Ta’ Qali - Picnic area - Dokumentazzjoni dwar il-kwalità tal-materjal
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31877 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dokumentazzjoni teknika dwar il-kwalità tal-materjal li ntuża biex inksiet iż-żona tal-picnics f’Ta’ Qali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31878 u jgħid kemm kienet l-ispiża għall-materjal u x-xogħol biex iż-żona tal-picnics f’Ta’ Qali nksiet bir-ramel u ż-żrar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża għax xogħol ta’ manutenzjoni fuq wiċċ l-art tal-ispazju kollu u service roads tal-madwar, tammonta għal €311,141.84 (Vat mhux inkluż).
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29758, jista’ l-Ministru jgħid xi spejjeż u x’xogħlijiet komplessivi saru f’Misraħ Karmenu Grima, fiż-Żejtun?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet f’Misraħ Karmenu Grima u ż-żoni tal-madwar, li jinkludu parti minn Triq Joe Attard u parti minn Triq L-Isqof Antonio Zahra, kienu jikkonsisti f’bini mill-ġdid tal-paviment pedonali, servizzi tal-ilma u drenaġġ, bini mill-ġdid tal-paviment tal-pjazza, parking area u line marking. L-ispiża total hija ta’ Euro 595,998.31.
Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu jibda u jitlesta x-xogħol fi Triq San Tumas, Ħal Tarxien?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ilu li beda minn nhar it-Tnejn 17 ta’ Novembru. It-traffiku se jkun permess f'direzzjoni waħda mill-Fgura għal Ħal Tarxien u x-xogħlijiet ser jitqassmu f’fażijiet sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenzji ġodda tas-sewqan għal sewwieqa tax-xarabanks u coaches fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Jannar u Ottubru 2025, ħarġu total ta’ 355 liċenzja ġdida fil-Kategoriji D u D Automatic, li huma l-kategoriji meħtieġa sabiex jinstaqu x-xarabanks u l-coaches. Minn dawn il-liċenzji, 49 ingħataw lil persuni ta’ nazzjonalità Maltija, filwaqt li 306 ingħataw lil persuni ta’ nazzjonalità barranija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenzji ġodda tas-sewqan għal sewwieqa tax-xarabanks u coaches fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2024, ħarġu total ta’ 607 liċenzji ġodda fil-Kategoriji D u D Automatic, li huma l-kategoriji meħtieġa sabiex jinstaqu x-xarabanks u l-coaches. Minn dawn il-liċenzji, 80 inħarġu lil persuni ta’ nazzjonalità Maltija, filwaqt li 527 inħarġu lil persuni ta’ nazzjonalità barranija.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 31329 u 31954 dwar ix-xogħlijiet li qed isiru fi Triq Giuseppe Calì, f’Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex ir-residenti tat-triq ikollhom ix-xogħlijiet lesti qabel il-Milied?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lil Onor. Interpellant għal risposti lejn il-mistoqsijiet numri 31329 u 31954, fejn diġa irrispondejt li x-xogħol ser jitlesta fl-ewwel kwart ta’ 2026, ninfurmah illi sal-millied huwa previst li jkun lest l-ewwel saff ta’ asfalt fi triq Giuseppe Cali sabiex din tkun tista tintuża mill-pubbliku fiż-żmien il-festi. It-tieni saff ta’ asfalt isir meta jkun lest ix-xogħol ta’ rikostruzzjoni fi triq Odilone biex b’hekk iz-zewġ toroq ikunu lesti flimkien hekk kif jitlob normalment ix-xogħol.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30324 u 31334, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu r-rapporti u l-investigazzjonijiet fuq l-istat tal-Pjazza Gavinu Gulija f’Bormla?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-investigazzjonijiet li saru, qed tiġi ppreparata sejħa għall-offerti biex issir it-tiswija neċessarja.
Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Xogħlijiet ta’ restawr u riabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta’ restawr jew ta’ riabilitazzjoni mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Liema kienu l-postijiet li bbenefikaw minn dawn ix-xogħlijiet u f’liema lokalità jinstabu? Jista’ wkoll jagħti dettalji tax-xogħol li għaddej preżentement mill-istess dipartiment u f’liema lokalitajiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dwan l-aħħar ħames snin id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għamel ħdax -il proġett ta’ restawr:
Post
Lokalità
Sena
Il-Binja tad-Domus
Ħad-Dingli
2021
Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija Assunta
Ħad-Dingli
2022
Ir-Ridott ta’ Ximenes fis-Salini
In-Naxxar
2022
Palazzo Xara
Ir-Rabat
2022
Il-Kappella ta’ Santa Marija ta' Duna
Ir-Rabat
2023
Il-Kappella tal-Kunċizzjoni
Ir-Rabat
2023
Il-Mitħna tax-Xarolla
IżŻurrieq
2023
Il-Funtana tal-Iljun fi Triq Sant’Anna
Il-Floriana
2024
Id-Dar Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu
Valletta
2024
Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija
L-Imqabba
2025
Il-Knisja ta’ San Mark fi Triq Santu Wistin
Ir-Rabat
2525
Bħalissa d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jagħmel dawn ix-xogħlijiet:
Postijiet fejn qed isir ix-xogħol
Lokalità
Blokk A, Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi
Il-Floriana
Blokk B, Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi
Il-Floriana
Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija Assunta
Ħad-Dingli
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ karozzi li jistgħu jipparkjaw fil-parkeġġ ta’ Pjazza Assedju l-Kbir fir-Rabat, Għawdex, fil-preżent?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-pjazza l-Assedju ta’ Għawdex hemm żewġ livelli ta’ parkeġġi. L-ewwel livell jikkonsisti f’69 parkeġġ ta’ karozzi, filwaqt li l-livell ta’ fuq jikkonsisti fi 48 parkeġġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie rrappurtat li l-lift għall-pedestrian overpass ma kienx qed jiffunzjona bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull lift?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Jannar 2024 s’issa, il-ħsarat irrapurati fl-overpass lifts kienu s-segwenti:
Marsa Junction A3 Tower
31 darba
Blata l-Bajda
10 darbiet
Mcast
16-il darba
Marsa Junction
22 darba
Yellow Bridge
20
Il-lift fil-Marsa Ħamrun Bypass huma magħluq minħabba vandaliżmu li sar fuqu. Dawn huma fil-proċess li jiġu mibdula, u għandhom ikunu finaliżżati sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla, ġaladarba spezzjonijiet ta’ kwalita’ u sigurta’ ikunu konformi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pedestrian overpass lifts li mhumiex jiffunzjonaw bħalissa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara spezzjoni li saret nhar it-26 ta’ Novembru 2025, irriżuta li l-uniċi lifts li nstabu mhux jiffunzjonaw huma dawk tal-Marsa Junction (biswit il-One Complex) u li bħalissa qed isiru xi tiswijiet fuqhom.
Civil Aviation Policy 2023–2030 – Progress Report u miżuri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32102 u 32282 u ċjoè: B’referenza għas-Civil Aviation Policy 2023–2030, li jirrikjedi li l-ewwel Progress Report jiġi sottomess sal-31 ta’ Diċembru 2024, jista’ l-Ministru:
i. jikkonferma jekk dan ir-rapport sarx u meta ntbagħat lill-Gvern;
ii. jipprovdi kopja sħiħa tar-rapport u l-KPIs għal kull pilastru; u
iii. jindika x’miżuri ġew implimentati mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’miżuri jmiss li jiġu implimentati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li, wara t-tnedija uffiċjali tal-ewwel Strateġija Nazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili, il-Ministeru responsabbli, flimkien mal-entitajiet relevanti kif ukoll b’kollaborazzjoni u koordinazzjoni konġunta ma’ entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt Ministeri oħra, beda jimplimenta din l-istrateġija li se twassalna sal-2030. Minkejja li dan ir-rapport mhux ippubblikat, nikkonferma li sar u se jkompli jsir progress fuq l-oġġettivi li ġew stabbiliti fl-istess strateġija.
Ta’ min ukoll insemmi li din l-istrateġija tmur pari passu mal-Viżjoni Malta 2050, viżjoni li tikkonferma dan is-settur bħala wieħed ta’ prijorità għal pajjiżna. Għalhekk, bħala Gvern, ninsabu impenjati u qed naħdmu bi sħiħ biex dan is-settur mhux biss ikompli jissaħħaħ, imma niżguraw ukoll li jikber b’mod sostenibbli u jibqa’ wieħed kompetittiv.
Jista’ l-Ministru jgħid x’testijiet saru s’issa fi Triq Sant’ Aristarku fir-Rabat fil-ġranet li għaddew relatati mal-partijiet tat-triq li qegħdin jisfrondaw? Jista’ jgħid ukoll x’passi ser jittieħdu wara dawn it-testijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi rranġata Triq Sant’ Aristarku fir-Rabat, li ġiet magħmula mill-ġdid madwar ħames snin ilu iżda ftit ġimgħat wara, bdew jidhru xi ħsarat u llum niżlet b’mod li qed taffettwa wkoll id-drenaġġ tar-residenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għamlet spezzjoni fi Triq Sant Aristarku fil-ġimgħat li għaddew wara li daħal ilment li kien hemm xi drenaġġ li kien qed jesporġi għand terzi persuni. Ix-xogħol f’din it-triq kien tlesta fl-2021 u viżwalment ma jidhirx li hemm ħsarat strutturali fil-wiċċ tat-triq li qed jikkawża sfrundar ta’ l-istess triq.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32235, fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29707, peress li f’din it-tweġiba l-Ministru qed jispjega x’inhu l-proċess meta persuna tingħata blue badge parking bay, jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-kriterji biex persuna tkun eliġibbli għal blue badge parking bay quddiem ir-residenza tagħha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija pubblika u tista’ titniżżel flimkien mal-applikazzjoni mill-website ta’ Transport Malta. Kopja tal-iscreenshot tal-website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex u Kemmuna – Proġetti Infrastrutturali Marittimi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti Infrastrutturali Marittimi hemm ippjanati li jsiru mill-Ministeru tiegħu f’Għawdex u Kemmuna matul is-sena 2026, fiex jikkonsistu u fejn ser isiru, u kemm hu ppjanat li ser jiġi jiswa kull wieħed minn dawn il-proġetti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti infrastrutturali marittimi għal Għawdex u Kemmuna li huma ppjanati li jsiru fiż-żmien li ġej huma dawn:
· tiswija tal-moll u l-aċċess ta’ Wied Ermu, Kemmuna
· Skall tal-Qbajjar.
· Modifiċi fil-Fast Ferry Terminal l-Imgarr