Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid – Triq Dr Karl Chircop — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet biex Triq Dr Karl Chircop f’Raħal Ġdid tiġi aħjar milli hija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Fl-ewwel kuntratt b’valur totali ta’ €53.5 miljun iffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid hemm Triq il-Qalb ta’ Ġesù u Triq ix-Xewk li huma lesti, Triq il-Ġdida li qed issir bħalissa, kif ukoll Triq Sammat u Triq iċ-Ċimiterju li wkoll se jinbnew mill-ġdid din is-sena. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f’Raħal Ġdid - Triq il-Wied u Triq Sultana. L-investiment bla preċedent li qed nagħmlu fit-toroq residenzjali huwa mifrux fuq seba’ snin u għaldaqstant, it-toroq residenzjali l-oħrajn f’din il-lokalità wkoll ser jinbnew mill-ġdid fiż-żmien li ġej. Biex tfassal il-listi tat-toroq u tiddeċiedi liema minnhom għandhom jingħataw priorità, Infrastructure Malta tikkonsulta mal-Kunsilli Lokali u entitajiet oħrajn konċernati, waqt li tikkunsidra wkoll talbiet għall-għajnuna li jsirulha direttament minn ħafna residenti. L-għażla ssir wara li jiġu meqjusin l-istat preżenti tat-toroq, il-konnessjonijiet ta’ triq ma’ toroq jew inħawi oħrajn fil-lokalità, il-frekwenza ta’ kemm jintużaw, kif ukoll attivitajiet fl-inħawi li jistgħu jintlaqtu ħażin mix-xogħlijiet skont meta jsiru, bħalma huwa l-każ ta’ toroq li jinsabu f’żoni turistiċi u dawk qrib l-iskejjel. Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Il-Gudja – Dawret il-Gudja u Triq Burglat — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Dawret il-Gudja u Triq Burglat fil-Gudja? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Fil-lokalità tal-Gudja hemm Triq Filippu Castagnia fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li diġà tlestiet u Triq il-Lewż li qed tinbena mill-ġdid bħalissa. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn fil-Gudja – Triq id-Dejqa, Triq Joseph Pace, Triq Santa Katerina u triq bla isem li tinsab bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq. Bħalissa qed tinbena wkoll mill-ġdid Dawret il-Gudja, li hija waħda mir-rotot ewlenin lejn l-ajruport. Infrastructure Malta għaddejja wkoll b’xogħlijiet fi Triq Bur Glat, li tmiss magħha, bħala parti minn programm nazzjonali li qed twettaq biex ittejjeb anke t-toroq li jintużaw mill-bdiewa.

Il-Gudja – Triq il-Lewż — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq il-Lewż fil-Gudja? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq il-Lewż fil-Gudja hija fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali u din qed tinbena mill-ġdid bħalissa. F’din il-lista, mill-istess lokalità, kien hemm ukoll Triq Filippu Castagnia li diġà tlestiet. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn fil-Gudja - Triq Joseph Pace, Triq id-Dejqa u triq bla isem li tinsab bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq.

Eżenzjonijiet għal xogħlijiet ta' twaqqigħ u skavar f'siti turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu eżenzjonijiet mir-Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni ġewwa Malta u Għawdex (Avviż Legali 295 tal-2007) sabiex ikunu jistgħu jitkomplew xogħlijiet ta' twaqqigħ u/jew skavar f'siti li jinsabu f'żoni turistiċi fil-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju 2019 u t-30 ta' Settembru 2019? Jista' jgħid kemm ingħataw eżenzjonijiet, kemm-il talba ġiet miċħuda u kemm għadhom jinsabu pendenti? Jista' jagħti lista tas-siti u tal-lokalitajiet li għalihom intalbu l-imsemmija eżenzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat ma saret ebda talba f'dan ir-rigward lill-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini għall-perjodu msemmi.

Għawdex — Toroq li jwasslu għal żoni turistiċi - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanati li jsiru xi toroq ġewwa Għawdex li jwasslu għal żoni turistiċi qabel jibda l-istaġun tas-sajf kif qed isir bħalissa ġewwa Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid liema toroq se jsiru ġewwa Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta qed taħdem sabiex twettaq il-mira tal-Gvern li ssir qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, s-sigurtà, l-effiċjenza u s-sostenibilità tal-infrastruttura ta’ pajjiżna. Fost oħrajn, qed twettaq ħidma ta’ titjib, bini mill-ġdid u manutenzjoni tas-sistema tat-toroq u infrastruttura oħra tat-trasport bl-art u bil-baħar. F’Għawdex, il-ħidma ta' titjib infrastrutturali fit-toroq qed titmexxa mill-Ministeru għal Għawdex. Filwaqt li Infrastructure Malta qed tappoġġja din il-ħidma f’Għawdex b’diversi għajnuniet, ikun apprezzat jekk mistoqsijiet dwar xogħlijiet speċifiċi jiġu riferuti lill-Ministeru konċernat.

Transport Malta – irmiġġi fil-Bajjiet ta’ Birżebbuġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk Transport Malta għandhiex pjanijiet biex torganizza l-irmiġġi li hemm fil-Bajjiet ta’ Birżebbuġa u hemmx maħsub ukoll pjan biex dawn ikunu jistgħu jiżdiedu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mazzri u l-bagi fil-bajjiet ta’ Birżebbuġia huma kollha reġistrati b’eċċezzjoni taż-żona ta’ quddiem l-Al Fresco (Bajja ta’ San Ġorg). Beda proċess biex tinġabar id-data u l-informazzjoni kollha neċessarja tad-dgħajjes u l-bagi li hemm f’din iż-żona u li mhumiex rikonoxxuti mill-Awtorità. Kif tinġabar din l-informazzjoni meħtieġa u nassiguraw li l-bagi huma kollha reġistrati, se toħroġ sejħa għall-offerti biex din iż-żona tiġi ukoll organizzata, bil-possibilità ta’ aktar postijiet ta’ irmiġġi.

Birżebbuġa – Triq 22 ta’ Frar u Triq Mons Spiru Penza — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk fid-dawl li qed isir xogħol fi Triq tal-Papa f’Birżebbuġa, jistax jikkonferma jekk Triq 22 ta’ Frar u Triq Mons Spiru Penza (il-parti li għadha ma saritx) humiex se jsiru wkoll?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Birżebbuġa – Triq il-Ġebel – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra meta se jitkompla x-xogħol fi Triq tal-Ġebel f’Birżebbuġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq tal-investiment nazzjonali bla preċedent ta’ aktar minn €700 miljun sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. F’Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq il-Ġebel f’Birżebbuġa hija fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li tinkludi wkoll toroq oħrajn li jinsabu f’din il-lokalità - Triq Żaren Dalli u Triq il-Brolli li qegħdin isiru bħalissa, kif ukoll Triq tal-Papa. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f’Birżebbuġa - Triq il-B¿ulija, Triq il-Għirgħien u Triq il-Musbieħ. L-investiment tal-Gvern f’dawn it-toroq residenzjali m’huwiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni i¿da l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.

Il-Fgura – Triq is-Sur — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħol ippjanat minn Infrastruttura Malta fi Triq is-Sur il-Fgura? Jekk iva, liema parti tat-triq, u x’tip ta’ xogħlijiet hemm ippjanati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq tal-investiment nazzjonali bla preċedent ta’ aktar minn €700 miljun sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. F’Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq is-Sur fil-Fgura hija fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li tinkludi wkoll toroq oħrajn li jinsabu f’din il-lokalità - Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq li hija lesta, Triq Buqexrem qed issir bħalissa u Sqaq Rjallu. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn fil-Fgura - Triq l-Għarnuq u Triq San Xmun. L-investiment tal-Gvern f’dawn it-toroq residenzjali m’huwiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.

Awtorità tal-Ippjanar – ħruġ ta’ permessi ‘grant’

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi 'grant' mill-Awtorità għall-Ippjanar matul is-sena 2016, 2017, u 2018 separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma' jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, qed inpoġġu quddiem il-kamra tabella li turi l-ammont ta’ applikazzjonijiet għal permessi tal-ippjanar li ġew deċiżi u approvati (permessi) mis-sena 2016 sas-sena 2018, sena b-sena separatament. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità u jinkludu deċiżjonijiet kemm mill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll deċiżjonijiet tal-appelli. Sena Ammont 2016 6,199 2017 9,087 2018 10,455

Il-Fgura – Roundabout bejn Triq is-Sur u Triq Hompesch — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat xogħol fiż-żona tar-roundabout bejn Triq is-Sur u Triq Hompesch il-Fgura? Jekk iva, x’tip ta’ xogħlijiet hemm ippjanati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent sabiex pajjiżna jilħaq il-mira nazzjonali li gradwalment ikollna infrastruttura tat-toroq tal-aqwa kwalità, b’aktar effiċjenza u sikurezza għal dawk li jużawha u bil-kapaċità u s-sistemi kollha meħtieġa biex b’mod sostenibbli tibqa’ twieżen il-progress soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna anke fil-futur. Infrastructure Malta mill-ewwel bdiet ħidma bla heda f’ħafna toroq f’kull lokalità. Minbarra proġetti kbar f’toroq arterjali, għaddejja wkoll bi programm ta’ ħidma ta’ titjib ta’ mijjiet ta’ toroq oħra, kemm residenzjali kif ukoll dawk fil-kampanja. Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ madwar 120 triq residenzjali f’ħafna lokalitajiet differenti li se jsiru din is-sena bħala parti mill-investiment ta’ €700 miljun. Qed jiġu aġġudikati wkoll is-sejħiet għall-offerti għal kuntratt ieħor li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibda tibni mill-ġdid 170 triq residenzjali oħra aktar tard din is-sena. Malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin. Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta’ Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f’għadd ta’ toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f’diversi toroq residenzjali u rurali f’bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom Triq il-Kuluvert fil-lokalità tal-Fgura. Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn. Fl-istess ¿mien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajji¿na, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet u wara li tlestew ebda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm Triq is-Sur fil-Fgura u ħames toroq residenzjali oħrajn li jinsabu f’din il-lokalità - Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq li hija lesta, Triq Buqexrem qed issir bħalissa, Sqaq Rjallu, Triq l-Għarnuq u Triq San Xmun. Fost il-proġetti kbar li Infrastructure Malta qed twettaq bħalissa hemm il-Marsa Junction Project waqt li qed tippjana l-proġett ta’ ¿ewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Sant Luċija, li t-tnejn se jħaffu l-ivvjaġġar minn u lejn il-Fgura fost lokalitajiet oħrajn.

Ħal Tarxien – Triq is-Sorijiet — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li tul din is-sena tiġi rranġata Triq is-Sorijiet f’Ħal Tarxien?

Response (BORG, IAN)

Ninnota b’sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq is-Sorijiet f’Ħal Tarxien tagħmel parti mil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li se jinbnew mill-ġdid din is-sena. Mill-istess lokalità hemm ukoll Triq iż-Żejtun li qed issir bħalissa u Triq Santa Marija li diġà tlestiet. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f’Ħal Tarxien - Triq Marjanu Gerada, Triq it-Tempji Neolitiċi u Triq Paola.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10153.

Mellieħa — Bini ta’ lukanda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10034 u jindika fiex tikkonsisti preċiżament l-applikazzjoni (PA 3488/19) għall-bini ta’ lukanda oħra fil-Mellieħa u jgħid jekk l-awtoritajiet hux iħarsu favorevolment favur din l-applikazzjoni anke għall-fatt li s-sit inkwistjoni jinsab f’żona klassifikata bħala żona barra mill-iżvilupp (ODZ) fil-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10034 f’Seduta 224.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Kuntratti Pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10341 u 10192 u jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu minn Ġunju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Jista’ f’kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar

Ta’ Qali – Mużew tal-Avjazzjoni – tindif ta’ żona abbandunata

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10260, peress li numru ta’ nies li jiffrekwentaw Ta’ Qali qaluli li, kuntrarjament għal dak li qal il-Ministru, effettivament, kien hemm asbestos fl-istruttura li ġiet żarmata mill-post u li dan l-asbestos ma tneħħix bil-proċeduri ta’ sigurtà stabbiliti u anzi, seta’ intradam fuq il-post, b’riskju ta’ periklu għall-pubbliku ovvju u in vista ta’ dan, jista’ l-Ministru jippreżenta dokumentazzjoni li tivverifika li x-xogħol fuq il-post sar skont normi applikabbli ta’ saħħa u sigurtà, fosthom dwar applikabbli għall-handling tal-asbestos?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li l-istrutturi li ġew żarmati kienu jintużaw biex jiġu manifatturati varji tipi ta’ prodotti ta’ konkos pre-fabrikat, ta’ diversi forom u qisien. Kif diġà ntqal fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari preċedenti 10260, waqt it-tneħħija ta’ dawn l-istrutturi ma rriżultax li kien hemm xi asbestos, u lanqas ma ġie kkomunikat lill-Awtorità tal-Ippjanar li seta’ kien hemm xi asbestos fil-parti tas-sit li tnaddfet. Għaldaqstant, ma hemmx dokumentazzjoni rigward handling ta’ asbestos. Min-naħa l-oħra, wieħed għadu ma jistax jeskludi li ma hemmx asbestos fin-Nissen Huts li għadhom preżenti fuq is-sit. Dawn jinsabu fuq parti mis-sit li għadu ma sar l-ebda intervent fuqha peress li wara li saret konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali ġie rakkomandat li tali strutturi għadhom jin¿ammu sakemm isiru studji ulterjuri fuqhom biex jiġi determinat il-valur arkitettoniku u/jew kulturali tagħhom. Din il-parti tas-sit fiha tmien Nissen Huts u ġiet totalment imdawra b’ħajt tal-blokki sabiex ma jkunx hemm aċċess għall-pubbliku u jiġi evitat kull periklu. L-istudji li għad iridu jsiru għandhom jiddeterminaw jekk fin-Nissen Huts hemmx preżenza tal-allegat asbestos.

Proġett Car2Go — spazju għal parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħal fis-seħħ il-proġett "Car2Go", kemm-il spazju għal parkeġġ żdied ma' jew tnaqqas minn dawk allokati fil-bidu tal-proġett? Jista' jindika l-ismijiet tat-toroq u l-lokalitajiet fejn żdiedu jew tnaqqsu l-ispazji għal parkeġġ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li kemm ilu li daħħal fis-seħħ il-proġett "Car2Go", in-numru ta’ parkeġġi allokati huma ta’ 450 madwar Malta u Għawdex kollu. Kull tibdil fil-parkeggi sar bi ftehim bejn il-kumpanija privata u l-kunsill lokali in kwistjoni. Il-lista ta parkeġġi kif ġew approvati s’issa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - reklamar

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10254 f’Seduta 231.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9566 f’Seduta 215. Nixtieq nżid li l-binjiet kollha li minnhom l-Awtorità tal-Ippjanar taqdi l-funzjonijiet tagħha, kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex, jipprovdu aċċess bħal rampi, lifts u facilitajiet sanitarji u fejn hu possibli anke parkeġġ riservat għal użu ta’ persuni b’diżabilità. Għalkemm dawn il-postijiet mhumhiex ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, f’kull applikazzjoni ghal żvilupp li teffetwa l-aċċessibilità tal-binja, li ssir fuq dawn il-postijiet tintalab l-approvazzjoni tal-istess Kummissjoni. Ngħid ukoll li l-bini tal-uffiċċji ta’ Infrastructure Malta huwa aċċessibbli għal persuni b’diżabilità. Meta twaqqfet din l-entità u bdiet tuża l-bini li fih għandha l-uffiċċji, l-aċċessibilità kienet biss fl-ewwel sular. Għalhekk, l-aġenzija mill-ewwel ħadet ħsieb tinvesti f’lift ġdid li permezz tiegħu issa se jkunu aċċessibbli anke sulari aktar 'il fuq.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Kuntratti Pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10192 u jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu minn Ġunju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Jista’ f’kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.