B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8202 dwar enforcement notices maħruġa għar-rigward ta’ mwejjed u siġġijiet mill-Awtorità tal-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid jekk b’rabta mal-każijiet li ngħalqu sarux aktar spezzjonijiet biex ikun assigurat li l-istabbilimenti kummerċjali baqgħu konformi mal-permessi tagħhom dwar imwejjed u siġġijiet fiż-żmien wara li l-avviż ta’ infurzar kontrihom ingħalaq?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li meta l-Awtorità tal-Ippjanar toħroġ permess ta’ żvilupp, l-Awtorità tara li l-iżvilupp fuq is-sit sar skont il-pjanti approvati u l-kundizzjonijiet tal-permess ta’ żvilupp. Meta żvilupp jitlesta skont il-permess, l-Awtorità xorta tara li ma jsirx żvilupp li mhux skont il-permess ta’ żvilupp maħruġ minnha. Fir-rigward ta’ mwejjed u siġġijiet nitlob li tindirizza l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Lack of official markings for outdoor catering areas” datat 7 ta’ Marzu 2023, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet approvati għal stalel f’żoni meqjusa ODZ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ġiet approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex isiru stalel f'żoni meqjusa ODZ f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ Mejju tal-2021 sal-aħħar ta’ April tal-2023, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat 110 applikazzjoni biex isiru stalel f’żoni barra miż-żona tal-iżvilupp. Dawn jinkludu wkoll każijiet ta’ bdil fl-użu ta’ binja eżistenti biex jinħolqu stalel, kif ukoll deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet li jkunu daħlu għand l-Awtorità qabel il-perjodu msemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar għandhiex quddiemha applikazzjonijiet pendenti biex isir xi żvilupp jew xogħol f’Fortizza Campbell, Selmun, Mellieħa? Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn l-applikazzjonijiet, fiex jikkonsistu u min issottometta kull applikazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, skont il-pjanta li ġiet sottomessa, l-unika applikazzjoni relatata ġġib in-numru ta’ riferenza PA 1977/00 li ġiet irtirata fl-2012.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar irċevietx applikazzjonijiet biex isir xi żvilupp jew xogħol f’Fortizza Campbell, Selmun, Mellieħa matul l-aħħar sena? Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn l-applikazzjonijiet, fiex jikkonsistu u min issottometta kull applikazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8668, peress li l-mistoqsija hija identika.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3452, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li ġie approvat imsemmi fit-tweġiba għal din il-mistoqsija fuq il-Palazz ta' Selmun, Mellieħa u allura applikazzjonijiet PA4631/93, DS00130/18 u DS00246/20, twettaqx, u dan għal kull applikazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub se jingħata f’seduta oħra.
Awtorità tal-Ippjanar – smigħ ta’ applikazzjonijiet online
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8497 dwar kif wieħed jista’ jattendi l-laqgħat tal-Awtorità tal-Ippjanar, jekk hux fiżikament jew inkella online biss, peress li fl-ittra li qiegħda tintbagħat separatament (din l-ittra ntbagħtet mill-Awtorità tal-Ippjanar lil kull min huwa objector) jingħad li wieħed jista’ jsegwi “on line only”, jista’ l-Ministru jikkonferma dak li qalet l-Awtorità tal-Ippjanar fl-ittra tagħha?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8497, kif diġà kkjarifikat, għalkemm il-Kummissjoni għaż-Żona tal-Iżvilupp ma tinfurmax lill-pubbliku li jista’ jattendi fiżikament waqt is-seduti, kull min attenda jew talab biex jattendi, dejjem kien infurmat li jista’ jattendi u saru arranġamenti biex dan isir. Ir-restrizzjoni hija iktar waħda ta’ spazju u ta’ faċilitajiet għal min ikun jixtieq jara xi pjanti li jkunu qed jiġu kkunsidrati waqt is-seduta. Tajjeb li ninforma wkoll, li kull min informa lil Customer Care tal-Awtorità li kellu xi problema biex jattendi s-seduta onlajn, min-naħa tal-Awtorità saru anke arranġamenti biex ikunu jistgħu jattendu l-meeting onlajn minn ġol-uffiċini (reception boardroom) tal-Awtorità stess. L-Awtorità mhijiex f’pożizzjoni li, fl-ittra li tintbagħat, tistieden lil kullħadd jattendi fiżikament minħabba l-imsemmija restrizzjonijiet ta’ spazju u faċilitajiet.
San Ġiljan – Triq Telgħet B’Kara – twaqqigħ ta’ bini
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 8498, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tal-Ippjanar ma kkonsultatx mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali fuq l-applikazzjoni bir-referenza PA 4563/15 dwar twaqqigħ ġewwa Triq Telgħet B’Kara, f’San Ġiljan, bil-konsegwenza li skont is-Sovrintendenza dan it-twaqqigħ ma kellux iseħħ?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lil-Onorevoli interpellant li l-applikazzjoni PA 4563/15 ġiet ipproċessata skond l-Avviż Legali 514/20, u allura konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ma kenitx waħda statutorja. Madankollu, l-Awtorita’ tal-Ippjanar ikkonsultat mal-Cultural Heritage Advisory Committee li ma kien sab l-ebda oġġezzjoni għat-twaqqiegħ tal-binja, bil-kundizzjoni li d-disinn tal-binja l-ġdida jkun jirrispetta lil dik tal-bini antik fil-viċin.
Jista' l-Ministru jgħid liema mill-bordijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar qed jiltaqgħu bil-pubbliku preżenti waqt il-laqgħat? Liema bordijiet mhux qed jaċċettaw li l-pubbliku jkun preżenti waqt l-istess laqgħat tal-bord, iżda għadhom jinsistu li l-laqgħat isiru biss online? X'inhi r-raġuni għal dan, issa li r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 tnaqqsu sostanzjalment?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tikkonferma li l-Kunsill Eżekuttiv, il-Bord ta’ l-Ippjanar u l-Kummissjoni għall-Barra miż-Żona tal-Iżvilupp u Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana huma miftuħa għall-pubbliku biex ikunu preżenti għal waqt il-laqgħat tagħhom. Għalkemm il-Kummissjoni għaż-Żona tal-Iżvilupp ma tinfurmax lill-pubbliku li jista’ jattendi fiżikament waqt is-seduti, kull min attenda jew talab biex jattendi, dejjem kienu infurmati li jistgħu jattendu. L-unika Kummissjoni li mhix miftuħa għall-pubbliku hija l-Kummissjoni tal-Iskema ta’ Regolarizzazzjoni li għandha restrizzjoni ta’ spazju.
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Final Opinion on works carried out by the Government in Comino” datat 18 ta’ Mejju 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: unfair treatment by the Planning Authority in the processing of a minor amendment” datat 7 ta’ Ottubru 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: complaint following an alleged irregular approval of a structure on a pavement in Sliema” datat 7 ta’ Diċembru 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: complaint following the rejection of representations by the Planning Authority” datat 7 ta’ Diċembru 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendation not implemented: Investigation following a complaint alleging irregular acceptance of a development in St Julians” datat 17 ta’ Jannar 2023, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendation not implemented: Pavement extension onto parking spaces in Siġġiewi” datat 31 ta’ Jannar 2023, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Awtorità tal-Ippjanar – ħruġ ta’ permessi f’ODZ għal stallazzjoni ta’ stalel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal ħruġ ta' permess biex isiru stalel f'żoni meqjusa ODZ ġiet sottomessa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ Mejju tal-2021 sal-aħħar ta’ April tal-2023, l-Awtorità tal-Ippjanar ippublikat li rċeviet 157 applikazzjoni kompluta biex isiru stalel f’żoni barra miż-żona tal-iżvilupp. Dawn jinkludu wkoll żewġ każijiet ta’ bdil fl-użu ta’ binjiet eżistenti biex jinħolqu stalel.
Il-Furjana – manutenzjoni taż-żona wara l-Librerija Pubblika Ċentrali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona li tinsab wara l-Librerija Pubblika Ċentrali ġewwa l-Furjana, faċċata tal-Imsida Bastion Historic Garden, hijiex ser tiġi kkurata u miżmuma tajjeb?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lil-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Minisetru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5792 u 8344 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Final Opinion on the regularisation process vis-à-vis the CTB concessions sent to the House of Representatives” datat 29 April 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.