Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27528, 27838, 27994 u 28304 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27529, 27839, 27995 u 28305 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27530, 27840, 27996 u 28306 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27527, 27837 u 27993 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27528, 27838 u 27994 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27529, 27839 u 27995 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27530, 27840 u 27996 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26743 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 27834.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24382 u 24768 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Public Social Partnership Agreements

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24262 u jgħid kemm kienu l-ammonti mogħtija lil kull NGO għal Public Social Partnership Agreements fl-2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-somma ivvotata għal Public Social Partnerships fl-2024 kienet tammonta għal €12-il miljun, liema somma kienet użata kollha. L-ammonti mogħtija lil kull NGO individwalment hija informazzjoni sensittiva.

Domestic Violence Shelter — Irġiel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24276 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid jekk jeżistix domestic violence shelter għall-irġiel? X’arranġamenti hemm biex persuna maskili jkollha xelter sikur f’każ ta’ periklu għalih innifsu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li xelter speċifiku għal irġiel vittmi ta’ vjolenza domestika ma jeżistix. Dan fid-dawl li n-numru ta’ każijiet huwa ftit. Irġiel vittmi ta’ vjolenza domestika jagħmlu użu minn xelters u protezzjoni bħal kull vittma oħra. Il-protezzjoni u s-sigurtà f’każijiet ta’ vjolenza domestika tmur lil hinn mill-ġeneru iżda tiffoka fuq il-bżonnijiet li l-vittma jkun jeħtieġ.

Allowance supplimentari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27659 u jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni f’pajjiżna li kienu jieħdu l-allowance supplimentari bejn is-snin 2013 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Għajnuna Supplimentari 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 2024 Irġiel 13,106 12,657 12,021 11,602 12,794 12,611 12,216 11,658 11,365 10,909 10,534 10,151 Nisa 13,324 13,159 12,776 12,550 12,431 12,220 11,916 11,612 11,405 11,147 11,018 10,767 Total 26,430 25,816 24,797 24,152 25,225 24,831 24,132 23,270 22,770 22,056 21,552 20,918

Pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27527 u 27837 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27528 u 27838 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27529 u 27839 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27530 u 27840 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – spiża tat-telephone b’linja fissa u mobile

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10328, 18949, 21820 u 25589 u jgħid kemm kienet l-ispiża, sena b’sena, mill-2012 sal-2022 tat-telephone b’linja fissa u mobile fid-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pensjoni – Persuni li rtiraw bl-età

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19282, 21825 u 25590 u jgħid mill-2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm persuni li rtiraw bl-età ta’ 61 sena wara li kellhom il-kontribuzzjonijiet kollha anke jekk suppost irtiraw iżjed tard? Jista’ jgħid ukoll x'differenza kien hemm bejn ħaddiema nisa u rġiel u dawk li kienu jaħdmu għal rashom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

National Support Line 179

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26426 u jgħid kemm daħlu telefonati fuq in-National Support Line 179 fl-2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2024 kien hemm 11, 068 telefonata fuq in-National Support Line 179. Għal tagħrif sħiħ, l-Onor. Interpellant jista’ jżur is-sit elettroniku tal-FSWS fejn hemm ir-Rapport tal-Istatiska tal-Aġenzija Appoġġ għas-sena 2024, speċifikament paġni 108 – 113 tal-istess rapport.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24399 u 24908 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.