Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vitals/Stewards – Pagamenti lill-kuntratturi/speċjalisti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-kredituri (kuntratturi/speċjalisti) li kellhom jieħdu pagamenti mill-konċessjoni Vitals/Stewards, tħallsux kollha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għamel novar tal-maġġoranza kbira tal-kuntratti li kien hemm ma' Gozo General Hospital, St. Lukes’s Hospital u Karen Grech Rehab Hospital u ħa risponsabililtà tagħhom mid-data ta’ trasferiment lura ta’ dawn l-isptarijiet għal għand il-Gvern.

Mental Health Helpline 1579 — Telefonati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irċivew telefonati minn meta fetħet il-Mental Health Helpline 1579, maqsuma xahar b'xahar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Novembru li għadda sa Awwissu il-Mental Health Helpline ħa 5,751 telefonati. lt-tabella t'hawn taħt turi l-informazzjoni xahar b’xahar. November 2022 331 December 2022 580 January 2023 495 February 2023 433 March 2023 666 April 2023 608 May 2023 630 June 2023 612 July 2023 706 August 2023 690

Sptar Mount Carmel — Admissions

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm admissions fl-Isptar Mount Carmel bħala mod volontarju u dak mhux volontarju, xahar b'xahar minn Jannar 2022 sa Awwissu 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Każijiet ta’ suwiċidju

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta suwiċidju minn Jannar 2020 sa Awwissu 2023, maqsuma xahar b'xahar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt. L-istatistika tal-2023 tkun għadha qed tinħadem. Age Group 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 <25 3 4 3 0 3 1 2 1 5 4 25-34 3 3 9 4 5 8 3 6 6 1 35-44 3 6 5 11 3 4 8 4 8 6 45-54 8 8 7 7 3 2 3 5 5 2 55-64 4 4 8 1 6 3 2 6 7 5 65-74 0 2 2 0 3 3 2 0 3 2 >75 1 5 0 1 2 1 1 1 0 4 Total 22 32 34 24 25 22 21 23 34 24

Importazzjoni ta' laħam

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10732 dwar importazzjoni ta' laħam, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, u jgħid x’passi qed jieħu l-Ministeru għas-Saħħa biex jassigura li l-ebda laħam li qed jinġieb minn barra mhu qed jinbiegħ bħala li hu prodott lokali hekk kif fl-istess tweġiba ntqal li din il-mistoqsija għandha tgħaddi għand il-Ministeru għas-Saħħa peress li d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali huwa responsabbli milli jagħmel kontrolli, inkluż it-traċċabilità tal-laħam fil-ħwienet tal-laħam u ħwienet simili?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali jwettaq spezzjonijiet regolari fil-livell ta’ ħwienet li jbiegħu bl-imnut (retail) kif ukoll ġewwa ristoranti permezz tal-uffiċċjali għas-saħħa ambjentali. Matul dawn l-ispezzjonijiet l-uffiċċjali jassiguraw li l-laħam li jkun qed jinbiegħ ikollu id-dokumenti neċessarji ta’ tracċċabilità kif rikjest bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel. Permezz ta’ dawn id-dokumenti l-uffiċċjali jkunu jistgħu jassiguraw li l-prodotti tal-ikel kollha inkluż il-laħam ikunu qed jinbiegħu skont dak li jkun iddikkjarat fuq il-fattura (invoice). Dan ifisser li jekk prodott tal-laħam impurtat ikun qed jinbiegħ bhala lokali dan ikun jista jiġi verifikat u jekk jinstabu xi dikjarazzjonijiet foloz jittieħdu l-passi legali neċessarji skont il-każ.

Sptar Mount Carmel – Electrical Generator

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’tip ta’ electrical generator jinstab fl-Isptar Mount Carmel biex jiġġenera l-elettriku meta dan jinqata’? Jista jgħid ukoll min hu responsabbli tal-manutenzjoni tiegħu u kull meta jsir il-manutenzjoni u t-testing?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Isptar Mount Carmel hemm 7 generators lokalizzati fil-bini prinċipali ta’ Mount Carmel u 3 generators oħra f’binjiet tal-viċinanza. Il- generators kollha jaħdmu bid-diesel u qegħdin fuq standby, bi swiċċ tat-trasferiment awtomatiku meta jkun hemm ħsara fil-main tal-Enemalta. Il-generators kollha jiġu ċċekkjati kull xahar, ittestjati u serviced darba fis-sena mis-servizzi tal-MEK.

Single use nail clippers fis-settur tal-Podjatrija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’wassal għall-għażla ta’ single use nail clippers fis-settur tal-Podjatrija minflok dawk li jiġu sterilizzati? X’inhi n-nefqa fuq dawn l-istrumenti u kemm ser ikun qed jiffranka finanzjarjament il-Gvern fuq kull strument meta mqabbel ma’ dawk li kienu jintużaw qabel li jiġu użati iktar minn darba wara li jiġu sterilizzati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-użu ta’ single use nail clippers huma ta’ benefiċċju għall-pazjenti għax inaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni.

Mount Carmel – Carers biex isiru nursing aides

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-carers fi ħdan Mount Carmel li kien fadlilhom biss 6 ġimgħat kors biex isiru nursing aides (scale 12) ġew informati li jibdew il-kors mill-bidu l-MCAST għal sentejn? Jista’ jgħid ukoll għaliex mhux ser isir dan il-kors?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kors li qed jirreferi għalih hu, beda ftit xhur ilu. Dan il-kors iwassal għal kwalifika ta’ MQF Level 4, fejn dawn il-carers ikunu eliġibbli sabiex ikunu jistgħu jiġu promossi għal Senior Health Carer u dan ġie offrut lill-Health Carers kollha u l-kors għadu għaddej.

Continuous Glucose Monitors

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega r-raġuni għaliex il-Continuous Glucose Monitors, sa issa, qed jingħataw b’xejn biss, lill-pazjenti Diabetic Type 1 sal-età ta’ 35 sena u mhux lill-pazjenti kollha Diabetic Type 1, meta monitors bħal dawn jistgħu jfissru li jsalvaw il-ħajja ta’ pazjent? Jista' jagħti data preċiża sa meta dawn il-Continuous Glucose Monitors se jingħataw b'xejn lill-Pazjenti Diabetic Type 1 kollha, ta' kull età?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li fl-2021 kien beda proġett pilota għall-użu tal- Continuous Glucose Monitors għal tfal u zgħazagħ sa 16 il-sena, u wara li dan irrizulta li kien ta’ suċċess kbir, dan il-proġett pilota gie estiż għal servizz kontinwu. Il-pjan kien illi dan is-servizz jiġi estiż b’mod inkrimentali għal etajiet akbar. Fil-fatt hekk qiegħed isir. Fl-2022 il-Continuous Glucose Monitors u s-servizz tal-Call Centre tela’ l-ewwel sa 21 sena u wara sa 23 sena. Ix-xahar li għadda s-servizz bil- monitors mingħajr ħlas reġa ġie estiż sa 35 sena u fix-xhur li ġejjin jkompli jiġi estiż.

Sptar Mater Dei u Sptar Ġenerali — pazjenti li qed jistennew biex jiġu trasferiti fi djar tal-anzjani

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-preżent kemm hemm pazjenti fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li qed jistennew biex jiġu trasferiti fi djar tal-anzjani jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Kemm hi l-ispiża medja għal kull pazjent li qiegħed fuq din il-lista ta’ stennija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 19-il pazjent fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u 97 pazjent fl-Isptar Mater Dei qed jistennew biex jiġu trasferiti fi djar tal-anzjani jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul. L-ispiża għal kull pazjent tvarja skont il-kundizzjoni medika tiegħu.

Twelid ta’ trabi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 15-il sena? Kemm minn dawn kienu ta’ ġenituri Maltin u kemm kienu ta’ ġenituri minn pajjiżi oħrajn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistru NOIS beda jirreġistra informazzjoni dwar in-nazzjonalità tal-missier fl-2018. Hawn taħt hawn il-lista ta’ twelid ta’ trabi kif mitluba minnu. Births 2018-2022 by nationality of parents Nationality of parents 2018 2019 2020 2021 2022 Both parents Maltese 3048 2902 2809 2751 2754 Both parents Non-Maltese 695 864 1067 1110 1042 Maltese Mother_Non Maltese Father 202 188 227 211 223 Non Maltese Mother_Maltese Father 239 202 209 230 199 Maltese Mother_Unknown Father 163 130 123 97 90

Interventi tal-IVF u IUI

Question

Minn kemm ilu jingħata s-servizz tal-IVF u tal-IUI mill-Istat, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru interventi fuq pazjenti ta’ nazzjonalità Maltija kif ukoll fuq pazjenti ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-IUI illi ilu jingħata mill-Istat mis-sena 2019, saru total ta’ 367 proċedura. 304 pazjenti ta’ nazzjonalità Maltija u 63 pazjenti ta’ nazzjonalità barranija residenti Malta. IVF saru total ta’ 1968 pazjenti ta’ nazzjonalità Maltija u 222 ta’ nazzjonalità barranija residenti Malta.

Bereġ tal-Gvern — servizzi ta’ speċjalisti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’servizzi ta’ speċjalisti hemm fil-Bereġ tal-Gvern u kif wieħed jista’ jagħmel użu minnhom?’

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella t'hawn taħt tispjega s-servizzi ta’ speċjalisti fil-Bereġ tal-Gvern u kif wieħed jista’ jagħmel użu minnhom. Servizzi Speċjalizzati Klinika fil-Komunità L-Appuntament isir Newroloġista M’Xlokk Mil-Isptar Mater Dei Klinika tal-iSkoljożi Tarxien mit-Tobba tal-Iskejjel, Primary HealthCare Klinika tad- Down’s Syndrome tal-Adulti Ħamrun/ Żabbar Miċ-Child Development Assessment Unit AAA screening Ħamrun mill-Isptar Mater Dei Psikoloġiċi Safi Żurrieq Mellieħa Imġarr Kalkara Ħamrun Attard M’Xlokk Żejtun Pietà mill-Isptar Monte Karmeli

Ministeru għas-Saħħa — Ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Marzu 2022 ’l hawn ġew impjegati 750 persuna mal-Ministru għas-Saħħa, illi fosthom 258 huma Junior doctors, 80 Allied Health Professionals u 232 huma Staff Nurses.

Sptar Mater Dei – Qtugħ ta’ dawl

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex fil-ġranet bejn l-24 u l-25 ta’ Lulju, mar id-dawl fl-Isptar Mater Dei u l-generator ma ħadimx għal ħin twil? Jista’ jgħid ukoll x’sar u x’qed iseħħ biex dan ma jerġax jiġri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara l-inċident li semma hu s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa waqqaf Fact Finding Board sabiex jistabbilixxi l-fatti kif ġraw. Dan Il-board intern sab li busbar selector switch f’generator numru 2 tal-Isptar Mater Dei ma kienx ritornat fil-pozizjoni ‘0’ wara ttestjar aktar kmieni dakinnhar.

Mediċini preżentament out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’mediċini huma out of stock fil-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra lista ta’ mediċini li huma out of stock.

Lista ta’ mediċini out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kull meta u fejn qed tiġi ppubblikata l-lista ta’ mediċini out of stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista hija ppubblikata regolarment u din hija l-url: https://healthservices.gov.mt/en/cpsu/Pages/POYC-OOS.aspx

Imġarr – Ċimiterju – Tiswijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jissewwa l-ħajt taċ-ċimiterju tal-Imġarr li ilu li ġġarraf minn Novembru 2022, jiġifieri kważi sena sħiħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi reġgħet saret sejħa oħra lill-kuntratturi biex jissottomettu l-offerta tagħhom peress li l-kuntrattur magħżul kellu xi problemi u l-għotja biex isir ix-xogħol ġiet revokata. Din is-sejħa se tagħlaq fid-29 ta' Settembru 2023.

Ministeru għas-Saħħa — impjegati fis-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 9844.

Ministeru għas-Saħħa — impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10169 u 10170, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.