Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – Donazzjonijiet lil Fondazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-Ministeru u/jew l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella t'hawn taħt: MINISTERU/ENTITÀSENATIP TA' DONAZZJONIVALUR Jobsplus2019Sponsorship- Pink October€15,000 MFSA2015Donazzjoni finanzjarja€1,000 2019Donazzjoni finanzjarja€26,000 2020Donazzjoni finanzjarja€25,000

Sentenzi tal-Qorti kontra penali maħruġa mill-FIAU

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8719, u fid-dawl ta’ almenu żewġ sentenzi riċenti tal-Prim’Awla (Sede Kostituzzjonali) (ara sentenzi fil-każ tal-Phoenix Payments Limited mogħtija fit-30 ta’ Marzu 2023, u tal-Insignia Cards Limited mogħtija fl-24 ta’ Mejju 2023) kontra penalitajiet tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u l-possibbiltà jew mhux probabbiltà li s-sentenzi sussegwenti fil-kawżi msemmija fl-imsemmi tweġiba jkunu fl-istess vena, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed jiġu kkunsidrati emendi leġiżlattivi fil-konfront tal-liġijiet li jirregolaw il-poteri tal-FIAU biex jimponi penalitajiet sostanzjali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward taż-żewġ sentenzi li għalihom issir riferenza fil-mistoqsija, ninsab infurmat li diġà ddaħħal appell kemm mill-Avukat tal-Istat u kif ukoll mill-FIAU fuq il-każ ta’ Phoenix Payments Limited. Infurmat ukoll li t-terminu tal-appell fuq il-każ ta’ Insignia Cards Limited għadu ma skadiex u għalhekk ma nistax nikkumenta fuq dan. Però nirrimarka li kull deċiżjoni li tittieħed, tkun dejjem fl-aħjar interess tal-Pajjiż. Tajjeb li jiġi rrimarkat illi dawn id-deċiżjonijiet li ngħataw mill-ewwel Qorti huma ta' tħassib għal dak li għandu x’jaqsam il-mekkaniżmu ta’ infurzar fuq ksur tar-regolameni kontra l-ħasil tal-flus, speċjalment meta l-pajjiż għadu kemm għadda mill-process tal-greylisting tal-FATF proprju minħabba li kien hemm nuqqas ta' infurzar effettiv kontra ksur ta’ dan it-tip.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Impjegati fl-uffiċċju/i tal-kostitwenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati mill-Ministeru tiegħu li jmorru jiftħu u jaħdmu fl-uffiċċju/i tal-kostitwenza?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati tas-segretarjat privat huma ingaġġati u jaħdmu b’rispett sħiħ u konsistenti mal-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-2012. Dawn il-linji gwida għadhom fis-seħħ u fil-prezent dawn huma aċċessibbli fil-Manual on Resourcing Policies and Procedures li jikkumplimenta l-Public Service Management Code. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant illi m’għandi l-ebda uffiċċju ta’ kostitwenza.

Selmun Palace Hotel – xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol twettaq fuq is-Selmun Palace Hotel? Min wettqu? Dan ix-xogħol kien kopert b'permess tal-Awtorità tal-Ippjanar? Jekk iva, liema hu l-permess għal kull xogħol li twettaq?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi saru xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni fuq is-Selmun Palace Hotel. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant illi hu ppjanat li tinħareġ tender għal manutenzjoni estensiva tal-post u li sabiex dan ix-xogħol ikun jista’ jsir inħareġ il-permess PA/03420/22.

Financial Services Gozo Foundation

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-Financial Services Gozo Foundation? Għadha tiffunzjona? Jista’ jgħid ukoll min huma l-membri tal-Bord ta' din il-Fondazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kumpanija governattiva li għandha slots fl-ajruport ta' Heathrow

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpanija governattiva għandha l-islots ta’ London Heathrow ġewwa r-Renju Unit, u x'inhu l-prezz stmat ta' dawn l-islots?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-islots ta’ London Heathrow ġewwa r-Renju Unit qegħdin għand il-kumpanija Malta Med Air. Informazzjoni dwar il-valur ma tistax tingħata peress li hija kummerċjalment sensittiva.

Air Malta – rotot ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema rotot ġodda tal-Air Malta ġew introdotti fl-2018, u jekk kienx hemm xi riċerki tas-suq imwettqa li wasslu li jiġu introdotti dawn ir-rotot? Jekk iva, kemm swew dawn ir-riċerki, u fuq liema bażi ġew introdotti dawn ir-rotot?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Air Malta – xiri ta’ ajruplani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif l-Air Malta bdiet proċess biex tordna u tixtri ajruplani A321XLR, u kif kien iffinanzjat l-ordni ta’ dawn l-ajruplani? Għal liema rotot kienu se jintużaw dawn l-ajruplani? Min kien qed imexxi n-negozjati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ordni taż-żewġ “long haul planes” A321XLR kient saret mill-Malta Med Air f’Ottubru ta’ 2019 wara li ġiet awtorizzata mill-Ministeru tat-Turiżmu. Dawn l-ajruplani ġew ordnati biex jinkrew mill-Malta Med Air lill-Air Malta. Din l-ordni ġiet rinegozjata minn żewġ A321XLR għal tliet ajruplani tat-tip Airbus A320NEO fl-Lulju 2021. Ma kien hemm l-ebda penali jew telf sabiex l-ordni ġiet rinegozjata. In-negozjati tmexxew mill-Air Malta.

Rifużjoni fuq taxxa mħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma tikkwalifikax għaċ-cheque ta' rifużjoni fuq it-taxxa mħallsa peress li meta ċċekkjat mad-dipartiment ikkonċernat ġiet informata li ma tikkwalifikax għal din ir-rifużjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li informazzjoni mitluba fuq persuna speċifika ma tistax tiġi pprovduta minħabba d-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza uffiċjali. Il-persuna inkwistjoni tista' tikkuntattja lit-Taxpayer Services, sabiex l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi jkun jista' jassistih. Rigward il-kriterji biex persuna tikkwalifika għaċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa mħallsa, nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġibiet mogħtija fil-PQs numri 8694 u 8918.

Pensjonanti – tnaqqis ta’ taxxa mill-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8695 u jgħid kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li titnaqqsilhom it-taxxa mill-pensjoni tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 7,628 taxpayer li ddikjaraw li fl-2021 kellhom dħul biss minn pensjoni u li din il-pensjoni eċċediet l-ammont li fuqu hemm ir-rimborż tat-taxxa fuq il-pensjoni; filwaqt li kien hemm 13,211 taxpayer li ddikjaraw dħul min pensjoni fl-2021 u rċevew iċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa peress li kienu għadhom qed jaħdmu fl-2021.

Ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża kollha relatata maċ-ċekkijiet li ntbagħtu fl-aħħar ġimgħat relatati mar-rifużjoni tat-taxxa? Jista’ jagħti rendikont ta’ kull spiża involuta li tikkomprendi wkoll il-ħlasijiet li saru sabiex jiġu pproċessati u jitwasslu dawn iċ-ċekkijiet u wkoll l-ispiża relatata maċ-ċekkijiet u l-ittri li ntbagħtu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-valur sħiħ taċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa kien ta’ €26.2 miljun, li minnhom gawdew mal-250,000 persuna bbażat fuq it-taxxa li ħallsu fis-sena 2021. Dan bħala parti mill-proċedura li ddaħħlet snin ilu biex il-ħaddiema f’pajjiżna jiġu kkumpensati, b’dawk li jaqilgħu l-inqas jieħdu l-akbar kumpens, li jvarja bejn €60 u €140 kull persuna. Infurmat li l-ispiża totali fuq proċessar, stampar u posta kienet tammonta għal €222,966.43.

Ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ir-rifużjoni ta’ taxxa li ngħatat fl-aħħar ġimgħat mhijiex qed tingħata lil kull min ħallas it-taxxa fl-2021? Jekk iċ-ċekkijiet li ntbagħtu huma rifużjoni ta’ taxxa skont kif ġie mħabbar mill-Gvern stess, għaliex din ir-rifużjoni mhijiex tingħata lil kull minn ħallas it-taxxa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġibiet mogħtija f’PQs 8694 u 8918.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – kuntratti ma’ influencers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew kwalunkwe awtoritajiet/aġenziji li jaqgħu taħtu għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Ministeru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali? Jekk iva, jista’ għal kull kuntratt jgħid kemm intefqu flus fi promozzjonijiet sa mill-bidu tal-ftehim?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Individwi li ddikjaraw dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €100,000 fis-sena 2021? Jista' jagħti break down skont il-lokalitajiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandu l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, hemm 4,900 individwu li għandhom indirizz lokali u li għas-sena 2021 iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €100,000. Il-lokalitajiet ta’ dawn l-individwi huma skont it-tabella indikata hawn taħt: ATTARD 240 BAHAR IĊ-ĊAGĦAQ 10 BALZAN 102 BIRGU 10 BIRKIRKARA 190 BIRŻEBBUĠA 38 BORMLA 5 BURMARRAD 10 DINGLI 25 FGURA 29 FLORIANA 34 FONTANA 3 GĦAJNSIELEM 13 GĦARB 8 GĦARGĦUR 68 GĦASRI 2 GĦAXAQ 24 GUDJA 19 GŻIRA 79 ĦAMRUN 21 IKLIN 64 ISLA 2 KALKARA 19 KERĊEM 4 KIRKOP 14 LIJA 75 LUQA 45 MADLIENA 31 MARSA 14 MARSALFORN 5 MARSASKALA 118 MARSAXLOKK 30 MDINA 12 MELLIEĦA 150 MĠARR 38 MOSTA 229 MQABBA 36 MRIEĦEL 19 MSIDA 94 MTARFA 17 MUNXAR 4 NADUR 17 NAXXAR 330 PAOLA 16 PEMBROKE 38 PIETA' 29 QALA 11 QORMI 79 QRENDI 23 RABAT 157 RAĦAL ĠDID 5 SAFI 9 SAN ĠILJAN 294 SAN ĠWANN 185 SAN LAWRENZ 4 SAN PAWL IL-BAĦAR 128 SANNAT 4 SANTA LUĊIJA 10 SANTA VENERA 38 SIĠĠIEWI 84 SLIEMA 526 SWATAR 5 SWIEQI 354 TA' XBIEX 90 TARXIEN 35 VALLETTA 105 VICTORIA 5 VITTORIOSA 2 XAGĦRA 26 XEMXIJA 4 XEWKIJA 10 XGĦAJRA 12 ŻABBAR 59 ŻEBBUĠ 133 ŻEJTUN 59 ŻURRIEQ 64

Kumpaniji li ddikjaraw profitt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li ddikjaraw profitt ta' iktar minn €100,000, iktar minn €500,000 u iktar minn €1 miljun fis-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella, t’hawn taħt, turi n-numru ta’ kumpanniji li fid-dikjarazzjoni tat-taxxa għas-sena 2021 iddikjaraw profitt qabel it-taxxa ta’ iktar minn €100,000, iktar minn €500,000 u iktar minn €1 miljun: Iktar minn 100,000 1,139 Iktar minn 500,000 308 Iktar minn 1,000,000 546

MFSA – ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw ħaddiema mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: 2013 – 8 2014 – 14 2015 – 9 2016 – 33 2017 – 34 2018 – 56 2019 – 42 2020 – 37 2021 – 74 2022 – 72 2023 – 25

Ministeru għall-Finanzi u Xogħol – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rifużjoni tat-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed tinħadem ir-rifużjoni tat-taxxa li qed tingħata? Jista’ jgħid ukoll min hu eleġibbli u kif jiġi kkalkolat l-ammont?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Statistika dwar nisa li jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa jaħdmu full-time, reduced full-time u part time, maqsuma skont dawn l-etajiet: bejn is-16- il sena u l-20 sena; bejn il-21 sena u t-30 sena; bejn il-31 sena u l-40 sena; bejn il-41 sena u l-50 sena; bejn il-51 sena u s-60 sena; u ’il fuq minn 60 sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt. Skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ nisa li kienu qed jaħdmu full-time, reduced full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom maqsuma skont l-etajiet indikati, sal-aħħar ta’ Diċembru 2022 (l-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Diċembru 2022). Fit-tabella jidhru wkoll l-istess figuri sa l-aħħar ta’ Diċembru 2012. Numru ta Nisa jaħdmu sa Diċcembru 2012 Numru ta Nisa jaħdmu sa Diċcembru 2022 Etajiet Full-time Reduced Full-time Part- time Only Total Etajiet Full-time Reduced Full-time Part time Only Total Bejn 16 u 20 sena 1,914 130 2,502 4,546 Bejn 16 u 20 sena 1,841 87 2,468 4,396 Bejn 21 u 30 sena 18,279 447 3,803 22,529 Bejn 21 u 30 sena 26,043 478 3,104 29,625 Bejn 31 u 40 sena 14,216 840 3,561 18,617 Bejn 31 u 40 sena 31,552 1,339 3,373 36,264 Bejn 41 u 50 sena 9,092 568 3,667 13,327 Bejn 41 u 50 sena 21,762 1,313 3,718 26,793 Bejn 51 u 60 sena 6,717 305 2,879 9,901 Bejn 51 u 60 sena 13,026 730 3,149 16,905 Minn 61 sena il fuq 1,013 42 1,363 2,418 Minn 61 sena il fuq 4,180 201 2,826 7,207 Total 51,231 2,332 17,775 71,338 Total 98,404 4,148 18,638 121,190