ' l-Ministru tgħid, jekk ikun hemm skola privata li jkollha bżonn tas-servizz ta’ LSA għall-ewwel darba, x’inhi l-proċedura li trid tiġi segwita? Min jagħmel tajjeb għal ħlas tas-servizz tal-LSA? Kemm hemm LSAs fi skejjel tal-knisja u f’dawk privati separatament? Hemm xi talbiet pendent minn skejjel privati għal servizz ta’ LSA liema servizz s’issa f’dawn l-iskejjel ma kienx offrut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskejjel Privati, il-ġenituri flimkien mal-iskola jagħżlu huma Learning Support Assistants wara li toħroġ rakkommandazjoni mill- ‘
Istatementing Moderating Panel’
. L-LSAs irid ikollhom il- kwalifiki ekwivalenti bħal dawk rikjesti mill-Istat. Wara l-ġħażla tal-LSA, l-iskejjel jaġħmlu kuntatt man-‘Non-State Section’ tad-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni fejn tiġi reġistrata t-talba.
Is-servizz tal-LSA jitħallas mill-Istat.
LSAs/SLSAs fi skejjel tal-knisja: 558
LSAs/SLSAs fi skejjel privati: 70
Bħalissa hemm 49 każ li għaddejjin mill-proċess ta’ evalwazzjoni u rakkommandazzjoni dwar jekk hux meħtieġ l-għajnuna ta’ LSA.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal b'diżabilità li kienu jattendu fi skejjel mainstream u ntbagħtu fiċ-ċentri ta' riżorsi biex jingħataw l-għajnuna meħtieġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din is–sena skolastika hemm 41 tifel u tifla b'diżabilità li jattendu fi skejjel mainstream u qed jingħataw servizzi minn San Miguel Primary Education Resource Centre u 6 li qed jingħataw servizzi minn Guardian Angel Secondary Education Resource Centre.
tfal b'diżabilità li jattendu l-iskola/ċentru tar-Riżorsi tal-Wardija
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal b'diżabilità li kienu jattendu l-iskola/ċentru tar-riżorsi tal-Wardija? X'se jiġri minnhom x'ħin jispiċċaw minn hemm? Kemm hemm studenti li qed jistennew li jintbagħtu fiċ-Ċentru tal-Wardija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fiċ-Ċentru Dun Manwel Attard, Young Adult Education Resource Centre, Wardija jattendu 95 student. Wara li dawn jispiċċaw minn dan iċ-ċentru, skond il-bżonnijiet tagħhom, jistgħu jiġu referuti jew :
§ Għal skemi għal persuni b’bżonnijiet speċjali offruti mill-ETC jew,
§ għal programmi edukattivi u vokazzjonali oħra jew,
§ għaċ-ċentri ta’ matul il-jum.
Bħal issa hemm 4 studenti li jattendu iċ-ċentru ta’Riżorsi sekondarju li magħhom qed issir transizjoni għaċ-ċentru tal-Wardija biex sena oħra jintbagħtu f’dan iċ-ċentru.
Tista' l-Ministru jgħid hemm xi pjan biex iċ-ċentru tal-Wardija ma jibqax jilqa' fih żgħażagħ b'diżabilità? Jekk iva, fejn se jkun is-sit alternattiv għal dan iċ-ċentru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-pjanijiet huma li jinbnew żewġ Ċentri tar-Riżorsi flimkien mal-bini ta’ żewġ skejjel sekondarji f’Paola u l-Ħamrun. Dan se jsir sabiex l-istudenti taċ-Ċentri tar-Riżorsi jkunu jistgħu jintegraw aktar fil-programmi tal-iskejjel .
Għad ma hemmx deċiżjoni dwar iċ-Ċentru tal-Wardija.
Istituzzjonijiet post-sekondarji — programmi pathway għal żgħażagħ b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid fl-istituzzjonijiet post-sekondarji ta' Malta u Għawdex fejn qed isiru programmi pathway għal żgħażagħ b'diżabilità? Kemm hemm żgħażagħ f'dawn il-programmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.