Legislature:
Category:
Reset
Active:

Identity Malta – żwieġ ċivili reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il żwieġ ċivili ġie reġistrat mal-Identity Malta sa mis-sena 2013 u jgħid kemm-il waħda minn dawk il-koppji huma ta’ nazzjonalità barranija (it-tnejn li huma jew waħda mill-konjuġi)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mill-2013 kien hemm 10,058 żwieġ ċivili reġistrat f’Malta. Minn dawn, kien hemm 7,890 żwieġ ċivili fejn parti mill-koppja jew iż-żewġ partijiet huma ta’ nazzjonalità barranija.

Identity Malta – unjoni ċivili reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il unjoni ċivili ġiet reġistrata mal-Identity Malta sa mis-sena 2013 u jgħid kemm-il waħda minn dawk il-koppji huma ta’ nazzjonalità barranija (it-tnejn li huma jew waħda mill-konjuġi)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mill-2013 kien hemm 192 unjoni ċivili reġistrati f’Malta. Minn dawn, kien hemm 135 unjoni ċivili fejn parti mill-koppja jew iż-żewġ partijiet huma ta’ nazzjonalità barranija.

Identity Malta – koabitazzjoni reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il koabitazzjoni ġiet reġistrata mal-Identity Malta sa mis-sena 2013 u jgħid kemm-il waħda minn dawk il-koppji huma ta’ nazzjonalità barranija (it-tnejn li huma jew waħda mil-konjuġi)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mill-2013 kien hemm 34 koabitazzjoni reġistrata ma’ Identity Malta. Minn dawn, kien hemm 22 koabitazzjoni fejn parti mill-koppja jew iż-żewġ partijiet huma ta’ nazzjonalità barranija.

Identity Malta – separazzjoni ta’ konjuġi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il separazzjoni ta’ konjuġi ġiet reġistrata mal-Identity Malta sa mis-sena 2013 u jgħid kemm-il waħda minn dawk il-koppji huma ta’ nazzjonalità barranija (it-tnejn li huma jew waħda mill-konjuġi)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li r-reġistrazzjoni ta’ separazzjonijiet, kemm ta’ konjuġi Maltin kif ukoll ta’ nazzjonalità barranija jingħataw numru tal-insinwa, bħal atti oħra pubbliċi li jiġu reġistrati ġewwa r-Reġistru Pubbliku. Infurmat li mhux possibli li dawn jiġu ffiltrati minn atti oħra pubbliċi.

Iż-Żejtun – Triq Bormla (Ta’ Ċawsli) – ċitazzjonijiet fuq overspeeding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet fuq overspeeding fi Triq Bormla (Ta’ Ċawsli) fiż-Żejtun minn Jannar 2020 sal-aħħar ta’ Frar 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi minn Jannar 2020 sal-aħħar ta’ Frar 2021 inħarġu sitta u għoxrin (26) ċitazzjoni permezz ta’ tickets fuq over speeding fi Triq Bormla (Ta’ Ċawsli) fiŻ-Żejtun.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nassigura lill-Onorevoli interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ix-xogħol ingħata wara sejhiet għal kwotazzjonijiet, u b’permess ta’ direct orders f’kazi ta’ urgenza kif ukoll bl-intervent speċjalizzat tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Irid jingħad li s-sanatizzazzjoni tal-uffiċini saret l-aktar mid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili, li sa issa diġà saru ’l fuq minn 460 dekontaminazzjoni f’binjiet u 1,100 vettura.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — detenuti

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid kemm kien hemm persuni detenuti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, xahar b’xahar minn Jannar 2020 sa Frar 2021? Jista’ jgħid għall-imsemmija xhur kemm minn dawn l-ammonti huma nisa u kemm minnhom huma rġiel maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li l-persuni detenuti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, xahar b’xahar minn Jannar 2020 sa Frar 2021 u kemm għall-imsemmija xhur kemm minn dawn l-ammonti huma nisa u kemm minnhom huma rġiel maqsuma xahar b’xahar hu kif gej: Total Irgiel Nisa Jannar 2020 789 726 63 Frar 2020 807 747 60 Marzu 2020 805 746 59 April 2020 758 700 58 Mejju 2020 717 661 56 Gunju 2020 675 623 52 Lulju 2020 656 605 51 Awwissu 2020 715 662 53 Settembru 2020 807 747 60 Ottubru 2020 864 805 59 Novembru 2020 900 840 60 Decembru 2020 884 823 61 Jannar 2021 846 788 58 Frar 2021 821 763 58

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — ċelel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ċelel ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li jistgħu jintużaw sabiex fihom jinżammu persuni ġewwa fihom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li bħalissa hemm 469 ċella. Dawn jinkludu ċellel ta' sodda waħda, ta' żewġ sodod u dormitorji li jinkludu numru ta' sodod.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – sodod fiċ-ċelel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ċelel ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li fihom hemm sodda waħda, li fihom hemm żewġ sodod, li fihom tliet sodod u li fihom aktar minn tliet sodod?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li numru ta’ sodod fiċ-ċellel hu kif gej: Ċellel b’sodda waħda 263 Ċellel b’zewg sodod 206 Dormitorji 15 Numru totali ta’ sodod 927

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li huma miżmuma taħt arrest preventiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm persuni ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li għadhom mhux ikkundannati u qegħdin miżmuma taħt arrest preventiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li bħalissa hemm 278 il-persuna li qed jinzammu taħt arrest preventiv.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — detenuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hemm detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li għandhom inqas minn għoxrin sena, li għandhom bejn 20 u 30 sena, li għandhom bejn 30 u 40 sena, li għandhom bejn 40 u 50 sena, li għandhom bejn 50 u 60 sena, li għandhom bejn 60 u 70 sena, u li għandhom iktar minn 70 sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li l-etajiet tad-detenuti ġewwa l-Faċilità korrettiva ta' Kordin biss huma: Age Group Total Bejn 18 u 20 40 Bejn 20 - 30 248 Bejn 30 - 40 235 Bejn 40 - 50 165 Bejn 50 - 60 55 Bejn 60 - 70 28 Iktar minn 71 11

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – detenuti mhux ta’ nazzjonalità Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm detenuti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija fl-1 ta’ Marzu 2021? Jista’ jagħti break down tan-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni u l-kwantità minn kull pajjiż?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor Interpellant li fl-1 ta’ Marzu 2021 kelna total ta’ 457 prigunieri li mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija li mqassma . NATIONALITY TOTAL AFGHAN 1 ALBANIAN 5 ALGERIAN 1 AMERICAN 3 BELGIAN 1 BRAZILIAN 1 BRITISH 8 BULGARIAN 3 BURKINABE 1 CAMEROONIAN 2 CENTRAL AFRICAN 2 CHADIAN 11 CROATIAN 1 DANE 1 DUTCH 3 EGYPTIAN 2 ERITREAN 20 ETHIOPIAN 2 FRENCH 2 GAMBIAN 8 GEORGIAN 11 GERMAN 1 GHANAIAN 6 GREEK 1 GUIANESE 5 HUNGARIAN 5 INDONESIAN 2 IRANIAN 1 ITALIAN 12 IVOIRIAN 10 LIBYAN 39 LITHUANIAN 1 MACEDONIAN 4 MALIAN 12 MONTENEGRIN 1 MOROCCAN 10 NIGERIAN 2 NIGERIEN 27 PAKISTANI 2 PALESTINIAN 5 PANAMANIAN 2 PERUVIAN 1 POLISH 2 PORTUGUESE 1 ROMANIAN 6 SENEGALESE 2 SERB 6 SEYCHELLOIS 1 SLOVAK 3 SLOVENE 1 SOMALI 44 SOUTH SUDANESE 2 SPANIARD 6 SUDANESE 127 SURINAMESE 1 SWEDE 1 SYRIAN 5 TOGOLESE 1 TUNISIAN 3 TURK 2 UKRAINIAN 1 VENEZUELAN 2 YEMENIS 2 457

Ċentri ta’ detenzjoni ta’ immigranti irregolari – miżuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ser jadotta fiċ-Ċentri ta' Detenzjoni ta' immigranti rregolari wara l-pubblikazzjoni tar-Rapport tal-Kumitat Ewropew kontra t-Tortura u t-Trattament Disuman u Degradanti tal-Kunsill tal-Ewropa li espona bosta nuqqasijiet u prattiċi inaċċettabli fit-tmexxija ta' dawn iċ-ċentri? Jista’ jassigura l-Kamra li ser jaġixxi immedjatament sabiex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-imsemmi Kumitat fir-rigward ta' dawn iċ-ċentri ta' detenzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija waħda pubblika. Dettalji dwar l-inizjattivi li ttieħdu f’ċentri magħluqa qabel u wara ż-żjara tal-Kumitat huma elenkati f’rapport dettaljat li ġie sottomess lill-Kunsill tal-Ewropa mill-awtoritajiet Maltin fi Frar 2021. Qed nippreżenta kopja ta’ dan ir-rapport u npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra.

Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'passi ser jieħu sabiex ma jkunx hemm ripetizzjoni tal-każ tal-individwu li d-dettalji waru qed jingħataw separatament li għadu kemm ingħata € 25,000 mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li sabet li kien inżamm f'kundizzjonijiet diżumani fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Ħal Safi u anki li nżamm illegalment qabel ma ġie deportat minn Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Is-Servizz ta’ Detenzjoni jaħdem kontinwament sabiex ikun hemm kundizzjonijiet xierqa fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, inkluż manutenzjoni u servizzi professjonali aħjar għad-detenuti. Il-Gvern ħa nota tal-kwistjonijiet li tqajmu mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fuq dan il-każ. Fl-istess waqt, l-awtoritajiet Maltin ser ikomplu jagħmlu dak kollu li huwa legalment possibbli sabiex jiddeportaw persuni li ma għandhomx dritt jibqgħu f’Malta. Dan jgħodd l-aktar għal persuni barranin li jkunu xellfu diffrejhom mal-ġustizzja bħal każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant.

Central Link — ċitazzjonijiet fuq overspeeding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet fuq overspeeding fis-Central Link, Ħ’Attard minn mindu bdiet tintuża sal-aħħar ta’ Frar 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor Interpellant li l-ispeed camera ta Triq in-Nutar Żarb, Attard, twaħħlet f’Ġunju tas-sena 2006. Mid-data tat-twaħħil (26 ta’ Ġunju 2006), sal-aħħar ta’ Frar 2021, inħarġu 106,787 ċitazzjoni marbuta ma’ overspeeding.

Għases tal-Pulizija miftuħa 24 siegħa kuljum

Question

Jista’ l-Ministru jinforma kemm hawn għases tal-Pulizija u liema huma dawn l-għases tal-Pulizija ġewwa Malta u Għawdex, li jkunu miftuħa 24 siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-istrateġija u l-viżjoni tal-Pulizija kienet li l-Pulizija tkun aktar viċin in-nies, fil-qalba tal-komunitajiet madwar Malta u Għawdex. Għal dan il-għan nidejna l-proġett ta’ Pulizija fil-komunità, liema proġett se jibqa’ jiġi estiż ħalli jkun hemm dejjem aktar preżenza ta’ Pulizija fit-toroq. Lil hinn mill-Community Policing, tajna u qed nagħtu fakultajiet differenti sabiex kull għassa f’Malta u Għawdex tkun aċċessibli f’kull ħin tul ġurnata permezz ta’ apparat diġitali u mezzi ta’ komunikazzjoni, iżda lil hinn minn dan qed nassiguraw li f’diversi ħinijiet tal-ġurnata jkunu miftuħa l-uffiċċji tal-komunità fil-lokalitajiet. Minkejja l-istrateġija ta’ aktar preżenza tal-Pulizija fit-toroq, minkejja l-ftuħ tal-uffiċċji tal-komunità, ħassejna li għandu jkun hemm l-għases ewlenin, li jkopru d-distretti kollha, miftuħa 24 siegħa kull jum. Dawn huma l-għasses ta’: L-Ajruport - Valletta – Qormi – Zebbug – Paola –Fgura – Luqa – Cospicua – Zabbar – Marsascala – Zejtun – Birzebbuġia – Zurrieq – Sliema - Msida – San Giljan – San Gwann -Hamrun – Marsa - Rabat – Birkirkara – Naxxar – Mosta - Qawra - Cirkewwa - Victoria – Marsalforn u Mgarr. Il-viżjoni tagħna hija li nqarrbu dejjem aktar il-korp tal-Pulizija lejn in-nies.

Korp tal-Pulizija – membri ġodda — etajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-etajiet tal-65 membru ġdid fil-Korp tal-Pulizija li ħadu l-ġurament tal-ħatra fil-5 ta’ Marzu 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-etajiet tal-ħamsa u sittin (65) membru ġdid fil-Korp tal-Pulizija li ġew ingaġġati u li ħadu l-ġurament tal-ħatra fil-5 ta’ Marzu 2021 huma kif jidher fit tabella hawn taħt: Eta’ Numru ta’ Pulizija 37 2 31 1 30 1 29 2 25 4 24 2 23 4 22 4 21 11 20 7 19 20 18 7 Total 65

Korp tal-Pulizija – membri li huma deployed mal-community policing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li huma deployed fil-community policing fid-diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi preżentement in-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li huma deployed fil-community policing fid-diversi lokalitajiet ġewwa Malta huwa ta’ sitta u ħamsin (56). Minn dawn ħmistax (15) qed jieħdu t-taħriġ tagħhom qabel jitqassmu anke f’lokalitajiet ġodda. Dan il-Gvern hu kommess li jkompli jsaħħaħ dan is-servizz.

Korp tal-Pulizija – membri assenjati mad-Drug Squad

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li huma assenjati mad-Drug Squad fil-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi sallum 12 ta’ Marzu 2021, hemm ħamsa u tletin (35) membru tal-Korp tal-Pulizija assenjati mad-Drugs Squad.