Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — każijiet ta' titjieb u manutenzjoni fit-toroq

Question

Fil-mument, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35967 u jgħid kemm hu n-numru ta' każijiet irrapurtati lill-Transport Malta biex isir titjieb/manutenzjoni fit-toroq? Kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus globali għal dawn ix-xogħlijiet? Kemm minn dawn ix-xogħlijiet se jsiru sal-aħħar ta' din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta għandha field officers tagħha li jagħmlu spezzjonijitet tat-toroq u li ma tagħmilx distinzjoni bejn rapporti tal-field officers tagħha u dawk li jidħlu minn imkejjen oħra, minħabba li kull rapport irid jiġi vverifikat mil-field officer. Il-lista kurrenti tammonta għal 1095 intervent li jinkludu mhux biss dawk ta' tiswija imma wkoll manutenzjoni preventiva. Bejn minor u major repair works l-ispiża tlaħħaq madwar € 9.5 miljun. Hu ppjanat li madwar € 2 miljuni minn dan ix-xogħol għandu jkun lest sal-aħħar ta’ din is-sena, dejjem jekk ma jinqala’ xejn imprevist.

Transport Malta — impjegat b'kuntratt preskritt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Transport Malta għandha uffiċjal li qed jaħdem fi ħdanha b'kuntratt preskritt? Jista' jgħid jekk mhux se jiġi mġedded dan il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

vacancies appuntati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta tinħareġ vacancy kif jiġu appuntati l-pożizzjonijiet u fuq liema kriterji? Jista' jgħid min jieħu deċiżjoni finali mill-board tal-interviews ta' kif jiġu appuntati dawn il-pożizzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ applikabbli fis-servizz pubbliku, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. Min naħa l-oħra jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal xi pożizzjoni partilulari fi ħdan il-Ministeru tieġħi , nitolbu jkun aktar speċifiku.

Transport Malta — bord tal-evalwazzjoni tat-tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi u/jew kriterji jiġu magħżula l-individwi biex jagħmlu parti mill-bord tal-evalwazzjoni tat-tenders fi Transport Malta u x'inhu l-inqas grad tal-impjegat li hu kkunsidrat sabiex jintagħżel biex jagħmel parti minn dan il-bord?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ssegwi l-iStandard Operating Procedures/Guidelines maħruġa mid-Direttur tal-Kuntratti għal Bordijiet tal-Evalwazzjoni tat-Tenders.

Cruise liners — boiler wharf

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna kemm sorġew cruise liners ġewwa boiler wharf mis-sena 2010 sal-lum? Jista' jagħti dettalji separatament għal kull sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' cruise liners li sorġew ġewwa Boiler Wharf għal kull sena jammontaw kif ġej: 2010 4 cruise liners 2011 3 cruise liners Jan - Sep 2012 8 cruise liners

Malta FreePort — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tal-Malta FreePort Coorporation li qed jagħtu servizz fil-bini tat-Transport Malta għadhomx impjegati tal-istess Malta FreePort? Jista' jgħid jekk Transport Malta mhux qed tħallas għas-servizz ta' dawn l-impjegati lil Malta FreePort? Jista' jgħid għaliex dawn kienu ġew mogħtija bonus imbagħad l-impjegati tat-Transport Malta ma ngħatalhom xejn meta dawn jipprovdu servizz ekwivalenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-Malta Freeport Coorporation li qed jagħtu servizz fil-bini ta’ Transport Malta għadhom impjegati tal-istess Malta Freeport. Transport Malta qed tirrifondi l-pagi ta’ dawn l-impjegati. Ninsab infurmat ukoll li ma ngħata ebda extra bonus lil dawn l-impjegati.

uniformi minħabba konferenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mhux minnu li fl-2011 ġew mixtrija jew magħmula tliet ilbiesi għal tliet uffiċċjali tat-Transport Malta sabiex jattendu l-4th Annual Super Yacht Forum Conference ġewwa Monaco? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm swew lill-awtorità dawn l-ilbiesi u x'kien il-bżonn li jsir dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li fl-2011, Transport Malta xtrat żewġ qomos bil-logo ta' Transport Malta u bil-bandiera marittima Maltija flimkien ma qalziet għal kull wieħed minn ħames uffiċjali tagħha li kienu ser jieħdu ħsieb l-istand tagħha fil-Marocco Yacht Show. Dawn swew b’kollox €865.93 u saru sabiex jingħata izjed exposure qawwi u branding iktar ċar lill-bandiera Maltija. Din hi xi ħaġa li ssir minn prattikament kull esibitur f’tali fieri. L-istess lbies intuża wkoll fl-edizzjoni ta din is-sena tal-istess fiera.

Bus Stops — arloġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabilità li jara li l-arloġġi fuq bus stops jaħdmu tajjeb?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din hija r-responsabilità ta’ Transport Malta li qiegħda fi proċess li tingaġġa kuntrattur sabiex jieħu ħsieb jara li dawn l-arloġġi jaħdmu tajjeb.

Żebbuġ — Vjal il-Ħelsin - soluzzjoni għall-ħruġ ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li tinstab soluzzjoni għall-ħruġ ta' vetturi minn Vjal il-Ħelsien f'Ħaż-Żebbuġ għal fejn ir-roundabout f'Triq l-Imdina li hi triq arterjali peress li waqt ir-rush hour hu diffiċli ħafna li l-vetturi joħorġu minħabba l-ammont tat-traffiku fit-triq arterjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt it-talba tiegħu lil Transport Malta biex tara x'jista' jsir.

parkeġġ risevat

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna amja minn Ħaż-Żebbuġ , li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament isirulha sinjali tal-parkeġġ risevat? Jekk fl-affermattiva meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.

Għawdex — Qala - Triq il-Kunċiżżjoni - problema ta' dħaħen

Question

Peress li r-residenti ta' Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala qed jilmentaw minħabba l-kwantità ta' dħaħen ġejjin mill-vetturi u trakkijiet li jgħaddu minn din it-triq, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet u/jew x'miżuri qed jieħu l-gvern biex jindirizza dan l-inkonvenjent li qed jikkaguna ħafna mard u problemi respiratorji?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq indikata hija aċċessibbli għall-vetturi u trakkijiet f’direzzjoni waħda biss, u dan minħabba li hija l-unika triq li tista’ tiġi wżata sabiex dawn il-vetturi jaslu fejn il-barriera li tinsab f’dawk l-inħawi. Fir-rigward ta’ miżuri li ħa l-Gvern biex itejjeb il-kwalità tal-vetturi fit-toroq tagħna, ninsab infurmat li Transport Malta, b’mod partikolari f’dawn l-aħħar snin, saħħet il-kwalità tal-kontroll tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stazzjonijiet tal-VRT u t-testijiet li dawn iwettqu fuq il-vetturi. Barra minn hekk, Transport Malta twettaq kontrolli regolari fit-toroq sabiex tiżgura li l-vetturi jkunu fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni u ma jkunux qegħdin jarmu dħaħen eċċessivi. Il-Gvern ukoll ħoloq inċentivi għas-sidien ta’ trakkijiet kbar sabiex dawn jibdlu l-vetturi tagħhom ma' oħrajn li għandhom livelli ta’ emissjonijiet Euro IV u Euro V, billi eżenta lill-vetturi ta’ dan it-tip mit-taxxa tar-reġistrazzjoni. Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta qed twettaq kontrolli aktar spissi fuq vetturi li għandhom aċċess għal din it-triq. Tajjeb infakkar lill-Onor. Interpellant, li mis-sena 2005 bdiet titħaddem Emission s Alert Campaign, fejn il-pubbliku jista' jagħmel rapport permezz ta' sms.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Farfett tal-Fejgel - speed ramp

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi speed ramp jew sleeping policeman fi Triq il-Farfett tal-Fejgel Ħaż-Żabbar għax ta' spiss qed ikun hemm sewqan esagerat li jista' jwassal għal xi inċident?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba għal speed ramp jew sleeping policeman fi Triq il-Farfett, Żabbar. Minħabba li Triq il-Farfett mhix triq arterjali jew distributorja, tali talba għandha tiġi sottomessa mill-kunsill lokali.

Transport Malta — upgrade fil-qasam maniġerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il upgrade ingħatat fil-qasam maniġerjali mis-sena 2010 sal-lum f'Transport Malta u x’wassal sabiex jingħataw dawn l-upgrades? Jista' jipprovdi l-lista ta’ dawn il-persuni flimkien mad-dipartiment u ż-żieda li ġew mogħtija fis-salarji tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — bini b'titolu ta' kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bini li Transport Malta żżomm b’titolu ta' kera? Jista' jindika liema huma dawn il-binjiet u min huma s-sidien tagħhom? Jista' jgħid kemm qed tkun in-nefqa f’kiri għal dawn il-binjiet fis-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Transport Malta — xogħol mogħti

Question

Jista' l-Ministru jindika speċifikament u jsemmi x-xogħlijiet kollha li ġew mogħtija minn Transport Malta bħala sub-contracting mill-2010 sal-lum u fiex kienu jikkonsistu? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi flimkien mal-ħlasijiet involuti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma tagħmilx kuntratti ma' sub-contractors.

Transport Malta — xogħlijiet tal-ispeed bumps

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk il-kuntratturi li ngħataw u esegwixxew xogħlijiet tal-ispeed bumps mingħand Transport Malta mill-2010 sal-lum? Jista' jsemmi l-postijiet ta' fejn ġew stallati l-ispeed bumps? Jista' jgħid jekk kienx hemm direct order fuq dawn ix-xogħlijiet u jekk fl-affermattiv, lil min ingħataw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma żżommx informazzjoni speċifika fuq speed bumps minħabba li din l-informazzjoni tinżamm ma statistika ta' xogħlijiet oħra.

implimentation senior manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hi dik il-persuna li qed tokkupa l-kariga ta' implimentation senior manager? Jista' jgħid jekk inħarġitx call for application għal dan it-titlu? Jista' jgħid kemm ilha fis-seħħ din il-kariga?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għall-liema enti qed jirreferi.