Legislature:
Category:
Reset
Active:

MTA — applikazzjonijiet għal-lukandi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10238 u 10405 u jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal lukandi ġodda fis-sena 2022 u fis-sena 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu — persuni li għandhom car allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom car allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9592, ninformah li hemm 15-il persuna li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.

Ministeru għat-Turiżmu — Rwol ta' Individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-persuna msemmija mhuwiex membru fuq xi bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħi.

Spezzjonijiet fuq stabbilimenti f’Paceville u San Ġiljan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq commercial outlets ġewwa Paceville u San Ġiljan minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, biex jaraw li dawn l-istabbilimenti qed jużaw il-kuntrattur privat għall-ġbir tal-iskart? Jista’ jgħid jekk kienx hemm min kien mingħajr dan il-kuntratt?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Slielem tal-baħar — Twaħħil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li jitwaħħlu slielem li jwasslu għall-baħar fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, inkluż Buġibba u l-Qawra, il-Mellieħa, in-Naxxar u l-Imġarr? Meta hu mistenni li dawn is-slielem jitqiegħdu f'posthom u x'inhi r-raġuni li din is-sena għadhom ma twaħħlux kollha?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-slielem li qed tirreferi għalihom twaħħlu kollha sal-Ħadd 25 ta’ Ġunju. Din is-sena it-twaħħil tal-infrastuttura madwar il-bajjiet ittardja minħabba li t-temp ma ppermettiex, fejn kien hemm istanzi li biex tiġi mħarsa is-sigurtà tal-ħaddiema, it-twaħħil kellu jiġi pospost.

Qawra – slielem tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-inħawi ta' ħdejn il-Qawra Palace Hotel, fil-Qawra, fejn hemm faċilità tal-għawm, hux se jkun hemm slielem għall-għawwiema bħalma kien hemm is-sajf l-ieħor? Jekk le, għaliex? Kif se jiġi assigurat li dawk li s-soltu jgħumu hemm, jitħallew jagħmlu hekk?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fiż-żona msemmija diġà hemm is-slielem kollha mwaħħlin bħas-snin preċedenti.

Sirens waterpolo – twaħħil ta’ railings

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ir-railings li kien hemm qrib il-pitch tas-Sirens waterpolo jerġgħu jitqiegħdu f'posthom b'mod sigur biex jgħinu lil min imur jgħum f'dawk l-inħawi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-railings imsemmija diġà twaħħlu fuq il-post.

Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni – kenniesa fil-lokalità taż-Żurrieq u Birżebbuġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Kunsilli rispettivi qabel beda x-xogħol ta' tindif mid-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni f'diversi lokalitàjiet fosthom iż-Żurrieq u Birżebbuġa? Jista’ jgħid kemm suppost hemm kenniesa f'kull lokalità biex ikunu jistgħu ilaħħqu max-xogħol u kemm fil-fatt hemm kenniesa bħalissa jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu l-Kunsilli rispettivi stess li talbu l-għajnuna tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni sabiex jintervjenu fil-lokalitajiet peress li l-kuntratturi ma kinux qed iwettqu xogħol sodisfaċenti. Preżentament fil-lokalità taż-Żurrieq qed ikun hemm 5 ħaddiema ta’ kuljum u f’Birżebbuġa qed ikun hemm 6 ħaddiema ta’ kuljum – dan apparti dawk il-ħaddiema li jintużaw biex inaddfu l-bajjiet fl-istess lokalità meta jkun hemm bżonn addizzjonali.

Malta Film Commission – dħul minn kiri tal-faċilitajiet, użu ta’ riżorsi umani u administration fees

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9026 intera u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammonti kollha ta’ dħul li rċeviet il-Malta Film Commission mill-kiri tal-faċilitajiet, użu ta’ riżorsi umani u administration fees fil-Malta Film Studios għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9026.

Għar Lapsi — pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Applikazzjonijiet għal lukandi ġodda approvati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10239 u jgħid kemm ġew approvati applikazzjonijiet għal lukandi ġodda fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm hu t-total tal-bed capacity approvat fis-snin rispettivi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Applikazzjonijiet għal lukandi ġodda rifjutati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10240 u jgħid kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet għal lukandi ġodda fis-sena 2022 u fis-sena 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Turisti li jżuru pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10241 u jgħid jekk in-numru ta’ turisti li se jkunu żaru pajjiżna fis-sena 2023 huwiex se jkun ogħla mis-sena 2019?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma tagħna timmira sabiex nattiraw aktar turiżmu ta’ kwalità u nkomplu l-irkupru b’saħħtu li qiegħda tesperjenza l-industrija f’pajjiżna. Hemm diversi fatturi li jistgħu jaffetwaw ir-riżultat finali għas-sena 2023 u għaldaqstant mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju nikkwotaw xi tip ta’ ċifra.

Cleansing and Maintenance Division – ftehim mal-BCRS

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Cleansing and Maintenance Division daħalx fi ftehim mal-BCRS biex l-impjegati ta’ dan id-Dipartiment inaddfu ż-żoni qrib id-diversi magni li l-istess BCRS għandha madwar Malta? Xi ħlas qed jieħu d-Dipartiment għal dan is-servizz jekk fil-fatt qed jirċievi ħlas għal dan is-servizz?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta lid-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni daħlet fi ftehim mal-kumpanija BCRS sabiex iż-żoni qrib diversi magni jinżammu fl-aqwa stat ta’ ndafa. Dan wara li kienu qed jidħlu diversi lmenti rigward ammont ta’ skart li kien qed jitħalla madwar il-magni. Il-BCRS se tkun qed tħallas l-ammont ta’ €10,000 (Vat eskluża) għas-sena 2023, u €60,000 (Vat eskluża) fis-sena għas-snin 2024 sa 2028.

Operaturi li għandhom liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchiars ħdejn il-bajjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm operaturi, sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin u anke fil-preżent, li għandhom liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet? Kif inhuma mqassmin, kemm f'Malta, kemm f'Għawdex kif ukoll f'Kemmuna, u f’liema bajjiet jistgħu joperaw? Kif jinħarġu dawn il-liċenzji, kull meta jiġu mħallsa u kif jiġi determinat l-ammont dovut għal din il-liċenzja?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni tas-snin 2013 sa 2020, ninfurmah li tlabt biex tinġabar il-kumplament tal-informazzjoni. Sena Lokalità Numru ta’ Operaturi 2013 Mellieħa – Armier 5 Mellieħa – Għadira 6 Mellieħa – Għajn Tuffieħa 1 Mellieħa – Ġnejna 1 Mellieħa – Paradise Bay 1 Kemmuna – Blue Lagoon 2 Għawdex – Marsalforn 1 Għawdex – Ramla l-Ħamra 1 2014 Mellieħa – Armier 5 Mellieħa – Għadira 7 Mellieħa – Għajn Tuffieħa 1 Mellieħa – Ġnejna 1 Mellieħa – Paradise Bay 1 Kemmuna – Blue Lagoon 4 Għawdex – Marsalforn 1 Għawdex – Ramla l-Ħamra 1 2015/6 Mellieħa – Armier 5 Mellieħa – Għadira 7 Mellieħa – Għajn Tuffieħa 1 Mellieħa – Ġnejna 1 Mellieħa – Paradise Bay 1 Kemmuna – Blue Lagoon 3 Kemmuna – Santa Marija 1 Għawdex – Marsalforn 1 Għawdex – Ramla l-Ħamra 1 2017/8 Mellieħa – Armier 5 Mellieħa – Għadira 7 Mellieħa – Għajn Tuffieħa 1 Mellieħa – Ġnejna 1 Mellieħa – Paradise Bay 1 San Pawl il-Baħar – Qawra 1 Kemmuna – Blue Lagoon 3 Kemmuna – Santa Marija 1 Għawdex – Marsalforn 1 Għawdex – Ramla l-Ħamra 1 2019/20 Mellieħa – Armier 5 Mellieħa – Għadira 7 Mellieħa – Għajn Tuffieħa 1 Mellieħa – Ġnejna 1 Mellieħa – Paradise Bay 1 San Pawl il-Baħar – Qawra 1 Sliema – Fond Għadir 1 Kemmuna – Blue Lagoon 3 Kemmuna – Santa Marija 1 Għawdex – Marsalforn 1 Għawdex – Ramla l-Ħamra 1

Ministeru għat-Turiżmu — impjegati minn ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-lum?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10169.

Toroq fejn mhux permess isir twaqqigħ u skavar

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq għal kull lokalità fejn mhux permess isir twaqqigħ u skavar bejn il-15 ta’ Ġunju 2023 u t-30 ta’ Settembru 2023? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq għal kull lokalità fejn ma kienx permess isir twaqqigħ u skavar bejn il-15 ta’ Ġunju 2022 u t-30 ta’ Settembru 2022, kif ukoll bejn il-15 ta’ Ġunju 2021 u t-30 ta’ Settembru 2021?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-lista ta’ din is-sena hija pubblika fuq https://www.mta.com.mt/en/summerbreaktime2023, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għas-snin mitluba.

Belt Valletta — Lift ta' Bieb il-Belt - Kuntatt f'Każ ta' Emerġenza

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10098, peress li l-lift li qed issir referenza għalih hu ta' Bieb il-Belt u mhux ta' Ġnien Laparelli, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid xi jrid isir u ma' min irid isir kuntatt f'każ ta' emerġenza?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Cleansing and Maintenance Division hija biss responsabbli għal-lift li minn ħdejn il-Parlament jagħti għal Ġnien Laparelli.

MTA – spiża fuq Marketing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10107 u jagħti rendikont tal-ispiża tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għas-sena 2022 fuq ‘Marketing - Local & Intl., Digital, Brands, VMIM & Events’ li, skont il-Financial Statements sottomessi fil-Parlament, ammontaw għas-somma totali ta’ €56,279,024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

MTA – Għajnuna lil entitajiet u organizzazzjonijiet għal marketing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10108 u jgħid liema individwi, entitajiet u organizzazzjonijiet ingħataw għajnuna mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-sena 2022 taħt il-baġit tal-MTA għal ‘Marketing - Local & Intl, Digital, Brands, VMIM & Events’?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.