Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nefqa għar-riklamar ta' prodotti agrikoli lokali

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm kienet in-nefqa għar-riklamar ta' prodott/prodotti agrikoli lokali matul l-2011, inkluż laħam u ħalib?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Informazzjoni qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ikel tal-klieb — Royal Canin u Science Plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ikel tal-klieb bħal ma huwa Royal Canin u Science Plan mhumiex disponibbli għal bejgħ f'pet shops? Minn liema liġi jew regolament joħroġ dan id-divjet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur hu responsabbli mill-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur

Impjant tat-tisfija tad-drenaġġ Ta' Barkat — ilmenti dwar l-operat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex ilmenti dwar l-operat tal-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ Ta' Barkat fir-rigward ta' irwejjaħ u ħsejjes iġġenerati mill-istess impjant? Jista' jispjega għaliex mhux it-tankijiet kollha tal-istess impjant għandhom għatu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment li hu responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

reviżjoni tal-politika dwar is-sajd

Question

Jista' l-Minsitru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-intervent li għamlet Malta fi ħdan il-konsultazzjonijiet li għaddejjin dwar reviżjoni tal-Poliitka Komuni Ewropea dwar is-Sajd, biex turi li ma taqbilx mal-proposta tal-Kummissjoni favur li l-konċessjonijiet tas-sajd ikunu trasferibbli b’mod obbligatorju? Jista' jpoġġi wkoll id-dokumenti tekniċi li jistgħu jeżistu biex jispjegaw il-pożizzjoni Maltija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32685.

MEPA — capping fuq il-Miżbla

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33181 u jgħid fiex waslet it-tħejjija tal-applikazzjoni tal-WasteServ lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex l-ex Miżbla tal-Magħtab magħrufa bħala ta' Żwejra jkollha l-capping u tippermetti l-estrazzjoni tal-gass? Fiex waslu t-testijiet li qed tagħmel l-istess WasteServ dwar resource recovery biex tistabbilixxi l-optimum use tal-gassijiet li jistgħu jiġu ġġenerati? X’inhi r-raġuni li mis-sena 2007 'l hawn mindu nxtegħlet christmas tree kbira bil-landfill gas ma kien hemm ebda data oħra available online biex turi l-progress miksub dwar din l-attività? Għalkemm huwa stmat li l-landfill taż-Żwejra tista' twassal biex jiġu ġġenerati xi 750kW gass, jista' jgħid s’issa kemm qed jiġi ġġenerat minn dan u kemm dan kollu jinsab 'il bogħod bħalissa mill-miri tal-gvern? Jista' jikkonferma jekk il-capping huwiex isir b’materjal inert li kien preżenti diġà jew jekk huwiex jiġi depożitat construction and demolition waste ukoll? Jista' jwieġeb din il-mistoqsija peress li żżid fir-rilevanza tagħha għaliex skont il-media release tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar l-iskart bid-data ta' 2 ta' Jannar 2012 jintqal li some waste types are also used for engineering works within the landfill?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ seduta oħra.

tneħħija ta' fuel ash

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’għamel jew x’qed jagħmel il-gvern biex ineħħi u jiddisponi t-tunellati kbar ta' fuel ash, iġġenerat mill-Korporazzjoni Enemalta u mormi Bengħajsa li jingħad li huwa tossiku?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment li hu responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta

skema ta' għajnuna lill-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33989 u jgħid kemm kien hemm skemi ta’ għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea mill-2004 sal-lum għall-bdiewa f’Għawdex għal proġetti ta’ titjib bħalma huma, ġwiebi, bini ta’ ħitan ta’ sejjieħ, irziezet, passaġġi fil-raba, eċċ.? Meta daħlu fis-seħħ dawn l-iskemi u għal liema snin kienu japplikaw? X’ammont ta’ għajnuna ngħatat kull sena taħt kull skema skont in-natura tal-proġett u kemm bdiewa bbenefikaw taħt kull skema ukoll skont in-natura tal-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ seduta oħra.

Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sajjeda li ma jafux jiktbu u jaqraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni għar-rigward tas-sajjieda li ma jafux jiktbu u jaqraw u li ġew mogħtija apparat elettroniku sabiex jirreġistraw il-qbid tagħhom? Jista' jgħid għalfejn dawn is-sajjieda qed ikollhom ħobżhom mhedded b'rekwiżiti li żgur mhumiex se jesponu ruħhom għal tant sagrifiċċji u tbatija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32841 fejn spjegajt il-mod kif tfassal il-programm ta’ taħriġ li ngħata fuq bażi ndividwali. Dan l-arranġament ġie diskuss u maqbul mal-kooperativi tas-sajjieda, tant li ġew magħżula seba’ sajjieda inominati miż-żewġ kooperativi tas-sajjieda bħala proġett pilota sabiex jiġi assigurat li s-sistema tirrispondi għal ħtiġijiet ta’ l-istess sajjieda. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li is-sistema elettronika ġiet żviluppata b’mod ibbażata fuq prinċipju ta’ Graphical User Interface fejn is-sajjied kull ma jrid jagħmel huwa li jagħfas stampa li ttellagħlu s-sistema jew numru. Dan biex b’hekk ikun minimizzat, jekk mhux eliminat għal kollox, il-bżonn tad-dħul tal-informazzjoni b’ intevent manwali. B’dan il-mod se jiġi żgurat li anke dawk li huma nieqsa mill-ħiliet fil-kitba ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan l-apparat.

annimali tipiċi Maltin

Question

Billi hu maghruf li għal bosta snin Malta kellha tjur u annimali li wieħed jista' jqishom li huma tipiċi ta' Malta, li iżda matul is-snin jew inqerdu għal kollox, jew kważi nqerdu, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' informazzjoni fuq it-tjur/annimali li huma meqjusa bħala tipiċi Maltin? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi kuntatti ma' pajjiżi oħra, partikularment, ma' gżejjer oħra fejn jista' jkun li għad hemm jitkabbru annimali/ tjur tipikament Maltin, wara li dawn ittieħdu hemm snin twal ilu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

popolazzjoni tal-majjali

Question

Billi dawn l-aħħar ġimagħtejn ġie rrapportat li l-popolazzjoni tal-majjali f'Malta, matul l-2011 naqset b'madwar 34%, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif kienet u qiegħda tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni min-naħa tal-gvern? X'tip ta' konsultazzjoni saret/qiegħda ssir mal-koperattivà ta' min irabbi l-majjal?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-popolazzjoni tal-majjaliet u majjali tas-simna fuq l-irziezet tal produtturi tal-majjal fl-aħħar tal-2010 u 2011 kienet kif jsegwi: Bilanċ tal-Majjaliet fuq l-Irziezet ta' Malta u Għawdex Pop.tal-Majjal tas-Simna, fl-Aħħar ta' kull Sena 2010 5,286 48,586 2011 3,827 34,473 Ir-ragunijiet li wasslu għal dan kien spjegat fid-dettal fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32692. Dan it-tnaqqis huwa riżultat ta’ eżerċizzju li l-Ministeru kien qiegħed jagħmel flimkien mal-KIM biex jerġa’ jwasslu għal vijabilità ekonomika. Filwaqt li qabel in-numru ta’ majjaliet liċenzjati kien jinħadem fuq bażi ta’ sittax il-majjal għal qatla min taħt kull majjala kull sena, mis-sena 2011 il-mira tkun ta’ 24 majjal. Huwa stat ta’ fatt li biex tintlaħaq il-vijabblità ekonomika, il-produtturi tal-majjal iridu joqorbu għall-livell ta’ produzzjoni ta’ 24 majjal għal qatla minn taħt kull majjala kull sena biex b’hekk titjieb l-effiċjenza tal-produzzjoni tagħhom. Il-Ministeru u d-Direttorat tar-Regolazzjoni Veterinarja jiltaqgħu b’mod regolari mal-Koperattiva ta’ minn Irabbi l-Majjal fejn jiġu diskussi l-problemi kollha li minn żmien għal żmien jkun qiegħed jiffaċċja dan is-settur. Bid-deċiżżjonijiet li ttieħdu mill-2010 sa llum, il-produtturi tal-majjal m’għadhomx ikunu maqbuda b’numru żejjed ta’ majjaliet u majjali għal qatla fuq l-irziezet tagħhom bir-riżultat li m’humiex jagħmlu telf minħabba nefqa rikorrenti żejda, inkluż dik tal-għalf. Riżultat ieħor pożittiv ta’ dawn id-deċiżżjonijiet huwa li l-majjal li qiegħed jiġi maqtul huwa ta’ piż medju inqas minn qabel. Dan għaliex għandu anqas eta’ u għalhekk huwa prodott ta’ kwalità għola, u għalhekk ir-raħħal iġib prezz aħjar tiegħu.

titjib fil-ġenetika tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-investiment li qed isir bħalissa, mill-Ministeru, flimkien mal-koperattiva ta' min irabbi l-majjal, biex titjieb il-ġenetika tal-istess annimal f'pajjiżna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-programm ta’ għajnuna li kien mfassal għas-settur tal-produtturi tal-majjali, li kien ippublikat fl- SMPPMA li spiċċa f’l 2010, il-Ministeru kien vara flimkien mal-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjali, programm ta’ bdil ta’ ġenetika fejn il-ġenetika ġdida giet mixtrija mill-Ingilterra bħala majjaliet u fħula li ġew użati għall-produzzjoni kummerċjali u stokk ieħor ta’ majjaliet u fħula ta’ razzez puri li ngħataw f’numri żgħar ħafna lil kull razzet biex dawn ikunu jistgħu jipproduċu huma stess il-merħla tat-trobbija tagħhom. Fil-preżent dan il-programm għadu qiegħed jiġi segwit mill-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjal fejn, biex il-ġenetika tinżamm dejjem fl-għola livelli, qiegħed jiġi użat tgħammir bit-tubu. Din iż-żerriegħa għat-tgħammir qed tiġi miġbura min fħula speċjali f’razzett tal-koperattiva stess.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ nisa li huma minn skala sebgħa 'l fuq huma kif ġej: · Ministeru u dipartiment 31 · Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi 7 · WasteServ Malta Limited 2

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32630 u jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f'pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-Gvern ikollu riżorsi neċessarji biex jerġa jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru tiegħi wkoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tiegħu kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibli l- overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f'investimet kapitali, skemi ta’ għajnuna lis-setturi tas-sajd u biedja jew ta’ għanuniet differenti. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b'ebda mod m'hu se jimpattaw fost oħrajn la professjonijiet kruċjali fosthom ta' servizzi mogħtija mid-Dipartiment għar-Regolazzjoni tal-Biedja u s-Sajd fejn jirrigwarda is-saħħa tal-produzzjoni tal-ikel u anqas l-oqsma taż-żamma ta’ indafa u manutenzjoni ta’ siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa fuq safar tas-snin 2009 u 2010

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2009 u l-2010?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari bil-miktub numri 503 u 512.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar festini u riċivimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32824, 32304 u 31963 u jagħti breakdowns separati tal-infiq fuq diversi festini u riċevimenti li hu u/jew il-Ministeru tiegħu organizza matul din il-leġislatura fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' diversi proġetti infrastrutturali u/jew ambjentali madwar il-gżejjer Maltin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 10810, 13732 u 27207, ninformah li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni li tissupplimenta dak muri fit-tweġibiet imsemmija.

Rivista Biedja u Sajd

Question

Peress li l-Ministru kien qal li r-rivista Biedja u Sajd "kienet għodda siewja ta' aġġornament dwar l-iżviluppi u opportunitajiet għall-bdiewa u s-sajjieda", jista' l-Ministru jgħid għalfejn tħallew madwar tliet snin u tliet xhur mċaħda minn din l-informazzjoni importanti u dan peress skont il-ministru qal "ikun aġġornat...ħalli ikun aktar relevanti"?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Inserraħ moħħ l-Onor Interpellant li tul il-perjodu li twaqqfet il-pubblikazzjoni kien għaddej xogħol siewi biex il-livell ta’ din il-pubblikazzjoni tjieb u dan kif jixraq lill-udjenza li taqra din il-pubblikazzjoni. Il-format il-ġdid tal-pubblikazzjoni jikkonferma x-xogħol siewi li sar. Ovvjament din ir-rivista mhux l-unika għodda ta’ komunikazzjoni u informazzjoni lill-bdiewa u raħħala.

skema ta' għajnuna lill-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm skemi ta’ għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea mill-2004 sal-lum għall-bdiewa f’Għawdex għal proġetti ta’ titjib bħalma huma, ġwiebi, bini ta’ ħitan ta’ sejjieħ, irziezet, passaġġi fil-raba, eċċ.? Meta daħlu fis-seħħ dawn l-iskemi u għal liema snin kienu japplikaw? X’ammont ta’ għajnuna ngħatat kull sena taħt kull skema skont in-natura tal-proġett u kemm bdiewa ibbenefikaw taħt kull skema ukoll skont in-natura tal-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dawl tal-informazzjoni dettaljata mitluba, din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Dipartiment tat-Tindif Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-kantant li d-dettalij dwaru qed jingħataw separatament, ġiex maħtur konsulent mad-Dipartiment tat-Tindif Pubbliku? Jekk fl-affermattiv x'qiegħed jitħallas għas-servizz li jagħti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma ġietx impjegata bħala co-ordinator tal-kampanja favur l-Indafa Pubblika. Din il-persuna ntagħażlet li hi wiċċ familjari u li kapaċi tikkomunika mal-pubbliku. Qiegħed inpoġġi kopja tal-kuntratt mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra