Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li xtraw vetturi jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li xtraw vettura li taħdem kompletament bl-elettriku jew tkun parzjalment taħdem bl-elettriku, matul is-snin 2024, 2025 u l-ewwel ħames xhur tas-sena 2026, maqsuma sena b’sena u skont il-kategoriji tal-vetturi/muturi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Liċenzji tal-muturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn sewwieqa li għandhom liċenzja tal-mutur u jaqsam din l-informazzjoni skont liema kategorija hija? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ippjanat li jsir iktar inkoraġġament biex jintużaw iktar muturi u roti elettriċi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Persuni b’diżabilità – Reserved parking bays

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw reserved parking bays għal persuni b’diżabilità minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni wkoll skont it-tip ta’ reserved parking bay (personalised, communal, eċċ.)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Persuni b’diżabilità – Reserved parking bays – Eleġibilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji tal-eliġibbiltà għal reserved parking bay (mhux personalised) għall-persuni b’diżabilità?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija pubblika u tista’ titniżżel flimkien mal-applikazzjoni mill-website ta’ Transport Malta. Kopja tal-iscreenshot tal-website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b’diżabilità – Reserved personalised parking bays – Eleġibilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji tal-eliġibbiltà għal reserved personalised parking bay għall-persuni b’diżabilità?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija pubblika u tista’ titniżżel flimkien mal-applikazzjoni mill-website ta’ Transport Malta. Kopja tal-iscreenshot tal-website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta – Problema tal-parkeġġ – Pjan ħolistiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjan ħolistiku biex jindirizza l-problema tal-parkeġġ madwar il-pajjiż, u jekk iva, jipprovdi dettalji dwar il-miżuri ppjanati, il-lokalitajiet prijoritarji, il-miri u t-timeline għall-implimentazzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ġestjoni u miżuri relatati mat-traffiku – Użu tal-AI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-progress tal-Gvern fl-użu jew l-adattament tal-intelliġenza artifiċjali (AI), fil-ġestjoni tat-traffiku u fil-miżuri relatati mat-traffiku? Jista’ jgħid ukoll liema proġetti pilota, tenders jew sistemi diġà ġew ippjanati jew implimentati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Trasport pubbliku - Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti qegħdin jittieħdu biex is-sistema tat-trasport pubbliku f’pajjiżna titjieb u jkun żgurat li t-trasport ikun iktar puntwali, ta’ min joqgħod fuqu (reliable) u komdu (mhux iffullati bin-nies)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex - Port tal-Imġarr - Struttura tat-tined li jservu bħala kenn għall-passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsdija parlamentari 186 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u jgħid jekk l-istruttura tat-tined li sservi bħala kenn għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex, hijiex struttura temporanja jew struttura permanenti?  Jekk hija struttura temporanja, jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li tinbidel għal struttura permanenti li tkun aktar adegwata għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry kemm għall-Belt Valletta kif ukoll għal Buġibba u/jew Tas-Sliema?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Belt Valletta u l-Imġarr, Għawdex – Terminals tal-fast ferry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat illi jitlesta t-terminal tal-fast ferry fil-Belt Valletta u kif ukoll jindika jekk hemmx pjanijiet sabiex isir l-investiment neċessarju fit-terminal tal-fast ferry fl-Imġarr, Għawdex?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Belt Valletta – Ta’ Liesse – Terminal tal-passiġġieri – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 187 u jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq it-terminal tal-passiġġieri tal-fast ferry li hemm f’Ta’ Liesse fil-Belt Valletta, wara l-ħsarat li ġarrab fil-maltempata ta’ Jannar 2026? Jista’ jgħid ukoll: (i) liema xogħlijiet fadal isiru sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari; (ii) meta huwa ppjanat li jitlestew dawn ix-xogħlijiet; u (iii) kemm hu stmat b’kollox li ser jiġi jiswa dan ix-xogħol kollu wara l-ħsarat li ġarrab dan it-terminal?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Birżebbuġa - Trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu - Konkos

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità kkonċernata approvatx li jingħata l-konkos fi trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu fil-limiti ta’ Birżebbuġa? F’każ li dan ma ġiex approvat, jista’ jgħid x’azzjoni ser tittieħed u sa meta?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Mellieħa – Triq iċ-Ċirkewwa – Proposta

Question

Jista’ l-Ministru jara tistax issir roundabout fi Triq iċ-Ċirkewwa fil-Mellieħa (qabel iż-żona ta’ ħdejn l-istabbiliment turistiku), biex it-turisti u l-Maltin li jkunu f’dan l-istabbiliment turistiku ma jkollhomx għalfejn imorru fil-kju għall-parti li twasslek għall-moll li minnu taqbad il-vapur għal Għawdex, imma jkunu jistgħu jduru lejn il-Mellieħa mingħajr ma jkunu parti minn dan il-kju, peress li fil-festi pubbliċi u fil-ġranet tas-sajf ikun hemm numru kbir ta’ karozzi li jkunu jridu jagħmlu użu mis-servizz tal-vapur u allura din il-bidla tista’ tiffaċilita traffiku aħjar lil dawk li ma jkollomx għalfejn joqogħdu fit-traffiku u l-kju li jkun irid imur għall-vapur t’Għawdex?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi rreġistrati f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi rreġistrati f’Malta, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont kull kategorija ta’ vettura?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa – Bypass – Rotot alternattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet, studji jew pjanijiet saru s’issa dwar rotot alternattivi mill-bypass ta’ San Pawl il-Baħar lejn il-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll meta hu ppjanat li jibdew ix-xogħlijiet relattivi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.