Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reġjun Nofsinhar – Managers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Nofsinhar fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Nofsinhar.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Rapport tal-awditjar - Deals 2024

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kama kopja tar-rapport tal-awditjar dwar il-105 deals li ġew analizzati mill-Awtorità tal-Artijiet li għamlet referenza għalihom iċ-Chief Auditor tal-istess Awtorità fir-rapport annwali tas-sena 2024?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-awditjar dwar il-105 deals huma inklużi fl-Internal Audit Annual Reports 2024 tal-Awtorita’ tal-Ippjanar li kopja tiegħu diġà giet preżentata fil-Parlament.

Klabbs sportivi - Titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ kemm-il klabb sportiv preżentement għandu titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports, matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Bormla - Restawr ta’ mtieħen

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28911 dwar ir-restawr ta’ mtieħen f’Bormla, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex il-Mitħna ta’ San Ġwann t’Għuxa tiġi restawrata? Jista’ jgħid ukoll x’hemm maħsub fir-rigward tal-Mitħna ta’ Santa Margerita?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-Restawr fuq il-mitħna ta’ San Ġwann t’Għuxa issa jinsab fi stadju avvanzat u mistenni jitlesta fl-ewwel xhur tal-2026. Sadanittant bdew ukoll jitħejjew is-sejħiet għall-offerti għar-restawr tal-Mitħna ta’ Santa Margherita, bil-pjan li l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett jinbeda fit-tieni nofs tal-2026. Ir-Restawr taż-żewġ imtieħen hu mmexxi mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni.

Ix-Xgħajra - Fortizza tal-Grazzja - Tiswija tal-bieb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa l-Kunsill Lokali tax-Xgħajra sabiex jiġi rranġat il-bieb li hu tant perikoluż tal-Fortizza tal-Grazzja f’din l-istess lokalità?   Jista’ jgħid ukoll x’rapport ħejja u/jew ippreżenta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li propju nhar it-Tlieta 4 ta' Novembru 2025, il-bieb tal-Fortizza tal-Grazzja inqala biex jiġi restawrat.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Direct orders ta' inqas minn €2,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Bus stop ‘Marżebb’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta l-bus stop ‘Marżebb’ f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li dina d-domanda trid tiġi rivolta lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li naturalment tgawdi awtonomija vis-a-vis il-politiku.

Kunsilli lokali f’Malta u Għawdex u s-sitt Reġjun - Bilanċi/żbilanċi finanzjarji għas-sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bilanċi jew żbilanċi li għalqu s-sena bihom il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex, kif ukoll is-sitt Reġjun, għas-sena 2024? Jista’ wkoll jagħti l-ammonti għal kull kunsill u għal kull reġjun rispettivament?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Proġett tal-bandli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed iżomm il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar milli jibda l-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħalissa, il-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar u l-Awtorità tal-Ippjanar qegħdin jikkoordinaw laqgħat fejn qed jiġu provvduti dokumenti u informazzjoni mitluba mill-Awtorità tal-Ippjanar stess. Wara li t-tender jiġi aġġudikat, l-Awtorità  taġġorna l-allokazzjoni tal-fondi skont l-ammont tat-tender li jkun ingħata.  Skont is-Taqsima 6 ta’ PA Circular 1/22, paragrafu (g), il-proġett ma jistax jibda qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt ta’ finanzjament aġġornat. Għaldaqstant, il-Kunsill jixtieq jassigura li qed jopera skont din id-direttiva sabiex ma jpoġġix f’riskju l-finanzjament approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Bandli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nqalgħu l-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellanta tagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 31383 fejn il-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar ikkonferma li l-proġett hu mistenni jitlesta sa April 2026.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Proġett tal-bandli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandux l-assigurazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area Ħaż-Żabbar, se jkun qed jiġi ffinanzjat mill-awtorità?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar jikkonferma li għandu l-assigurazzjoni tal-Awtoritá tal-Ippjanar għall-iffinanzjar tal-bandli f’St Peter’s Area Ħaż-Żabbar, skont il-provizzjonijiet tal-kuntratt iffirmat fil-11/03/2022 u il-kundizzjoni tal-iskema relevanti

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Proġett tal-bandli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandux il-permessi kollha meħtieġa relatati mal-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandu l-permessi kollha meħtieġa relatati mal-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar.

Awtorità tal-Artijiet u ERA - Kiri ta’ art, konverżjonijiet ta’ enfitewsi jew permessi relatati - Dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul miġbur mill-Awtorità tal-Artijiet, mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u minn aġenziji pubbliċi oħra minn kiri ta’ art, konverżjonijiet ta’ enfitewsi jew permessi relatati għal kull sena mill-2021 sal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Reġjun Ċentru - Managers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Ċentru fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Ma jeżisti ebda Kunsill Reġjonali Ċentru.