Jista’ l-Ministru jgħid kemm seħħew imwiet f’pajjiżna kawża ta’ suwiċidju matul l-2024, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-PQ 26208.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm seħħew imwiet f’pajjiżna kawża ta’ suwiċidju matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-PQ 18038.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm seħħew imwiet f’pajjiżna kawża ta’ suwiċidju matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-PQ 11994.
Persuni li qegħdin jirċievu trattament ART - Livell virali soppress
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’perċentwal ta’ persuni fil-gżejjer Maltin li qegħdin jirċievu trattament antiretrovirali (ART) għandhom livell virali soppress?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-perċentwal ta’ persuni fil-gżejjer Maltin li qegħdin jirċievu trattament antiretrovirali (ART) u għandhom livell virali soppress hu ta’ 96.3%.
Jista’ l-Ministru jgħid x’perċentwal ta’ persuni li ġew dijanjostikati bl-HIV fil-gżejjer Maltin qed jirċievu trattament antiretrovirali (ART)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hu maħsub li l-perċentwal ta’ persuni li ġew dijanjostikati bl-HIV fil-gżejjer Maltin u qed jirċievu trattament antiretrovirali (ART) hu ta’ 98.78%.
Jista’ l-Ministru jgħid x’perċentwal ta’ persuni li jgħixu bl-HIV fil-gżejjer Maltin għandhom għarfien dwar l-istatus tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li għandna fil-mument, l-istima ta’ hi 86% ta’ dawk il-persuni li jgħixu bl-HIV fil-gżejjer Maltin u għandhom għarfien dwar l-istatus tagħhom. Madankollu għadu għaddej l-eżerċizzju ta’ kemm persuni jgħixu bl-HIV fil-gżejjer Maltin għandhom għarfien dwar l-istatus tagħhom.
L-Isptar Mater Dei – Medja ta’ infermiera u tobba - shift
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-medja ta’ infermiera u tobba għal kull shift fl-Isptar Mater Dei u fi sptarijiet oħra, u jekk dawn il-livelli hux qed jikkawżaw pressjoni żejda fuq il-ħaddiema?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Politika jew linji gwida uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx politika jew guidelines uffiċjali fil-Ministeru dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-burnout fost il-ħaddiema tas-saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa għandhom għarfien ċar tas-servizzi offruti mill-Employee Support Programme (ESP) u jistgħu jagħmlu użu minn din l-għajnuna jew jiġu riferuti għal dan is-servizz meta jkun meħtieġ.
Ħaddiema tas-Saħħa - Passi biex jitnaqqsu ħinijiet twal ta’ xogħol u overtime eċċessiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex jitnaqqsu l-ħinijiet twal ta’ xogħol u l-overtime eċċessiv li jikkontribwixxu għal burnout fost il-ħaddiema tas-saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn, l-ammont ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa żdied sostanzjalment u b’riżultat t’hekk, bdiet tittaffa l-pressjoni fuq in-numru ta’ sigħat li jaħdmu l-ħaddiema.
Infakkar lill-Onor. Interpellant, li f’Settembru 2023, ġie issiġillat ftehim settorjali ġdid għall-infermiera, il-qwiebel u l-ECG technicians li jkopri 4,000 ħaddiem fis-servizz tas-saħħa pubblika. Bis-saħħa ta’ dan il-ftehim ġdid il-ħaddiema qegħdin jieħdu pagi u kundizzjonijiet aħjar.
Minbarra hekk, il-ħaddiema kollha fis-settur tas-saħħa bdew igawdu wkoll mill-ftehim li sar għall-ħaddiema kollha fis-servizz pubbliku liema ftehim beda jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2025. Il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa, bħall-ħaddiema l-oħra fis-settur pubbliku, qed igawdu mit-titjib qawwi fil-kundizzjonijiet tagħhom għall-ewwel darba wara bosta snin b’investiment ta’ €1.27 biljun fuq perjodu ta’ sitt snin.
Professjonijiet tas-Saħħa – Servizzi ta’ appoġġ psikoloġiku u counselling
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx servizzi ta’ appoġġ psikoloġiku u counselling dedikati għall-professjonisti tas-saħħa, u kemm-il ħaddiem għamel użu minnhom fl-aħħar sentejn?
Studju – burnout fost l-infermiera, tobba u paramediċi fis-servizz tas-saħħa pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju jew survey reċenti dwar il-livelli ta’ burnout fost l-infermiera, it-tobba u l-paramediċi fis-servizz tas-saħħa pubblika?
Jista’ l-Ministru jgħid kif qiegħda Malta fil-progress biex tilħaq il-miri ta’ sostenibbiltà 95-95-95 tal-UNAIDS biex l-AIDS tintemm sal-2030?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li Malta għandha strateġija biex tilħaq il-miri ta’ sostenibbiltà 95-95-95 tal-UNAIDS. Fil-fatt it-tieni u it-tielet mira li jirrapreżenatw in-numru ta' dawk li ġew dijanostikati bl-HIV fil-gżejjer Maltin li qegħdin fuq trattament antiretroviral (ART) hija stmata li hija 99% u l-aħħar mira li tirrigwarda dawk li qedin fuq ART li għandhom livelli virali sopressi hija ta' 97%. Huwa stmat iżda li għad irid isir progress biex nilħqu l-ewwel mira (86%) fejn dawk il-persuni jgħixu bl-HIV fil-gżejjer Maltin għandhom għarfien dwar l-istatus tagħhom.
Fil-fatt, qegħdin ninvestu f'inizjattivi biex inżidu l-ittestjar sew fl-isptarijiet u kliniċi tas-saħħa kif ukoll fil-kommunità ma' popolazzjonijiet ewlenin li jafu jkunu iktar f'riskju ta' infezzjoni tal-HIV. Il-ħidma għaddejja biex jintlaħqu l-miri kollha speċjalment fit-testjar, aċċess għall-prevenzjoni inkluż it-tnaqqis ta' stigma u d-diskriminazzjoni li ġġiegħel lil-pażjenti jevitaw ċertu ttestjar u kura li hija disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew riferuti għall-kura ta’ STIs fil-GU Clinic fl-2025 u x’inhuma dawn l-STIs?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ottubru 2025, 6,293 marru fil-GU Clinic. Uħud marru minn jeddhom u oħrajn ġew riferuti minn speċjalisti.
1,699 ġew dijagnostikati skond it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew riferuti għall-kura ta’ STIs fil-GU Clinic fl-2024 u x’inhuma dawn l-STIs?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2024, 7,142 marru fil-GU Clinic. Uħud marru minn jeddhom u oħrajn ġew riferuti minn speċjalisti.
1,781 ġew dijagnostikati skond it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-ispiża medja fix-xahar għal min jingħata l-PrEP b’xejn mill-GU Clinic? Jista’ jgħid ukoll kemm tkun l-ispiża annwali inklużi l-kontrolli kull tliet - sitt xhur?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preskritti PrEP fl-2025 permezz tal-GU Clinic jew l-A&E?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2025, ġew preskritti 1,081 preskrizzjoni għall-PrEP mill-GU Clinic, l-uniku post fid-Dipartiment tas-saħħa minn fejn isiru dawn il-preskrizzjonijiet.
Infurmat li l-ammont ta’ 1,081 huma preskrizzjonijiet u mhux individwi. Kull pazjent iżur il-GU Clinic fuq medja ta’ darbtejn jew tliet darbiet fis-sena għall-testijiet u preskrizzjoni tal-PrEP. Kull preskrizzjoni hi valida għal tliet xhur. Filwaqt li l-maġġoranza tal-pazjenti jieħdu PrEP ‘on demand’ u allura jkollhom bżonn bejn tnejn u tliet preskrizzjonijiet fis-sena, dawk il-pazjenti li jieħdu ta’ kuljum il-PrEP jingħataw erba’ preskrizzjonijiet fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’riċetta valida għall-PrEP permezz tal-GU Clinic jew l-isptar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2025, 457 pazjent kellhom riċetta għall-PREP maħruġa mill-GU Clinic.
Infurmat li l-ammont ta’ 457 pazjent jinkludi kemm dawk li huma pazjenti ġodda kif ukoll oħrajn li komplew mis-snin ta’ qabel jiġu segwiti u huma f’riskju kontinwu billi huma esposti għall-HIV, liema pazjenti ikollhom follow up fil-GU clinic.
Kollaborazzjoni ma’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea fuq pazjenti li jivvjaġġaw jew jgħixu barra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed ikun hemm kollaborazzjoni ma’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea sabiex Malta tkun parti min-network Ewropew ta’ skambju ta’ health records għall-pazjenti li jivvjaġġaw jew jgħixu barra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li Malta ilha tipparteċipa b'mod volontarju fil-Cross-Border eHealth Services sa minn Diċembru 2019. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq l-portal
https://crossborderhealth.gov.mt/crossborder-ehealth-services/.
Bħalissa ukoll l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva qiegħed jipparteċipa fil-kummitat tal-Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-atti tar-regolament dwar l-Ispazju tad-Data dwar is-Saħħa hekk magħruf bħala EHDS.
Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-website msemmija.
Electronic Health Records (EHR) – aċċess għall-pazjenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex il-pazjenti jingħataw aċċess għar-riżultati mediċi, preskrizzjonijiet u l-appuntamenti kollha online permezz tal-Electronic Health Records (EHR)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fuq il-portal, my Health, ir-riżultati mediċi, preskrizzjonijiet u l-appuntamenti diġa huma disponibbli lill-pazjent, ir-rapprezentat tiegħu/tagħha (fejn hu applikabli), kif ukoll it-tabib permezz tal-kunsess tal-pazjent.