Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm familji li komplew biex bdew il-Home Study Report f’dawn is-snin:
a. Next of Kin: 2017 – 2018 – 2019 – 2020;
b. Mhux Next of Kin: 2017 – 2018 – 2019 – 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ individwi li komplew bil-Home Study Report wara li avviċinaw lis-Servizz tal-Fostering fi ħdan id-Direttorat għall-Kura (Ħarsien) Alternattiv, fil-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Persuni li komplew bil-Home Study Report tal-Fostering
2017
Ma jiġux minnhom (non-related)
Jiġu Minnhom (Next of kin)
18
11
2018
Ma jiġux minnhom (non-related)
Jiġu Minnhom (Next of kin)
16
14
2019
Ma jiġux minnhom (non-related)
Jiġu Minnhom (Next of kin)
23
6
2020
Ma jiġux minnhom (non-related)
Jiġu Minnhom (Next of kin)
14
7
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — lista ta' proġetti kapitali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proġetti kapitali indikati huma s-segwenti:
· Ir-restawr tal-faċċata ta’ Palazzo Ferreria fil-Belt (in-naħat ta’ Triq l-Ordinanza u Triq id-Dejqa), li wasal fl-aħħar tiegħu u b’hekk dan il-proġett ikun tlesta kollu;
· Refurbishment maġġuri ta’ uffiċċji fi Triq Melita, l-Belt li għadu għaddej;
· Bini ta’ ċentru għall-adoloxxenti f’Tal-Ibwar li ser ikun operat mill Caritas, il-proġett u l-operat qed ikun iffinanzjat kollu mill-Gvern;
· Il-proġett ta’ Ċentru għall-Fostering ġdid f’Santa Venera mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali li beda s-sena l-oħra u mistenni jkun lest dis-sena;
· Ix-xiri ta’ propjeta’ f’Għawdex mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, liema xiri se jkun konkluż fil-ġimgħat li ġejjin u liema propjeta’ se tintuża sabiex ikun jista’ jingħata kenn lill-persuni li jkunu għaddejjin minn problemi soċjali; u
· Mistenni jibda refurbishment maġġuri tal-bitħa nterna u r-reception area ta’ Palazzo Ferreria (in-naħa ta’ Triq ir-Repubblika).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi li qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-Family Therapy? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru totali tal-familji li ġejjin minnhom l-istess individwi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena 2019 u fis-sena 2020? Kemm hemm persuni li ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi qed jingħataw lir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Kemm hemm persuni li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jindika x’servizz ta’ appoġġ jingħata lill-vittmi tal-kriminalità? X’tip ta’ għajnuna qed jirċievu? X’għandhom jagħmlu dawn il-vittmi sabiex jirċievu dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti kollha li saru (speċjalment dak tal-2015) dwar ir-riforma fil-pensjonijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull rapport li sar dwar is-suġġett mill-2010 ’l hawn dejjem tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u għalhekk huma aċċessibbli għall-membri kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mit-Tapering of Benefits Scheme mill-2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid ukoll:
(1) kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
(2) kemm kienu full time u kemm parti time? F'din l-iskema x'inhi d-differenza?
(3) kemm hemm persuni li daħlu fl-iskema fl-2016 u baqgħu fl-iskema sal-2020? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
(4) kemm kien hemm nisa li qalbu minn xogħol part-time għal xogħol full time taħt l-iskema tat-Tapering of Benefits?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ traffikar ta’ persuni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15057 u ċjoè: B'referenza għar-risposti għall-mistoqsija parlamentari 14739 jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vittmi ta' traffikar tal-persuni:
a. kienu nisa/rġiel marbuta ma'
massage parlours
;
b. kienu nisa/rġiel fis-settur tal-kostruzzjoni;
c. kienu nisa jew irġiel fil-prostituzzjoni; u
d. kienu nisa/irġiel li qed jaħdmu bħala carers?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-professjonisti jaħdmu mas-settur tas-servizzi soċjali f’pajjiżna,
a. Social Workers
b. Psikologi
c. Psikoterapisti
d. Councellors
e. Psikjatri?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Rijabilitazzjoni ta’ persuni bi problema tad-droga – għajnuna lill-organizzazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed jagħti l-Gvern lill-orgranizzazzjonijiet li jaħdmu fir-rijabilitazzjoni ta' persuni li jkollhom problema ta' droga? Jista’ jsemmi liema huma l-organizzazzjonijiet u kemm hu l-valur tal-għajnuna li qed tingħata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, Il-Ministeru jgħati għajnuna lil żewġ organizzazzjonijiet li jaħdmu f’dan il-qasam; Caritas Malta u Fondazzjoni Oasi (Għawdex).
Il-Ministeru jagħti fondi taħt Public Social Partnership, lil Caritas biex ikopri l-ispejjeż għal operat (inklużi s-salarji) ta’ dawn it-tliet programmi li ġejjin:
1)
New Hope Programme
–
2019 - €1,278,810
2020 - €1,324,470
2021 - €1,370,130
2)
Youth Rehabilitation Therapeutic Programme
– €780,000 kull sena bejn l-2017 u l-2020. Bhalissa qed jiġi diskuss it-tigdid ta’ dan l-agreement li jkun ikopri s-snin 2021 sal-2023
3)
National Outpatient Addiction Aftercare Service (Dar Charles Miceli)
–
2021 - €256,500
2022 - €265,500
2023 - €274,500
Il-Ministeru jgħati fondi lil OASI taħt Public Social Partnership, biex ikopri l-ispejjes għal operat (inklużi s-salarji) tal-programm ta’ rijabilitazzjoni li joffru, hekk kif ġej:
2020 - €541,000
2021 - €552,000
2022 - €563,000
Servizzi biex jgħinu lill-persuni maħkuma mill-problema tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema huma s-servizzi kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma mwaqqfa biex jgħinu persuni maħkuma mill-problema tad-droga? Jista’ jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu sehem f’dawn is-servizzi bħalissa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Multiple Sclerosis – kriterji għal għajnuna soċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18172 u 17779 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17504, jista’ l-Ministru jgħid xi kriterji jrid jissodisfa min ikun eliġibbli għal din l-għajnuna u jkollu l-kundizzjoni tal-multiple sclerosis? Kulħadd jista' jieħu din l-għajnuna, jew hemm xi kriterji li jridu jiġu sodisfatti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fit-Test tal-Mezzi, sabiex persuna tikkwalifika għall-Assistenza għal-Diżabilta` Severa (SDA) bil-kundizzjoni msemmija jiġifieri MS, jiġi ikkalkulat id-dħul mill-assi ta’ l-applikant biss. Jekk l-assi ikunu kongunti jittieħed nofs id-dħul. Jiġu kkunsidrati ukoll kull dħul ieħor li ma jkunx ġej minn impjieg.
Id-dħul kollu jiġi ikkalkulat fil-ġimgħa u persuna tali jitnaqqsilha l-benefiċċju biss, kemm il-darba id-dħul fil-ġimgħa ikun jaqbeż id-differenza bejn il-Paga Minima Nazzjonali u r-rata tal-benefiċċju. L-ammont li jeċċedi jitnaqqas gross mill-benefiċċju.