ċentri tal-persuni b’diżabilità — manual of procedures
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-manual of procedures taċ-ċentri tal-persuni b’diżabilità? Jista’ jgħid jekk dan il-manual intbagħatx lill-ġenituri tal-klijenti sabiex huma jkunu jafu x’tip ta’ servizzi qed jingħataw lil uliedhom?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument hawn fuq imsemmi qiegħed fil-proċess li jiġi rivedut. Dan minħabba d-diversi tibdiliet ta’ operat li saru matul dawn l-aħħar snin. Għaldaqstant dan id-dokument ma jistax jinħareġ bħalissa. Huwa maħsub li meta dan id-dokument ikun lest, l-informazzjoni li qegħda f’dan id-dokument ssir ukoll b’mod issimplifikat (easy format) sabiex jingħata lill-ġenituri u lill-klijenti.
Madanakollu l-Aġenzija SAPPORT għandha proċedura fejn isir Service Agreement mal-ġenituri u kuraturi tal-persuni b’diżabilità li jiġi imfiehem waqt il-Case Conference inizjali u li tiegħu jingħataw kopja. Kull sena jsir Case Review li jiġi iddokumentat apposta rigward il-klijent speċifiku. Il-familjari u kuraturi jingħataw ukoll kopja ta’ dan id-dokument.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 35758, jista’ l-Ministru jgħid ghaliex ma ġewx mixtrija t-tliet coaches ġodda minflok dawk li ġew skrappjati sabiex il-klijenti taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum ikunu jistgħu jużaw regolarment kuljum f’attivitajiet organizzati fil-komunità?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-coaches indikati minnu gew skrappjati għaliex ma kienx vjabbli li jissewwew. L-agenzija ddecidiet li fejn ikun hemm bzonn trasport bil-coaches dan is-servizz jinxtara mingħand il-privat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sensitivity analyses li saru fit-tħejjija tar-rapport finali dwar l-istrategic review tas-sistema tal-pensjonijiet?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Kapitolu 2.4, Final Report: Strategic Review – Outcome of the Consultation Process and Proposed Next Steps.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanti in kwestjoni ġiet ipproċessata mall–applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Jista' l-Ministru jgħid fejn se ssir il-holder tal-bozza tal-komun ta' flat ġdid li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li normalment dan ix-xoghol fil-komun tal-blokka hu responsibli ghalih ir-rapprezentat tar-residenti tal-blokka. Minhabba li din il-blokk partikolari sal-lum ma hemmx rapprezentant, il-Sindku ta’ Hal-Tarxien offra li jaghmila ta’ koordinatur u biex jaghti stuzzjonijiet lil kuntrattur li intghazel mil-Kunsill stess.
Ghaldaqastant il-post fejn se issir il-holder tal-bozza fil-komun intaghzel mis-sindku ta’ Hal- Tarxien. Dan minhabba li qieghed jirrapresenta lil- residenti. Is-Sindku hu obligat jikkonsulta mar-residenti.
Awtorità tad-Djar — applikazzjoni fuq il-waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-anzjana u t-tifla tagħha li d-dettalji dwarhom qed jintbghatu separatament li ilhom fuq il-waiting list tal-Awtorità tad-Djar għal dawn l-aħħar tmien snin?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanti in kwestjoni ġiet ipproċessata mall–applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif segwenti dwar iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ, u cioè kemm-il każ tressaq quddiem iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ f’kull sena bejn l-2007 u l-2011? Kemm-il każ ta’ arbitraġġ li kien tressaq quddiem dan iċ-ċentru ġie ffinalizzat f’kull sena bejn l-2007 u l-2011? Jeżisti panel ta’ arbitri li quddiemhom jinstemgħu l-każijiet li jitressqu quddiem iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ u, jekk iva, jista’ jagħti lista ta’ min huma dawn il-persuni? Jista’ jagħti lista ta’ kemm-il każ ġie assenjat lil kull arbitru f’kull sena bejn l-2007 u l-2011?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kazijiet li tressqu quddiem iċ-Ċentru Malti tal-Arbitragg fil-perjodi mitluba huma kif gej:
2007 453 każ
2008 416 każ
2009 411 każ
2010 386 każ
2011 412 każ
Il-kazijiet li tressqu quddiem iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ u li ġew finalizzati fil-perjodi mitluba huma kif ġej:
2007 301 każ
2008 296 każ
2009 297 każ
2010 297 każ
2011 231 każ
Fir-rigward tal-mistoqsijiet in konnessjoni mal-
Panels
ta’ Arbitri, tajjeb li l-Onorevoli Interpellant tkun aktar diretta biex tkun tista’ tinghata twegiba detalljata. Ic-Centru ghandu numru ta’ Panels ta’ Arbitri [Gruppi ta’ Arbitri imwaqqfa mic-Centru ai termini tal-Artikolu 10(2) tal-Att dwar l-Arbitragg] ghal tipi diversi ta’ tilwim. Persuni f’dawn il-gruppi ta’ arbitri, li jistghu jkunu f’aktar minn grupp wiehed, jigu assenjati kazijiet meta ssir talba ghal hekk lic-Chairman tac-Centru u cioe fil-kaz li l-partijiet ma jaqblux fuq l-arbitru li jkun se jiddeciedi l-kaz. Il-partijiet f’arbitragg huma liberi li jaghzlu lil min iridu huma bhala arbitru, anke persuni li mhumiex f’dawn il-gruppi ta’ arbitri. L-uniku kriterju huwa li l-persuna li tkun arbitru ghandha tkun indipendenti u imparzjali.
Peress li l-Artiklu 269(5) tal-Kap 16 tal-Ligijiet ta' Malta qed jiġi interpretat b'tali mod li ġenituri addottivi mhux qed jitħallew iġibu ċertifikati tat-twelid sħaħ tal-ulied addottati jekk mhux b'digriet tal-qorti, peress li bl-intervent u b'inizjattiva tar-reġistratur tal-qorti volontarja adozzjonijiet ġodda qed ikollhom inkorporat fid-digriet finali l-fakultà għal ġenituri biex ikunu jistgħu jottjenu ċertifikat tat-twelid sħiħ u peress allura li minħabba din l-interpretazzjoni qed jinħoloq inkonvenjent u kif ukoll qed tinħoloq diskriminazzjoni bejn ġenituri naturali u dawk addottivi kif ukoll bejn ġenituri addottivi li għaddew mill-proċess tal-qorti reċentement u dawk li ilhom: ma jaħsibx il-Ministru li dan l-artikolu għandu jiġi amendat biex titneħħa din l-anomalija legali?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-interpretazzjoni li qed tingħata tal-artikolu 269(5) ma’ toħloqx diskriminazzjoni bejn ġenituri naturali u dawk addottivi u dan għaliex ai termini ta’ l-istess artikolu, kullħadd, barra l-addottant innifsu meta jkun għalaq it-tmientax –il sena, għandu l-ewwel jikseb l-awtorizzazzjoni tal-Qorti qabel ma jkun jista’ jiġbor iċ-ċertifikat ta’ l-adozzjoni. Dan ifisser li din l-awtorizzazzjoni trid tinkiseb mhux mill-ġenituri addottivi biss, iżda anke mill-ġenituri naturali u minn kull persuna oħra li b’xi mod jista’ jkollha xi interess barra, kif diġa ingħad, mill-addottant innifsu meta dan ikun laħaq l-età ta’ tmientax –il sena;
Din l-interpretazzjoni tal-artikolu 269(5) hija ġustifikata għaliex tipprevjeni milli tinħoloq sitwazzjoni fejn kull min irid ikun jaf jekk persuna hijiex addottata taqbad u tmur id-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku u tistaqsi għaċ-ċertifikat. L-ispirtu wara dan l-artikolu huwa fil-fatt li tipproteġi l-minuri addottant milli tiġi sparsa tali informazzjoni fuqu mingħajr ma jkun hemm skop jew raġuni valida.
Hija l-intenzzjoni li fl-emendi ghal-ligi tal-adozzjoni li ser jigu prezentati issir emenda ukoll biex taghmilha aktar facli ghall-genituri addottivi li jigbru dan ic-certifikat u jitnehhew dawn l-anomaliji.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar mhux qed tirrispondi għall-ilment li l-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għamlet għal post alternattiv lill-Awtorità tad-Djar?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanti in kwestjoni qiegħda pproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li applika snin ilu biex jieħu post tal-gvern u fil-preżent għandu 220 punt, l-Awtorità tad-Djar qiegħda tiddiskrimina kontrih?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni in kwestjoni qeghda tiġi proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu d-drabi bejn Marzu 2008 u April 2012 li għamel użu minn helicopter tal-Forzi Armati u x’kienu l-okkazjonijiet li għalihom sar dan l-użu? Jista' jagħti d-data ta’ kull okkazjoni? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull okkazjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2008 s’April ta’ din is-sena użajt il-helikopter tal-Forzi Armati tliet darbiet; fl-4 u fil-5 t’Ottubru 2008 u fit-12 ta’ Dicembru 2011. Fit-tliet darbiet kont qed nakkumpanja lill-Prim Ministru u allura ma kienx hemm spejjeż involuti min-naħa tiegħi.
B’referenza għal ħaddiema tal-ex Korp tad-Dejma li ma kenux ħadu s-somma ta’ Lm4000 (erba t’elef Liri Maltin) meta rtiraw mix-xogħol wara l-61 sena, kif kienu ħadu ħaddiemaa oħra li servew fiċ-Ċivil fl-istess dipartiment, kif ukoll fid-dawl tas-sitwazzjoni li l-ħajja qed togħla, inklużi mezzi oħra bħalma huma d-dawl u l-ilma, it-trasport, gas u anke fuel fost oħrajn, jista' l-Ministru jara li jkun ikkunsidrat fiċ-ċirkostanzi li ssir ġustizzja ma' dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom u jingħata l-ħlas tas-somma li sal-lum għada miċħuda lilhom?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korp tad-Dejma kien Korp para-militari u mwaqqaf fit-tmeninijiet però liema korp ġie xolt fl-1987. Bħala forza dixxiplinari kienet taqa’ taħt l-awtoritajiet tal-Forzi Armati ta’ Malta. Huwa ghalhekk illi nitlob sabiex din il-mistoqsija ssir lil Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna teknika tingħata lil kollezzjonisti li jkunu jeħtieġu assistenza permess ta' programmi tal-Unjoni Ewropea sabiex jorganizzaw l-espożizzjoni ta' dawn il-ħwejjeġ b'mod permanenti f'forma ta' mużew? Kemm-il applikant għal programm tal-Unjoni Ewropea talab għajnuna għal dan il-għan fl-aħħar snin?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli iNterpellant li l-MEUSAC iwassal informazzjoni dwar kull tip ta’ programmi ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea (UE) u jassisti lil għaqdiet mhux governattivi u lill-kunsilli lokali fil-mili ta’ applikazzjonijiet għal proġetti ffianzjati jew ko-finanzjati mill-UE.
Il-promozzjoni ta’ dawn il-programmi ta’ fondi ssir, fost oħrajn, permezz ta’ seminars, workshops, laqgħat, il-
MEUSACNews
li jiġi distribwit kull ħmistax ma’ gazzetta lokali kif ukoll permezz tas-sit elettroniku www.funding 360.eu. Dan is-sit jagħti perspettiva wiesgħa ħafna ta’ kif jaħdmu l-fondi tal-UE. Kull xahar jintbagħtu wkoll
web elerts
bl-aħħar tagħrif dwar il-programmi disponibbli lil kull min hu rreġistrat mas-sit.
F’dak li għandu x’jaqsam l-għajnuna lil kollezzjonisti li jkunu jeħtieġu assistenza permess ta' programmi tal-Unjoni Ewropea sabiex jorganizzaw l-espożizzjoni ta' dawn il-ħwejjeġ b'mod permanenti f'forma ta' mużew, il-MEUSAC jista’ jgħin lil għaqdeit mhux governattivi u kunsilli lokali biex jimlew l-applikazzjoni ladarba jiġi identifikat proġett li jista’ ikun eliġibbli. S’issa, kien hemm biss entità waħda li applikat bl-għajnuna tal-MEUSAC. Il-proġett kien biex jiġi żviluppat mużew fi ġnien f’din il-lokalita’ partikolari.
Ta min wieħed jgħid li ma jistgħax jigi eskluż li ma kienx hemm proġetti oħra ta’ dan it-tip. Filfatt matul il-perjodu ta’ fondi tal-UE 2007 u 2013 jeżistu żewg possibilitajiet għat-twettiq ta’ dawn it-tip ta’ proġetti għalkemm fil-preżent dawn is-sejħiet mhumiex miftuħa:
§ Il-Fond Ewropew għall-Iżvillup Reġjonali (FEZR) - Assi ta’ Prijorita’ 2 Nippromwovu Turiżmu Sostennibli (ġestit mid-Dipartiment għall-Koordinazzjoni tal-Ippjanar u l-Prijoritajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru - PPCD);
§ Skema għal proġetti turistici għal intraprizi (ġestita mill-Awtorita’ tat-Turiżmu - MTA)
Nistieden lill-Onorevoli interpellant biex jekk jixtieq iktar tagħrif dwar dawn l-imsemmija programmi, jitlob din l-informazzjoni mingħand il-Ministri responsabbli mill-PPCD u l-MTA rispettivament.
Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-housing jaraw li l-bieb ta' bejt tal-post tal-gvern tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jiġi rranġat?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-jiema li ġejjin l-awtorità se tivverifika dan il-bieb u tieħu l-passi neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-post alternattiv?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni ġiet ipproċessata mall-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva nhar il-11 ta’ Ġunju, 2012 u l-ispezzjoni se ssir fil-futur qarib.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33896, jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għamilx kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex jgħaddi l-informazzjoni relatata mas-salarji kurrenti sabiex issir reviżjoni tal-pensjoni ta' din l-istess persuna?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li d-Dipartiment informa bil-miktub bl-iżviluppi li seħħew lill-persuna kkonċernata.
Ċentru ta' Ħal Far — nuqqas ta' post għall-wheelchair cases
Question
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiġi kkuntatjata peress li t-tifla tagħha weġġgħet u Ċentru ta' Ħal Far mhemmx post fil-vann għall-wheelchair cases u din it-tifla tixtieq li terġa' tmur l-iskola?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà saru u qed isiru diversi kuntatti mal-persuna ikkonċernata u l-familjari tagħha mis-Social Worker taċ-Ċentru. Saret ukoll home visit u viżita waqt li l-persuna kkonċernata kienet l-isptar. L-omm tal-persuna ġiet infurmata li l-aġenzija qiegħda taħdem sabiex tipprova ssib soluzzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi proċessata l-applikazzjoni dwar maintenance ta' gallerija tal-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Awtorità tad-Djar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni mill-persuna indikata.
Billi fil-block ta' appartamenti li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hemm familji li għandhom anki żewġ membri b’diżabilità u mhux kulħadd jagħmel użu mis-servizz tal-lift, jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jitwaħħlu railings fit-taraġ tal-istess lift?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil jiem li gejjin l-Awtorità Tad-Djar se żżur din il-binja u tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex bil-partiċipazzjoni tar-residenti tinsab soluzzjoni għal din il-problema.