Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Jannar 2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16399.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — ħaddiema reġistrati b'diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tagħha u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24614.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24386 u tgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tagħha, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u tagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Tista' tjippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct Orders

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li hija awtorizzat matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Tista’ għal kull direct order tagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Tista’ tgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tiegħi. Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Ċitazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ċitazzjoni (traffic fine) weħel il-Ministeru tagħha minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x'pożizzjoni għandu fil-Ministeru tagħha, kemm ammontaw fi flus u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures. Dan il-manwal jagħti linji gwida dwar kif għandhom jiġu trattati iċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku relatati ma' karozzi tal-Gvern, inkluż il-ħlas taċ-ċitazzjoni.

Għajnuna finanzjarja lil persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’għajnuna finanzjarja tingħata lil persuni b’diżabilità biex jixtru oġġetti li jgħinu fl-aċċessibbiltà? X’inhuma l-kriterji li jintużaw għall-eleġibbiltà għal dawn il-fondi? Kemm hu l-massimu ta’ fondi li tista’ tingħata kull persuna?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li persuni b’diżabilità jistgħu japplikaw għall-għajnuna finanzjarja biex jixtru apparat assistiv li jgħin fl-aċċessibilità permezz tal-Empowerment Scheme offruta minn Aġenzija Sapport. L-għan ta’ din l-iskema huwa li tipprovdi għajnuna finanzjarja permezz ta’ sussidji biex jinxtara tagħmir li jgħin lill-persuni b’diżabilità biex jgħixu ħajja aktar indipendenti fid-dar u fil-komunità tagħhom. Il-kriterji ta’ eliġibilità, li huma disponibbli wkoll fis-sit ta’ Aġenzija Sapport u fuq il-formola ta’ applikazzjoni għall-benefiċċju tal-pubbliku, huma kif ġej: L-applikanti jridu jkunu residenti Malta. L-applikanti jridu jkunu jgħixu fil-komunità u mhux residenti fi sptarijiet jew fi djar tal-kura tal-Gvern. L-applikanti jridu jkunu detenturi tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità u jippreżentaw kopja mal-applikazzjoni. L-applikazzjoni għandha timtela b’konsultazzjoni mal-professjonisti liċenzjati u/jew reġistrati f’Malta li jsegwu lill-applikanti. Apparat standard ipprovdut mill-Gvern jew minn entitajiet governattivi, kemm jekk mingħajr ħlas, issussidjat, b’self, fuq bażi ta’ terminu qasir, jew b’mod permanenti, mhuwiex kopert minn din l-iskema. Dan jinkludi wkoll applikazzjonijiet għal hearing aids minn detenturi tal-karta r-roża. L-apparat assistiv ma jridx ikun ilu mixtri aktar minn sena qabel id-data tal-applikazzjoni. L-Awdjologu jew il-professjonist ta’ Allied Health li jkun qed jimla’ l-parti rispettiva fil-formola tal-applikant, kif applikabbli, irid jipprovdi n-Numru ta’ Reġistrazzjoni mal-Kunsill għall-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina tiegħu. Wieħed ma jistax jitlob assistenza finanzjarja għall-istess tip ta’ tagħmir jew tagħmir simili qabel il-perjodu ta’ żmien applikabbli sakemm ma tingħatax ġustifikazzjoni solida: perjodu ta’ ħames snin mill-aħħar applikazzjoni tal-applikant fuq hearing aids u perjodu ta’ sentejn mill-aħħar applikazzjoni tal-applikant fuq tagħmir ieħor. Applikazzjonijiet sottomessi lil Aġenzija Sapport wara li l-persuna b’diżabilità (jiġifieri l-applikant) tkun laħqet mietet, ma jiġux milqugħa. Is-sussidju li jingħata jiġi determinat minn Bord li jinkludi professjonisti u persuni b’diżabilità, li jevalwa l-applikazzjonijiet b’mod individwali. Applikazzjonijiet għal sussidju fuq tagħmir assistiv irid ikollhom valur totali ta’ mhux inqas minn €400.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tagħha, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Karozzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid: (a) jekk għandiex it-tieni karozza jew car allowance apparti l-karozza uffiċjali għal użu tagħha; (b) x’tip ta' karozzi huma (ditta) u jekk hux electric vehicles jew jaħdimx bi fuel konvenzjonali u jekk f'każ ta' fuel konvenzjonali, kemm intuża fuel kull xahar minn kull karozza minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (c) Jekk jintuża fuel konvenzjonali għal dawn il-karozzi, minn fejn jinxtara l-fuel għalihom? (d) Jekk għandha t-tieni karozza jew car allowance, min jagħmel użu minn din il-karozza meta l-Ministru tkun qed tuża l-karozza uffiċjali tagħha? (e) Jekk kull karozza hiex tal-kiri jew inxtratx mill-Gvern u jekk f'każ li hi mikrija kemm titħallas kera kull xahar għal kull karozza u jekk mixtrija mill-Gvern kemm kienet l-ispiża biex inxtrat kull karozza? (f) Jekk kull karozza tinżammx f’garaxx meta ma tkunx użata, u jekk tinżamm f’garaxx titħallasx kera għal tali garage? Jekk fl-affermattiv, kemm titħallas kera fix-xahar għal tali garage u min hu l-benefiċjarju ta' tali kera?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’għandix it-tieni karozza.

Assistenza soċjali — Persuni li jbatu mill-fibromyalgia

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk dawk il-persuni li jkunu ċċertifikati li jbatu mill-fibromyalgia humiex meqjusa bħala persuni b’diżabilità u għaldaqstant huma intitolati għal assistenza soċjali?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Konsulenti Maltin u barranin

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, għamel użu minnhom minn 2020 sal-aħħar ta' Ottubru 2023? Tista' tgħid ukoll jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu l-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz, kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien min mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 12898.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tagħha, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u tagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Tista' tjippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mill-1 sat-8 ta’ Jannar 2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12040 u 18971 u tgħid kemm nefqet flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid jekk bagħtitx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Tista’ tgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21830.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Diċembru 2024?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16399.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Baġit allokat u infiq għall-PR

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien il-baġit allokat u l-infiq għall-PR tal-Ministeru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġejt infurmata li l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni ta’ budget għall-PR huwa parti mil-line item rispettiv fl-estimi tal-budget li ngħatat kopja tagħhom u tpoġġew ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Sponsorships u donazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Tista’ tgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Membri ta' ordnijiet reliġjużi — Prodotti relatati mas-saħħa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20988 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid jekk membri ta' ordnijiet reliġjużi humiex intitolati għal nuċċalijiet, hearing aids u dentaturi b'xejn mill-Gvern u jekk le, għaliex?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport permezz ta’ l-iskema Empowerment Scheme tgħin b’mod finanzjarju persuni b’diżabilità meta jiġu biex jixtru affarijiet li jgħinu fl-aċċessibilità. L-Aġenzija Sapport ma tagħmel l-ebda differenza jekk il-persuna b’diżabilità tkunx membru ta’ ordni reliġjuża.

Servizz ta' assistent personali — Bord prinċipali - Membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23657 dwar is-servizz ta’ assistent personali, tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-bord prinċipali tas-servizz ta’ assistent personali?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif diġà ġie mwieġeb f’mistoqsija parlamentari 13802, il-Bord tal-ICL, li jara l-applikazzjonijiet għas-servizz ta’ assistenza personali, hu magħmul minn 8 membri, kif ġej: Isem Rwol Matthew Chetcuti Chairperson George Borg Membru Carmen Burmingham Membru Catherine Falzon Membru Charlene Fabri Membru Elinore Falzon Membru Elvira Psaila Membru Natasha Janika Laudi Segretarja Dan il-bord hu kif qed jopera fil-preżent u ma jirriflettix it-tibdil pjanat bħala parti mir-riforma tas-servizz tal-assistent personali.