Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116, 12664, 12995, 13193, 13466, 13709, 13954, 14091, 14216 u 14664 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?
Mediterrane Film Festival: The Golden Bee Awards — Luxury Board u VIPS Abbord
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431, 12666, 12997, 13195, 13464, 13707, 13924, 14093, 14218 u 14665 u għid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?
Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430, 12665, 12996, 13194, 13465, 13708, 13923, 14094, 14219 u 14666 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin li jaħdmu mal-Malta Film Commission? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema mill-Unjoni Ewropea, kemm hemm minn pajjiżi terzi u mil-liema pajjiżi ġejjin?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema fil-Film Commission huma kollha ta’ nazzjonalità Maltija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14511 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14113 dwar proġett fi Triq San Publju, f’San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’kienet ir-raġuni li qabel kienu ntalbu permessi DNO għall-istess xogħol?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li kellhom isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni, xorta intalbu permessi DNO.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nżammet l-aħħar laqgħa ta’ Paceville Town Committee fejn kien mistieden jattendi s-sindku attwali ta’ San Ġiljan?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-aħħar laqgħa li kienu preżenti għaliha kemm ic-Chairman tal-Kumitat kif ukoll is-Sindku attwali ta’ San Ġiljan saret fil-15 ta’ Diċembru 2023.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull Procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jipprovdi l-iskeda tal-knis u tindif ieħor fi Vjal il-Labour, fin-Naxxar? Jista' jgħid jekk dan il-knis u tindif huwiex qed isir regolarment?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Vjal il-Labour fin-Naxxar titnaddaf (knis u qtugħ ta’ ħaxix ħażin) regolarment mill-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni darbtejn fil-ġimgħa.
Ministeru għat-Turiżmu — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Tas-Sliema, Gżira u San Ġiljan — Entitajiet kummerċjali li għandhom permess għall-amplified music fuq barra
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista sħiħa ta’ entitajiet kummerċjali ġewwa tas-Sliema, Gżira u San Ġiljan li ngħataw permess li jkollhom amplified music fuq barra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la Ministeru u lanqas l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma joħorġu permessi ta’ mużika amplifikata fuq barra lill-entitajiet kummerċjali.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Arretrati ta' Liċenzji ta' operaturi turistiċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817, 3157, 3718, 4254, 13856, 13956, 14142 u 14231, u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14563 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-Gvern se jinstalla sistema ta' dawl fuq is-swar tal-Belt Valletta, li ħafna minnhom jinsabu fid-dlam u ma jistgħux jitgawdew fil-milja tagħhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li lista aġġornata tal-entitajiet tkun ippubblikata fil-jiem li ġejjin.
Mill-informazzjoni li ngħatatli ma jirriżultax li hemm persuni fl-entitajiet taħt il-Ministeru li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11420, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Ġunju 2023?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta li rċeviet id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manuntenzjoni matul il-xahar ta’ Ġunju 2023, kienu s-segwenti:
Sliema - 3 rapporti
San Ġiljan - xejn
Gżira - 1 rapport.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11421, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Lulju 2023?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta li rċeviet id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manuntenzjoni matul il-xahar ta’ Lulju 2023, kienu s-segwenti:
Sliema - 1 rapport
San Ġiljan - xejn
Gżira - xejn.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11422, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Awwissu 2023?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta li rċeviet id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manuntenzjoni matul il-xahar t’Awwissu 2023, kienu s-segwenti:
Sliema - 2 rapporti
San Ġiljan - xejn
Gżira - 1 rapport.
Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430, 12665, 12996, 13194, 13465, 13708, 13923, 14094 u 14219 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender CT2286/2023 (Works tender for the construction, mechanical and electrical works at the Birzebbuga promenade using environmentally friendly products) ġiex ikkanċellat u jekk fl-affermattiv jagħti r-raġuni għaliex ġie kkanċellat?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li dan it-tender se jerġa’ joħroġ fiż-żmien qarib peress li kellu jiġi ikkanċellat minħabba raġunijiet tekniċi.
Dipartiment tal-Indafa Pubblika — Persuni impjegati fuq bażi full-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati fuq bażi full-time mad-Dipartiment tal-Indafa Pubblika fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika fl-1 ta' Jannar, 2024 u f'liema grad?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar disinn u d-dokumenti relatati mal-proġett tal-promenade ta' Wied il-Buni, Birżebbuġa u jgħid meta huwa mistenni li dan il-proġett jibda u kemm huwa mistenni li jieħu żmien?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar disinni, ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li dan il-proġett mistenni li jieħu madwar sena u nofs.