Ministeru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12290 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12101, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni miġbura mill-Ministeru u l-entitajiet, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Rapporti ta' serqiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12634, jista’ l-Ministru jgħid:
1. Kemm kien l-ammont jew valur misruq f’kull każ?
2. F’kull każ x’insteraq? u
3. X’passi ttieħdu kontra min seraq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, s-serq kollu laqat il-ħidma li wettqet Infrastructure Malta fl-2019 li matulha ħawwlet 8,719-il siġra indiġena ġdida f’40 post differenti madwar Malta. Dawn is-siġar se tibqa’ ssaqqihom u tieħu ħsiebhom għal diversi snin, sakemm jaqbdu sew fl-ambjent ġdid tagħhom.
Sfortunatament minn dawn kien hemm sitt postijiet li minnhom sar serq ta’ siġar ta’ speċi differenti li kien għadhom kemm tħawwlu mill-aġenzija. Il-lokalitajiet minn fejn insterqu s-siġar, l-ammont u l-valur tas-siġar huma kif ġej:
Lokalità Ammont ta’ siġar Valur
Mosta 9 €270
Ħal Safi 25 €800
Rabat 9 €230.50
Birżebbuġa 13 €810
Mosta 10 €170
Żejtun 2 €136
Is-sitt każi ta’ serq ġew irrappurtati lill-Pulizija waqt li Infrastructure Malta reġgħet ħawlet siġar oħrajn flok dawk li nsterqu.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xi direct order, skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13594 jista’ l-Ministru jgħid jekk allura ċ-ċirkostanzi ta’ din id-domanda, jekk sarx xi tibdil mir-regolamenti li diġà jistipulaw li taxi tista’ ġġorr mhux aktar minn ħames passiġġieri, speċjalment ladarba ħames persuni f’taxi jista’ jkun ta’ periklu għall-istess taxi driver u l-istess passiġġiera?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl taċ-ċirkustanzi preżenti, l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ikkollaborat mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika sabiex inħarġu sett ta’ linji gwida għas-sewwieqa tat-taxis u ta’ vetturi bil-mutur għall-kiri. Dawn il-linji gwida qed jitqiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra; ġew ukoll ippubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tas-Saħħa u jistgħu wkoll jiġu aċċessati minn dan il-link elettroniku:
COVID-19 outbreak Gwida għas-sewwieqa tat-taxis u ta’ vetturi żgħar tat-trasport tal-passiġġieri
Barra minn hekk, l-Awtorità ħadet ħsieb tibgħat kopja ta’ dawn il-linji gwida lis-sidien kollha tat-taxi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu nstallati ċ-Charging Points il-ġodda li l-Gvern wiegħed li kellhom ikunu qed jiffunzjonaw aktar minn sena ilu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li x-xogħol sabiex iktar nies jibdew jużaw vetturi elettriċi ma qata’ xejn. L-infrastruttura inizjali b’firzxa wiesgħa ta’ charging points u saħansitra solar car ports, mal-pajjiż kollu, kif ukoll skemi ġenerużi sena wara sena, għenu biex iktar u iktar sidien ta’ karozzi jaddottaw it-teknoloġija ta’ vetturi elettriċi, meta jagħżlu li jinvestu. Ta’ min isemmi kif f’dawn l-aħħar snin b’inizjattiva tal-Gvern iddaħħal f’Malta l-kunċett ta’ vehicle sharing u iktar minn hekk sharing, permezz ta’ vetturi elettriċi, kemm karozzi, kif ukoll muturi jew pedelecs. Fl-inizjattiva tal-car sharing inħolqu 450 parkeġġ li għadd minnhom għandhom il-faċilita li jiċċarġjaw il-karozzi elettriċi. Barra minn hekk, kompla l-investiment f’iktar infrastruttura u ħafna tħejjija biex il-frott ta’ dan l-investiment jibda jidher fit-toroq tagħna fil-futur qarib ħafna. Dan minkejja l-isfidi ġodda li qegħdin naffaċċjaw minħabba l-imxija tal-Covid19.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se terġa’ tinbena mill-ġdid Telgħet ix-Xemxija li hi fi stat diżastruż?
Response (BORG, IAN)
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta, l-aġenzija li twaqqfet inqas minn sentejn ilu biex twettaq il-pjan tal-Gvern għal infrastruttura aħjar, bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna, bħal m’huma l-bini mill-ġdid ta’ parti minn Triq Reġjonali, l-Imsida ta’ Triq tal-Balal, bejn San Ġwann u n-Naxxar, Triq il-Buqana, l-Imtarfa u Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi, kif ukoll bi proġetti multi-miljunarji oħra bħall-Marsa Junction Project u Central Link Project. Din il-ħidma se tibqa’ għaddejja bla heda, sena wara l-oħra, sabiex niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità li kapaċi tixpruna b’mod sostenibbli l-progress soċjali u ekonomiku tal-familji u n-negozji f’Malta.
Sfortunatament, meta snin ilu t-triq indikata nbniet mill-ġdid, ma saruliex pedamenti adekwati biex tiflaħ għad-domanda ta’ persuni li jivvjaġġaw minnha ta’ kuljum, u li jixirqu triq arterjali bħal din. Għalhekk, sabiex din it-triq tinbena mill-ġdid jeħtieġ li tinqala’ mill-qiegħ u jsirulha strutturi ta’ pedamenti ġodda. F’dawn l-aħħar snin, Infrastructure Malta u Transport Malta wettqu diversi xogħlijiet ta’ tiswijiet temporanji sabiex il-wiċċ ta’ din it-triq ma jkunx ta’ periklu għall-pubbliku, sakemm tkun tista’ tinbena mill-ġdid. Xogħlijiet ta’ tiswijiet simili biex temporanjament jitranġaw uħud mill-ħsarat li fiha din it-triq huma ppjanati li jsiru qabel is-sajf li ġej.
Infrastructure Malta tkun tista’ tibda l-proġett estensiv biex tinbena mill-ġdid din it-triq b’pedamenti sodi kif kellu jsir meta din it-triq inbniet mill-ġdid snin ilu, wara li jsir proġett separat ta’ bdil ta’ servizzi tad-drenaġġ u tal-ilma li hemm taħt l-art fl-istess inħawi, minn entità oħra.
Peress li t-triq mix-Xemxija sas-Selmun hija kollha karreġġjata waħda u toroq alternattivi m’hemmx, jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu sabiex it-traffiku f’din iż-żona jkun wieħed mexxej u x’miżuri hemm ppjanati f’każ ta’ inċidenti li jaqgħu f’din it-triq u minħabba anke l-aċċess għall-vetturi tal-Protezzjoni Ċivili u Ambulanzi?
Response (BORG, IAN)
Ninnota li minn daqs dawk toroq f’Malta, l-Onorevoli Thake għażel it-Telgħa ta’ Selmun bħala triq li skont kif qed jimplika, jeħtieġ titwessa. Filwaqt li l-Oppożizzjoni kemm-il darba tkellmet kontra proġetti ta’ twessigħ ta’ toroq, jidher l-Onorevoli Thake qed jindika li jaqbel li din it-triq titwessa’, minkejja li żgur jaf li din it-triq tinsab f’żona ambjentalment sensittiva mmens, bi fdalijiet arkeoloġiċi importanti ferm mal-ġnub tagħha, kif ukoll uħud mill-eqdem siġar indiġeni f’pajjiżna. Minħabba s-sensittività ta’ dan is-sit, il-Gvern qed ifittex soluzzjonijiet oħra, u mhux twessigħ, għal din it-triq.
Tajjeb li l-Onor. Thake ikun jaf ukoll li hemm żewġ toroq sekondarji oħra li jservu bħala alternattivi għar-rotta indikata. Mhux veru li m’hemmx alternattiva għaliha.
Fil-fatt, il-Gvern qed jaħdem biex ifassal pjan fit-tul li jtejjeb l-aċċessibilità ta’ din ir-rotta ewlenija lejn it-tramuntana ta’ Malta permezz ta’ diversi miżuri, fosthom titjib tas-sigurezza tat-toroq alternattivi mingħajr ma jinħloq impatt negattiv fuq l-ambjent naturali u rurali madwarhom, bħal ma’ hija t-triq bejn il-Manikata u l-Mellieħa.Proġett importanti ferm f’dan ir-rigward huwa l-mina bejn Malta u Għawdex, li ser tnaqqas ħafna mill-ħtieġa tar-rotta bejn ix-Xemxija u Selmun għal dawk li jkunu qed jivvjaġġaw minn u lejn Għawdex. Dan hekk kif il-mina hekk kif proposta mill-Gvern ser tkun qed tgħaddi minn taħt din r-rotta u tiżbokka fl-inħawi tax-Xemxija direttament. L-istudji, tħejjijiet ta’ ppjanar u proċessi oħra meħtieġa biex jitwettaq dan il-proġett jinsabu għaddejjin ġmielhom.
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta, l-aġenzija li twaqqfet inqas minn sentejn ilu biex twettaq il-pjan tal-Gvern għal infrastruttura aħjar, bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna, bħal m’huma l-bini mill-ġdid ta’ parti minn Triq Reġjonali, l-Imsida ta’ Triq tal-Balal, bejn San Ġwann u n-Naxxar, Triq il-Buqana, l-Imtarfa u Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi, kif ukoll bi proġetti multi-miljunarji oħra bħall-Marsa Junction Project u Central Link Project. Din il-ħidma se tibqa’ għaddejja bla heda, sena wara l-oħra, sabiex niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità li kapaċi tixpruna b’mod sostenibbli l-progress soċjali u ekonomiku tal-familji u n-negozji f’Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu lesti x-xogħlijiet li qed isiru fi Triq il-Ġojjin fil-Kappara?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin biex tibni mill-ġdid it-toroq residenzjali. Kien lejn l-aħħar ta’ Jannar tal-2019 meta l-aġenzija varat dan il-programm, ftit xhur wara li twaqqfet fis-sajf tas-sena ta’ qabel, u fl-ewwel sena ta’ dan l-investiment lestiet il-bini mill-ġdid t’aktar minn 130 triq.
Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn il-130 triq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’50 triq residenzjali oħra. Uħud minnhom dalwaqt ikunu lesti. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin.
Ix-xogħlijiet fit-triq indikata, li kienu jinkludu tqegħid ta’ servizzi fosthom dawk għad-distribuzzjoni tal-ilma u postijiet għall-parkeġġ, bdew madwar tliet ġimgħat ilu u waslet biex titlesta. Wara li ssaħħulha l-pedamenti t-triq bħalissa qed isirilha wiċċ ġdid u tinkesa b’diversi saffi t’asfalt.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-regolamenti rigward in-numru ta’ persuni li jistgħu ġustament ikunu aċċettati li jużaw taxi jew karozzi tal-kiri b’xufier?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li skont ir-regolamenti viġenti, taxi tista’ ġġorr mhux aktar minn ħames passiġġieri minbarra x-xufier, filwaqt illi vettura bil-mutur għall-kiri tista’ ġġorr mhux aktar minn tmien passiġġieri minbarra x-xufier.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jibda jitħaddem fast ferry service bejn Malta u Għawdex peress li din kienet waħda mill-wegħdiet prinċipali għal Għawdex fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista għall-aħħar elezzjoni (2017) u sal-lum dan is-servizz għadu ma ġiex introdott? Jista' jgħid meta hu maħsub li jibda jaħdem dan il-fast ferry service u jekk il-pjan hux li dan ikun għall-vetturi u passiġġieri jew passiġġieri biss? Jista' jgħid għal liema portijiet f’Malta ser jaħdem u kemm-il vjaġġ kuljum huwa maħsub li jagħmel?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor.i Interpellant li ġja' kienet inħarget Request for Proposals bit-tir li jibqa' jingħata s-servizz konvenzjonali għall-ġarr tal-passiggieri bejn Malta u Għawdex, simili ghal dak li jingħata mill-Gozo Channel illum il-ġurnata, u miegħu jiżdied is-servizz ta' fast ferry bil-ħsieb li dan iġorr il-passiġġieri bejn il-port tal-Imġarr Għawdex u l-Belt Valletta. Dik ir-Request for Proposals ma kienetx tat il-frott mixtieq u eventwalment ġiet kancellata fuq il-bażi li kien hemm bidliet ta' natura teknika u finanzjarja li kellhom jittieħdu in kunsiderazzjoni.
F'dan l-istadju l-Ministeru ghat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Progetti Kapitali qiegħed jippjana li s-sejħa għas-servizz konvenzjonali tinħareg b'mod separat minn dak tas-servizz ta'
fast ferry.
Fir-
Request for Proposals
li kienet inħarget, l-operatur tal-fast ferry kien intalab sabiex ta' kuljum bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, jitlaq bi tliet vjaġġi kemm mill-Belt Valletta u anke mill-Imġarr. Fis-Sibtijiet u l-Ħdud, l-iskeda kienet maħsuba b'mod differenti. F'xenarju ekonomiku dinji li jinsab inċert bl-impatt tal-imxija tal-Covid-19, ikun prematur li wieħed jispeċifika dettalji marbuta mal-iskeda tal-fast ferry, minn issa.
Infrastructure Malta – xogħlijiet fit-toroq f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ġewwa Għawdex f'kilometri ta' toroq arterjali, distributorji u residenzjali separatament sena b'sena minn meta twaqqfet Infrastructure Malta sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'toroq arterjali, distributorji u residenzjali hemm ippjanati li jsiru ġewwa Għawdex xahar b'xahar sal-aħħar tas-sena 2020?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12973 f’Seduta 306.
It-tagħrif għandu jiġi mitlub lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jara li Transport Malta tipposponi b’imqar ftit jiem l-iskadenza tal-aħħar ta’ Marzu 2020 għal VRT tests, lil dawk li jinsabu f’kwarantina iżda m’għandhom lil ħadd biex jeħdilhom il-vettura għat-test tal-VRT?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-18 ta’ Marzu 2020, l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ħarġet stqarrija għall-istampa, fejn fost l-oħrajn infurmat lill-pubbliku li l-liċenzji tal-vetturi kollha li jiskadu mill-aħħar ta’ Marzu 2020 ‘il quddiem ser jibqgħu awtomatikament validi għax-xhur ta’ wara, sakemm dawn il-vetturi jkunu koperti b’polza tal-assikurazzjoni valida. Dan ifisser ukoll li m’hemmx il-ħtieġa li jsiru testijiet tal-VRT għal dawk il-vetturi li jeħtiġuh f’dan il-perjodu sabiex tkun tista’ tiġġeded il-liċenzja tagħhom.
Imġarr – Triq Buqana – directional signs mar-roundabout
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex fi Triq Ta’ Buqana fejn il-vetturi jkunu qed jersqu lejn ir-roundabout li tagħti għall-Imġarr, lejn Triq ta’ Żejfa (Mosta) u lejn Triq San Pawl tal-Qliegħa (Mosta), ikun hemm directional signs permess ta’ vleġġa miżbugħa fl-art/triq biex is-sewwieqa jkun aktar faċli għalihom jifhmu u jieħdu l-lane skont jekk ikunux se jmorru l-Imġarr, Mosta jew San Pawl il-Baħar? Din il-proposta qed titressaq għaliex ħafna huma dawk li qed isibu diffikultajiet ikunu jafu liema lane iridu jieħdu minkejja l-informazzjoni li diġà qed tingħata bis-signs li hemm?
Response (BORG, IAN)
Il-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent sabiex pajjiżna jilħaq il-mira nazzjonali li gradwalment ikollna infrastruttura tat-toroq tal-aqwa kwalità, b’aktar effiċjenza u sikurezza għal dawk li jużawha u bil-kapaċità u s-sistemi kollha meħtieġa biex b’mod sostenibbli tibqa’ twieżen il-progress soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna anke fil-futur.
Infrastructure Malta wettqet proġett b’investiment ta’ madwar €3.6 miljun biex wessgħet u bniet mill-ġdid Triq Buqana, il-konnessjoni ewlenija bejn l-Imtarfa, il-Mosta u l-Imġarr. Fost diversi titjib u faċiitajiet oħrajn li saru f’din it-triq permezz ta’ dan il-proġett, żdiedet korsija għall-vetturi mill-Imtarfa lejn il-Mosta u l-Imġarr, u korsija għar-roti ġdida b’tul ta’ 1.8 kilometri, fl-istess direzzjoni.
Filwaqt li kif indikat fil-mistoqsija stess diġà hemm diversi tabelli li jindikaw id-direzzjonijiet, fosthom tabelli kbar fil-għoli fuq it-triq, is-suġġeriment ser ikun qed jiġi studjat biex jitwettaq fiż-żmien li ġej.
Persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastructure Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li juri:
a. Kemm se jittieħdu raba f’kejl ta’ metri kwadri?
b. L-ismijiet tal-bdiewa?
c. Jekk ir-raba’ huwiex tal-Gvern jew tal-Privat?
d. Il-kumpens fi flus li se jitħallas lil kull bidwi/proprjetarju? u
e. Jgħid x’inhu n-numru ta’ siġar li se jinqagħlu f’dan il-proġett tas-Central Link?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13469 f’Seduta 311. L-artijiet inkwistjoni jinkludu kemm art pubblika kif ukoll art privata.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – użu ta’ trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie kkummissjonat studju xjentifiku li, permezz tiegħu, kien mifhum liema mezzi ta’ trasport jintużaw l-aktar mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol.
Għaldaqstant tnieda l-ħsieb li jitfasslu u jiġu proposti numru ta’ miżuri li jħajru lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jagħmlu użu minn trasport alternattiv, inkluż fi proġetti-pilota jew PPPs.
Dan hu wkoll f’sintonija mal-pjani tal-Gvern li fil-ġejjieni jsir użu aktar wiesa’ mit-trasport pubbliku fil-faxex kollha tas-soċjetà.
Dawn l-inizjattivi għandhom jifformaw parti minn pjan wieħed ħolistiku ta’ trasport sostenibbli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent hemmx skema għaddejja dwar skrappjar ta' vetturi? Jekk iva, x’inhuma l-kundizzjonijiet ta' din l-iskema u meta nfetħet? Jekk ma hemm l-ebda skema simili miftuħa, jista' jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jerġa' jagħmel skema simili u meta hu ppjanat li tinfetaħ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, bħalissa l-Awtorità dwar it-Transport ta’ Malta qiegħda tagħmel l-aħħar tħejijiet sabiex tifinalizza l-Avviżi meħtieġa u infurmat li fil-ġranet li ġejjien jiġu mħabbra l-iskemi.
Lands Authority – stabbilimenti bil-permessi ta’ tables and chairs – encroachment permits
Question
Jista’ l-Ministru jara li dawk l-istabbilimenti kollha b’permessi għal tables & chairs mill-Awtorità tal-Artijiet jiġu eżentati minn kull ħlas għal encroachment permits ġaladarba minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti issa huwa illegali u impossibbli li jaħdmu fuq barra?
Response (BORG, IAN)
Nirringrazzja lill-Onor. Interpellant tal-mistoqsija tiegħu, fil-forma ta’ proposta posittiva. Ser inkun qed inżommok infurmat.
Building Regulation Office – spezzjonijiet fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Building Regulation Office bejn Jannar 2017 u Frar 2020 fil-lokalitajiet tal-Mellieħa (Manikata nkluża), San Pawl il-Baħar (Xemxija - Buġibba - Qawra nklużi) u n-Naxxar (Salina u Magħtab inklużi)? Jista’ jgħid ukoll kemm instabu rregolaritajiet mill-ispezzjonijiet li saru fil-lokalitajiet indikati (lokalità b’lokalità)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitlubha qed tiġi annessa fit-tabella t’hawn taħt. Ninsab infurmat ukoll li f’każi fejn instabu l-irregolarijiet
(a) ingħataw twissijiet (b) twaqqfu x-xogħlijiet temporanjament sakemm irregolizzaw il-posizzjoni u, (c) inħargu multi.
Jan - Dic 2018
Jan - Dic 2019
Jan - Frar 2020
Total ta' Spezzjonijiet
Siti Irregolari
37
72
10
122
102
132
147
34
324
269
198
271
74
593
415
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13340 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jindika jekk hemmx tkaxkir tas-saqajn minn xi entità tal-Gvern fil-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament wara li nhar it-12 ta' Ottubru 2019 kellhom jiġu evakwati mill-appartament indikat wara li xogħol ta' kostruzzjoni li kien qed isir biswit l-istess blokka kkawża ħsara strutturali f'wieħed mill-appoġġi / ħajt fl-istess appartament fejn huma kienu jabitaw u għalkemm saru numru ta' spezzjonijiet, u anke daħlet il-pulizija u l-każ spiċċa quddiem il-Qorti, sal-lum din il-familja għadha ma tistax tmur lura f'darha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat minn naħa tal-Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma hemm l-ebda tkaxkir tas-saqajn.