Legislature:
Category:
Reset
Active:

Monitoraġġ ta’ priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kif qed isir monitoraġġ tal-priġunieri li jkunu barra l-ħabs, inkluż dawk li jkunu qed jaħdmu barra l-ħabs?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-moniteraġġ tal-priġunieri li jkunu fuq barra jsir b’diversi metodi li waħda ma jeskludix lil oħra. Hemm sistemi ta’ ankle braclet (moniteraġġ elettroniku) li huwa amministrat mill-Aġenzija stess, isiru spezzjonijiet għal għarrieda kif ukoll, f’każijiet oħra, ikun hemm anke skorti u superviżjoni mill-uffiċjali.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li l-eks Direttur tal-Ħabs, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tilef numru ta' libelli, kienx hemm xi spejjeż legali li tħallsu mill-Gvern jew mill-Aġenzija Korrettiva? Jista' jgħid ukoll jekk wara li ntilfu dawn il-libelli, uħud minnhom fuq materji sensittivi u kontroversjali ħafna, dan l-individwu għadux jokkupa l-kariga tiegħu fil-Libja jew xi kariga governattiva oħra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kawżi ta' libell huma fin-natura tagħhom personali u għaldaqstant spejjeż marbuta magħhom għandhom jitħallsu mill-individwi li jiftħuhom. Infurmat illi fejn kien hemm xi spejjeż illi skorrettament tħallsu mill-Aġenzija, sar rifużjoni tagħhom.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Karigi ta’ CFO u COO

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karigi ta' Chief Operating Officer (CFO) u Chief Operations Officer (COO) fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ġewx mimlija? Jekk iva, meta u minn min? Jekk le, min qed jaqdi dawn ir-responsabbilitajiet essenzjali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi għaddejja bl-eżerċizzju tagħha ta’ approvazjon tal-human resources plan imġedded. Il-karigi msemmija se jiġu mimlija malli dan l-eżerċizzju jkun magħluq. Fl-assenza ta’ dawn iż-żewġ karigi u b’mod temporanju, ir-responsabbiltajiet imsemmija qed jiġu koperti minn impjegati fi gradi maniġerjali u li huma kompetenti fuq is-suġġetti msemmija.

P71 – Nefqa fuq l-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12615 fl-intier tagħha u jgħid hux qed jintefqu madwar 1,300/1,400 diesel kuljum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-konsum ta’ diesel meta l-lanċa tkun imqabbda mal-generator ikun ta’ madwar 1,150 kuljum, li bejn wieħed u ieħor huwa ekwivalenti għall-ammont ta’ elettriku kkunsmat meta l-lanċa tkun imqabbda mas-sistema tas-shore supply.

Detention Services Agency — Rata ta’ paga għad-detention services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Detention Services Officers fi ħdan id-Detention Services Agency li matul is-sena 2022, il-paga tagħhom bl-allowances u l-overtime, telgħet għal aktar minn €3,000 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll f’liema shift ħadmu u l-lokalitajiet fejn jgħixu dawn l-istess ħaddiema?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illli tul l-2022 kien hemm tnax-il persuna fil-grad ta’ Detention Services Officer li kellu minn tal-anqas paga waħda li meta żżid l-allowances u l-overtime laħqet it-3,000Eur. Il-lokalitajiet li jgħixu fihom dawn il-persuni huma: Is-Siġġiewi, Iż-Żejtun, Ħaż-Żabbar, Marsascala, l-Imqabba, St Venera, Birkirkara, Gżira, l-Birgu u Ħal Kirkop.

Suldati Maltin — Irlanda – Korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal sabiex ma jitkomplewx jintbagħtu suldati Maltin sabiex isegwu korsijiet ġewwa Curragh fl-Irlanda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta għandha relazzjoni kollaborattiva mal-Forza tad-Difiża Irlandiża. Preżentament, il-programm ta’ taħriġ tal-uffiċjali kadetti Maltin ma ġiex imġedded minħabba reviżjonijiet interni u limitazzjonijiet fil-Forza tad-Difiża Irlandiża. Madanakollu, l-FAM għadha tipprovdi opportunitajiet ta’ taħriġ barra l-pajjiż għall-kadetti ma’ msieħba oħra barranin. Barra minn hekk, il-FAM għandha appoġġ kontinwu mill-Forza tad-Difiża Irlandiża f’forma ta’ taħriġ u korsijiet alternattivi. Ukoll, il-FAM għandha 25 Membru li bħalissa qed jattendu taħriġ barra ‘l pajjiż, fosthom fl-Italja, fl-Ingilterra u fl-Istati Uniti tal-Amerika. Matul din is-sena 134 suldat ħadu taħriġ b’mod prinċipali fl-imsemmija pajjiżi.

Suldati Maltin – Korsijiet barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm suldati Maltin li qed isegwu korsijiet barra minn Malta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-postijiet fejn dawn is-suldati qed jintbagħtu biex isegwu dawn il-korsijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat l-Forzi Armati ta’ Malta bħalissa għandha 25 membru li qed jattendu taħriġ barra minn Malta fosthom l-Italja, l-Irlanda, l-Ingilterra u l-Istati Uniti tal-Amerika. Mill-bidu tas-sena sallum, in-numru addizzjonali ta’ membri tal-FAM li ħadu taħriġ jew ipparteċipaw f'eżerċizzji barra l-pajjiż jammonta għal 134. Dawn saru f’bosta pajjiżi bil-parti l-kbira minnhom isiru l-Italja, l-Ingilterra u l-Istati Uniti tal-Amerika.

Korp tal-Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-membri fil-Korp tal-Pulizija li huma stazzjonati speċifikament fid-distretti jew fil-branches, u jispeċifika l-figura mqassma fuq kull distrett skont l-irħula/bliet u f'kull branch separatament, inklużi l-gradi tal-Pulizija stazzjonati kif meħtieġ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi membri fil-Korp tal-Pulizija inkluż ħaddiema ċivili li huma stazzjonati fid-distretti u taqsimiet oħra tal-Korp maqsuma kif mitlub mill-Onor. Interpellant huma kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt: Posting COP DC AC SUPT INSP 2/SM PC PS RPC Civilian 1 PD 1 3 32 13 1 2 PD 1 3 38 13 1 3 PD 3 37 9 2 4 PD 1 3 43 10 1 5 PD 3 37 10 1 6 PD 1 3 57 14 1 1 7 PD 1 3 52 10 1 8 PD 1 3 44 12 9 PD 1 4 58 15 10 PD 3 39 10 2 11 PD 1 3 37 9 2 Gozo (12 PD) 1 3 63 10 Gozo (Asset Management) 2 1 Gozo (Custody) 2 5 Gozo (Forensic Science Laboratory (MPFSL)) 2 Gozo (Rapid Intervention Unit (RIU)) 7 Gozo (Sentry) 1 Gozo (Traffic) 8 1 Academy Of Disciplined Forces (ADF) 2 3 1 Asset Management 1 1 33 2 24 14 Central Delivery Office (CDO) 14 1 5 Central Intelligence & Analysis Unit (CIAU) 1 3 3 4 1 7 Centralized Offices 1 1 Command & Control Room 2 22 5 1 Commissioner Of Police Office 1 1 2 2 1 Communications & Insight 1 5 3 1 38 Counter Terrorism Unit (CTU) 1 3 1 3 2 Crime Prevention & Community Policing 2 1 96 24 5 Criminal Investigations (CID) 2 9 22 11 Criminal Records Office (CRO) 3 1 Custody 16 7 1 Cyber & Vulnerable Victims Office 1 Cyber Crime Unit (CCU) 1 5 11 9 2 3 Digital Policing 1 2 Districts Region A Office 1 Drugs Squad (DSQ) 6 15 10 FCID 2 25 38 26 1 4 Environment Protection Unit (EPU) 1 20 3 2 Field & Operational Support Office 1 Finance & Administration Office 1 14 Forensic Science Laboratory (MPFSL) 1 9 19 2 28 Gender-Based & Domestic Violence (GBDV) 7 33 14 2 1 Human Resources Management (HR) 2 4 1 1 6 Immigration 1 1 5 53 28 11 77 In-Field & Communications Technology 1 5 3 Information Technology 1 23 9 5 Internal Audit 1 1 International Relations Unit (IRU) 5 32 9 2 3 Investigations & Technical Support Office 1 K9 Section 1 16 4 6 1 Legal 2 1 2 Mounted Section 12 2 Occupational Health & Welfare 1 2 Parliament 14 3 Police Licensing Office (PLO) 3 1 1 Principal Citations Office (PCO) 1 8 3 4 Procurement 1 1 2 Professional Standards 1 2 6 1 1 Projects Management 3 1 1 8 Protective Services 1 1 Quartermaster & Supplies (QMS) 1 5 3 4 5 RIU & SIU 2 89 13 1 Secretariat 2 1 5 Security 10 3 Sentry 10 1 45 Staffing & Major Events 1 2 9 20 4 Statistics 1 4 2 1 Strategy & Transformation Office 2 Traffic 2 19 7 5 Transformation & Change Management 2 Other Ranks Canteen (ORC) 4 4 Vice Squad (VSQ) 1 5 10 6 Victim Support Unit (VSU) 1 2 1 1 Weapons Office 1 3 1 2 Posting Pool 2 3 12 1 48 28 3 Others 1 4 3 13 23

Il-Fgura — Dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku li saru mill-2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 fil-lokalità tal-Fgura?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li d-dħul minn kontravenzjonijiet huwa wieħed fluwidu minħabba n-natura tal-proċessi leġiżlattivi. Dan jinkludi l-fakultà tal-allegat offensur li jissottometti petizzjoni, li jsegwi bis-smigħ tal-każ quddiem it-tribunal lokali. Dan jerġa' jiġi segwit b’żewġ possibiltatjiet ta’ appell, u li huma, 1) is-sottomissjoni ta’ petizzjoni, jew 2) appell quddiem il-qrati tal-ġustizzja. Dan il-proċess jieħu ż-żmien u l-proċess kollu jissupera ħafna drabi sena, u għaldaqstant tali informazzjoni kif mitluba, ma tistax tiġi konkluża.

Ħal Tarxien — Dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku li saru fil-lokalità ta’ Ħal-Tarxien mill-2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11561.

Għassa ta’ San Ġwann — Ftuħ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11878, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid jekk l-għassa hijiex miftuħa u jekk ikunx hemm pulizija preżenti, u jekk le, jgħid fejn wieħed jista’ jkollu aċċess għall-pulizija f’din il-lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li minħabba xogħol ta’ manutenzjoni estensiva fl-għassa ta’ San Ġwann mhux possibli li jkun hemm ħaddiema f'dak l-ambjent. Din terġa tibda topera b'servizz tal-Pulizija la darba jkunu konklużi x-xogħlijiet. Kull persuna tista tirrikorri fl-għassa ta’ San Ġiljan għal kull assistenza, peress li hija l-eqreb għal din il-lokalità, għalkemm kull għassa hi aċċessibbli biex tingħata kull għajnuna. Sadanittant iż-żona ta’ San Ġwann milħuqa b'diversi rondi, inkluż tal-RIU.

Raħal Ġdid — Dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku li saru mill-2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul minn kontravenzjonijiet huwa wieħed fluwidu minħabba n-natura tal-proċessi leġiżlattivi. Dan jinkludi l-fakultà tal-allegatt offensur li jissottometti petizzjoni, li jsegwi bis-smigħ tal-każ quddiem it-tribunal lokali. Dan jerġa' jiġi segwit b’żewġ possibiltatjiet ta’ appell, u li huma: 1) is-sottomissjoni ta’ petizzjoni, jew 2) appell quddiem il-qrati tal-ġustizzja. Dan il-proċess jieħu ż-żmien u l-proċess kollu jissupera sena, u għaldaqstant tal-informazzjoni kif mitluba, ma tistax tiġi konkluża.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza (MHSR) inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċievew 122-il talba skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, inkluż l-awtoritajiet pubbliċi. Minn dawn, 65 intlaqgħu, 45 ma ntlaqgħux waqt li 12-il talba għadhom qed ikunu evalwati. Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar għaliex id-dokumenti mitluba huma esklużi mill-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

Paceville, San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira — Rapporti ta’ storbju eċċessiv

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11879, jista’ l-Ministru jwieġeb b’mod sħiħ billi jgħid kemm kien hemm rapporti, maqsuma lokalità b’lokalità, minflok ġabarhom flimkien?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi kien hemm 17-il rapport f'Tas-Sliema u 4 fil-Gżira.

Persuni residenti f'Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12554 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11668, filwaqt li huwa apprezzat ix-xogħol li jagħmel l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fl-eżerċizzju importanti taċ-ċensiment, peress li dan huwa eżerċizzju li sar sentejn ilu u ma jerġax isir fil-futur qarib, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-informazzjoni mitluba aġġornata sal-lum tistax tinkiseb mir-rekords ta' Identità (eks Identity Malta), u jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni residenti f'Malta u f’Għawdex sal-aħħar ta’ Settembru 2023 (jew l-iżjed data riċenti li għaliha din l-informazzjoni hija disponibbli)? Jista' jara li din il-figura tinkludi persuni kemm ’il fuq minn 18-il sena u kemm taħt it-18-il sena u kemm dawk ta' nazzjonalità Maltija u barranija, kif ukoll dawk residenti fi djar tal-anzjani (pubbliċi u privati), sptarijiet (pubbliċi u privati), fiċ-ċentri miftuħa, ċentri ta' detenzjoni u fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Barra minn hekk jista’ wkoll jaqsam dawn il-figuri skont il-lokalità, f'dan il-format: (Lokalità; Maltin <18-il sena ; Maltin >18-il sena ; Barranin <18-il sena ; Barranin >18-il sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li b’żieda ma’ dak provdut fiċ-ċensiment, qed niprovdi l-informazzjoni ta’ persuni illi għandhom karta tal-Identita’ Maltija jew permess validu ta’ Residenza Maltija kif indikat fit-tabella riprodotta hawn taħt. Infurmat illi l-informazzjoni tar-residenti Maltin u Għawdxin taħt l-età ta erbatax -il sena tinżamm minn Ministeru ieħor Lokalità Maltin (14-17) Maltin 18+ Single Permit 0-18 Single Permit 18+ Non-Eu 0-18 Non-EU 18+ EU 0-18 EU 18+ Brexit 0-18 Brexit 18+ Birkirkara 688 17458 0 3808 357 926 80 1451 12 170 Birżebbuġa 263 7560 0 1463 180 503 46 610 8 146 Bormla 125 3629 0 173 11 96 15 247 2 57 Floriana 36 1529 0 203 13 72 3 158 1 25 Għajnsielem 81 3027 0 246 42 113 16 275 6 213 Ħad-Dingli 99 3229 0 59 1 23 3 48 2 12 Ħal Balzan 109 3377 0 425 61 144 21 261 3 60 Ħal Għargħur 102 2622 0 158 38 111 48 260 13 72 Ħal Ghaxaq 152 4359 0 281 56 99 6 103 0 18 Ħal Kirkop 68 2022 0 78 9 37 5 60 4 11 Ħal Lija 91 2430 0 391 28 59 18 146 1 45 Ħal Luqa 132 5496 0 766 87 245 17 336 3 23 Ħal Qormi 427 13421 0 2071 225 552 28 343 1 36 Ħal Safi 61 1871 0 316 24 57 5 90 0 17 Ħal Tarxien 281 7372 0 600 55 186 14 165 1 37 Ħ'Attard 295 9093 0 660 152 246 76 511 17 105 Ħaż-Żabbar 525 13555 0 854 136 411 23 313 1 48 Ħaż-Żebbug (Malta) 372 10595 0 973 70 228 32 404 7 80 Il-Belt Valletta 126 4516 0 153 25 157 8 359 1 81 Il-Birgu 45 1853 0 64 8 66 10 171 1 66 Il-Fgura 348 9540 0 1317 146 358 24 290 2 33 Il-Fontana 34 838 0 64 8 39 5 44 0 24 Il-Gudja 66 2594 0 200 17 40 4 103 0 9 Il-Gżira 106 4641 0 2624 270 975 127 2587 11 212 Il-Ħamrun 205 7057 0 2225 192 541 35 447 5 65 Il-Kalkara 58 2479 0 110 41 106 13 131 1 42 Il-Marsa 100 3586 0 779 103 416 7 96 0 12 Il-Mellieħa 281 8387 0 1493 186 525 198 1481 63 708 Il-Mosta 587 17179 0 1874 214 532 157 1039 19 208 Il-Munxar 32 1198 0 172 67 213 13 159 4 142 Il-Qala 57 2184 0 49 29 78 17 223 5 190 Il-Qrendi 88 2479 0 109 2 24 3 76 9 30 In-Nadur 124 4271 0 119 19 85 25 239 6 180 In-Naxxar 406 11769 0 1047 168 437 142 1113 53 317 Ir-Rabat (Għawdex) 162 5792 0 689 79 286 39 367 10 180 Ir-Rabat (Malta) 301 9651 1 529 48 157 27 344 7 91 Is-Siġġiewi 251 7502 0 254 40 137 14 183 1 46 Is-Swieqi 291 7119 1 1478 433 1148 249 2242 56 336 Ix-Xagħra 129 4552 0 296 40 157 36 343 13 264 Ix-Xewkija 85 3014 0 212 13 67 15 158 13 107 Ix-Xgħajra 62 1485 0 234 27 119 14 164 2 26 Iż-Żebbug (Għawdex) 56 2566 0 430 136 520 47 528 5 224 Iż-Żejtun 356 10047 0 450 56 150 24 219 2 30 Iż-Żurrieq 365 9804 0 353 56 176 21 342 3 47 L-Għarb 59 1274 0 60 16 55 12 169 7 119 L-Għasri 20 446 0 3 1 17 4 49 1 45 L-Iklin 57 2649 0 276 30 78 14 165 3 24 L-Imdina 1 189 0 7 0 5 1 12 0 4 L-Imġarr 142 3652 0 174 31 88 29 264 8 81 L-Imqabba 118 2839 0 110 6 27 3 74 6 17 L-Imsida 159 5327 1 4480 368 1167 97 2373 8 161 L-Imtarfa 97 2128 0 31 5 16 2 34 1 5 L-Isla 40 1893 0 100 10 71 6 151 2 59 Marsaskala 409 10425 1 1563 522 1352 275 1963 31 414 Marsaxlokk 117 3028 0 273 26 92 21 172 3 37 Paola 169 6195 0 957 187 440 8 199 2 45 Pembroke 97 2669 0 135 47 105 40 170 7 36 San Ġiljan 158 6333 0 2502 292 1287 160 3004 34 402 San Ġwann 320 9645 0 1602 293 746 133 1493 30 202 San Lawrenz 12 632 0 47 7 9 4 77 1 56 San Pawl il-Baħar 435 13876 4 10279 1139 2586 581 5581 99 1433 Santa Luċija 56 2344 0 55 2 30 0 11 0 6 Santa Venera 237 5928 0 1153 159 327 38 461 8 50 Ta' Kerċem 49 1634 0 51 9 48 2 50 2 60 Ta' Sannat 68 1986 0 47 19 72 10 120 0 91 Ta' Xbiex 34 1313 0 259 25 143 28 336 8 79 Tal-Pieta' 65 2774 0 1801 149 435 52 799 4 53 Tas-Sliema 222 11150 0 2642 648 2037 485 5217 61 705

Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi riprodotta hawn taħt; Laqgħa Informali tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern - Stokkolma – Jan 2023 Laqgħa konġunta tal-Affarijiet Barranin u d-Difiża – Brusell – Mar 2023 Laqgħa formali tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern – Brusell - Mar 2023 Laqgħa formali tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern – Lussemburgu – Ġun 2023 Laqgħa formali tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern – Lussemburgu - Ott 2023 Laqgħa konġunta tal-Affarijiet Barranin u d-Difiża – Brusell – Nov 2023 Laqgħa formali tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern – Brusell – Diċ 2023

Msida – Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti data definittiva meta ser terġa’ tkun miftuħa l-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi x-xogħol li nbeda fl-għassa tal-Imsida hu konsiderevolment estensiv u huwa maħsub li jieħu sa l-ewwel kwart tas-sena 2025. Is-servizz li kien offrut mill-Għassa tal-Imsida qiegħed jiġi offrut mil-Għassa prinċipali tad-distrett ġewwa tas-Sliema. Dan barra illi din iż-żona baqgħet tkun koperta wkoll minn uffiċċjali tal-Community Policing.

Ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM/2022/105)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni ħatja li għamlu qligħ bi ħsara għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2021, sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qrati ta' pajjiżna li għamlet qligħ bi ħsara għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-Gvern ta' Malta u/jew xi entitajiet oħra? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenzi li permezz tagħhom l-imsemmija persuni nstabu ħatja mill-Qrati ta' pajjiżna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2021 sad-19 ta’ Ottubru 2023 kien hemm mija u wieħed u disgħin (191) każ fejn persuni ġew akkużati fil-Qrati ta' pajjiżna, li għamlu qligħ bi ħsara għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-Gvern ta' Malta u/jew xi entitajiet oħra. Is-sentenzi fil-każijiet li ġew deċiżi, jinħarġu mill-istess Qrati.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ policy consultants ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust tas-Segretarjat tal-Ministru hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat li fil-preżent hemm 3 policy consultants, scale 3.