Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tingħata mediċi b'xejn:
a) bil-kartuna s-safra (skeda v), kull kundizzjoni għaliha?
b) bil-kartuna r-roża minħabba:
i) dħul baxx?
ii)in-natura tax-xogħol tal-persuna?
iii)diabetes mellitus?
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li nstabu li kellhom bżonn jiddaħħlu l-Isptar Mater Dei minħabba xi forma ta' Hepatitis matul l-ewwel 11-il xahar ta' din is-sena, kellhom inqas minn 21 sena? Kemm kien hemm persuni riferuti l-outpatients tal-mediċina minħabba din il-kondizzjoni? Kemm minnhom kellhom anqas minn 21 sena?
persuni li mhumiex intitolati għall-Għajnuna Soċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema ċirkostanzi minn dawn, persuna adulta f'household ma tibqax intitolata għall-Għajnuna Soċjali:
i) jekk wieħed jew iż-żewġ ġenituri jaħdmu?
ii) jekk wieħed jew aktar mill-aħwa jaħdmu?
iii) jekk wieħed jew aktar mill-ulied jaħdmu?
Jista' l-Ministru jgħid għal kemm numru ta' siringi b'xejn huma intitolati fix-xahar in-nies li jbatu mid-dijabete f'pajjiżna? Fuq liema bażi ġie stabbilit dan in-numru? Jikkonferma li s-sitwazzjoni preżenti qed toħloq diffikultajiet għal ċerti nies li jbatu mid-dijabete? Hemm xi pjan biex dan in-numru jiġi rivedut fiż-żmien li ġej?
persuni dijabetiċi fuq l-insulina — glucose meter u test strips
Question
Fir-rigward ta' persuni dijabetiċi fuq l-insulina, liema minnhom huma intitolati għal test strips tad-demm b'xejn? Minn fejn tinxtara l-glucose meter u kif jiġi rranġat li l-istrips tad-demm ikunu kompatibbli mal-meters? Hemm xi każijiet li fihom dan il-meter jingħata b'xejn jew bi prezz ridott?
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ttieħdet id-deċizjoni li l-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq tingħata biss lill-persuni b'diżabilità li għandhom karozza awtomatika jew modifikata? Jikkonferma li iżda kien hemm numru ta' każijiet fejn l-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq ingħatat lill-persuni b'diżabilità li kellhom karozza manual? Hemm xi ħsieb li l-Gvern jikkunsidra li min għandu diżabilità li tippermettilu li jsuq karozza manual biss ikollu wkoll eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12507, 12078 u 10711 u ċioe: Peress li l-Gvern għandu ħafna proprjetà reġistrata f'ismu ġewwa l-Belt Kapitali, jista' jara tistax tiġi identifikata proprjetà adatta għall-użu ta' day centre peress li l-persentaġġ ta' anzjani ġol-Belt huwa sew ogħla mill-medja?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' ħa nota tal-proposta tal-Onor. Interpellant u ser jevalwa l-possibilita' li jiġi identifikat xi bini ġewwa l-Belt Valletta biex jintuża bħala day centre.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm dipartimenti, ażjendi, persuni eċċ. li għandhom l-obbligu li jimpjegaw persuni b'diżabilità reġistrati skond l-artikolu 15 tal-Att dwar l-Impjieg ta' Persuni b'Diżabilità, Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta? Jista' jgħid x'inhi l-kwota u l-persentaġġ stabbiliti għal kull wieħed minnhom? Kemm kienet il-kwota għal kull wieħed minnhom f'dawn l-aħħar ħames snin separatament?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13125, 12935, 12650 u 12264 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11043, jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li tħallsu bonuses u special allowances fl-ewwel għaxar xhur tal-2009 f'kull poliklinika imsemmija?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ispiża medja biex iċ-Ċentri tas-Saħħa li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant inżammu miftuħa bejn is-7.00 a.m. u t-8.00 p.m. kuljum fix-xahar ta’ Lulju u Awwissu huma kif ġej:
Centru tas-Saħħa tal-Furjana: €3156 kuljum
Centru tas-Saħħa tal-Mosta: €3184 kuljum
Centru tas-Saħħa ta’ Rahal Gdid: €3459 kuljum
Informat li dawn ma jinkludux il-bonuses u
special allowances
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12949, 12501, 12240 u 11027 u jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' flus li l-Gvern nefaq fis-sena 2008 f'għotja ta' mediċina b'xejn bħala outpatients? X'inhu l-ammont totali li l-Gvern nefaq fl-istess sena biex jagħti dan is-servizz?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ammont ta' flus li l-Gvern nefaq fis-sena 2008 f'għotja ta' mediċini b'xejn bħala putpatients huwa hekk :-
Sptar Mater Dei
Spiżerija (mediċini b'xejn) €10,877,605
Dipartiment tal-Outpatients €34,349,103
Sptar Monte Carmeli
Mediċini lill-pazjenti outpatients €408,159
Sptar Boffa
Outpatients u mediċini b'xejn €1,074,606
Spiża biex ġie offrut is-servizz farmaċewtiku €38,930.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12946 u 12643 u jgħid:
a) kemm hemm
gamma scans
fl-Isptar Mater Dei?
b) kemm huwa l-potenzjal li tagħmel scans kull magna f'ġimgħa?
ċ) kemm saru scans kull ġimgħa fix-xahar ta' Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009?
d) kemm iqum kull scan lill-Gvern b'kollox inkluż?
e) kemm jiċċarġja lill-barranin mhux intitolati għal sptar b'xejn ta' kull scan (peress li jsiru diversi scans) u jagħti lista ta' charges jew average charges?
Jista' jirrispondi kull mistoqsija individwalment?
Dipartiment tas-Saħħa — Surgical and medical supplies
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn tad-Dipartiment tas-Saħħa fil-31 ta' Diċembru 2008 mad-distributuri lokali u barranin fil-qasam tas-surgical and medical supplies?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għas-sena d-dieħla l-vot rikorrenti tal-Gvern għad-dar tal-anzjani tal-Mellieħa, kumparat ma' din is-sena, se jkun qed jirdoppja?
Jista' l-Ministru jgħid kif se jintnefqu l-€2.8 miljun f'nefqa kapital għall-Isptar Boffa u għaliex se ssir din in-nefqa meta se jinbena ċentru ġdid tal-Onkoloġija fl-Isptar Mater Dei li għalih ġie vvuat biss €1 miljun?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li waqa' l-ftehim li sar bejn il-Gvern Malti u dak Olandiz, kif spjegat milll-Prim Ministru fil-Parlament f'seduta 155 tal-4 ta' Novembru 2009 dwar ix-xiri mill-Gvern Malti tat-tilqim kontra l-virus A H1N1?
Kumitat tat-Tmexxija tal-Conservatorio Vincenzo Bugeja — Rendikont tad-dħul u nfiq
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumitat tat-Tmexxija tal-Conservatorio Vincenzo Bugeja huwiex qiegħed jagħti rendikont tad-dħul u nfiq tiegħu lill-Gvern skond l-artiklu 4 tal-Kapitlu 173 tal-Ligijiet ta' Malta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rendikonti ta' dawn l-aħħar għaxar snin ?
Response (DALLI, JOHN)
Se ngħaddi l-informazzjoni mitluba lill-Onor. Interpellant.
programmi biex nies bla xogħol jitħajru jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi programmi saru s’issa ma' nies bla xogħol biex jitħajru jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol u li għalihom kien hemm finanzjament parzjali jew totali mill-Fond Soċjali Ewropew fl-aħħar sena u nofs? Jista’ jgħid kemm ħarġu flus fuq dawn il-programmi?
Kemm ħadu sehem persuni u kumpaniji fihom u kemm ħadu flus?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11621 u jgħid għaliex il-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'post sub-standard qatt ma ġiet provduta post alternattiv?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-applikazzjoni tal-persuna in kwestjoni għadha qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.