Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – Il-Palazz ta’ Selmun – Tenders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kuntratti kienx involut fil-ħruġ ta’ tenders għar-restawr tal-Palazz ta’ Selmun u jekk iva, jgħid fiex waslet it-tender li ħarġet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol tad-Dipartiment tal-Kuntratti huwa dak li jissorvelja l-proċess mill-bidu sal-aġġudikazzjoni. Jidher li t-tender in kwistjoni kien ikkanċellat.

Il-Mellieħa – Selmun Palace Hotel – Sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq sigurtà tas-Selmun Palace Hotel? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallset il-kumpanija Air Malta, meta din ma baqgħetx responsabbli mil-lukanda msemmija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

MTCA - Ksur ta’ data

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32202 u 32286 u jgħid kif email mibgħuta mill-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana (MTCA) nhar it-12 ta’ Novembru wasslet biex tiġi żvelata lista li tinkludi aktar minn 7,600 kumpanija flimkien mal-indirizzi elettroniċi u n-numri tal-mowbajl tar-rappreżentanti tat-taxxa rispettivi tagħhom?  Jista’ jgħid ukoll: i.    x’kienet il-kawża ta’ dan il-ksur ta’ data; ii.    x’azzjonijiet immedjati ħadet l-MTCA biex tillimita dan il-leak u tinforma lill-persuni affettwati; iii.    x’miżuri se jiġu implimentati biex jiġi żgurat li dan it-tip ta’ ksur ma jerġax iseħħ fil-futur; iv.    peress li kien hemm estensjoni uffiċjali għas-sottomissjoni elettronika tat-tax returns sat-28 ta’ Novembru, fuq liema bażi saret il-komunikazzjoni li dawn it-tax returns ma kinux ġew sottomessi; u v.    jekk il-Ministru hux se jniedi reviżjoni jew audit indipendenti tal-proċeduri u l-protokolli tal-MTCA relatati mal-immaniġġjar tad-data u l-komunikazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

VAT - Stabbilimenti tal-ikel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31457 u 32000 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

VAT - Stabbilimenti tal-ikel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31456 u 31999 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Skema ta’ €100 fix-xahar għall-istudenti li jikru akkomodazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema fejn studenti jingħataw €100 fix-xahar meta jikru akkomodazzjoni bejn tliet studenti għadhiex fis-seħħ, u jekk hux ser tibqa’ fis-seħħ fl-2026?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Stabbilimenti li ma jużawx POS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn stabbilimenti li ma jaċċettawx ħlasijiet bis-sistema tal- ‘Point-of-Sale’ (POS) u allura jaċċettaw flus kontanti biss?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Irċevuti ta-VAT mhux maħruġa - Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet minħabba li ma nħarġitx irċevuta tal-VAT mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: SENA NUMRU TA' ĊITAZZJONIJIET 2020 823 2021 119 2022 110 2023 771 2024 1,684 2025 (sa l-21 ta' Novembru) 239

Bord ta’ Reviżjoni tal-Kuntratti Pubbliċi – Appelli pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31907 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid fil-preżent kemm hemm appelli pendenti biex jinstemgħu quddiem il-Bord ta’ Reviżjoni tal-Kuntratti Pubbliċi (PCRB) u kemm ilu pendenti biex jinstema’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid ukoll b’liema ordni dawn jinstemgħu quddiem il-PCRB?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 25 każ pendenti li jikwalifikaw għal medja ta’ 107 ġurnata, pendenti. Minn dawn il 25 każ, 19 huma skedati li jinstemgħu sa l-aħħar ta’ Jannar 2026. L-ordni li biha l-Board jisma l-appelli hija dejjem ibbażata fuq u skont l-esiġenzi u tenut kont ukoll differimenti rikjesti minn xi partijiet. Il-Board jieħu inkonsiderazzjoni wkoll tan-numru kbir ta’ appelli u l-komplessita ta’ ċertu appelli, li xi kultant ikunu jridu attenzjoni speċifika. Il-materja u l-priorita ta’ ċertu appelli bħal per eżempju, appelli li jeħtieġu speditezza minħabba fondi allokati b’terminu prefiss mill-Unjoni Ewropeja.

Air Malta - Statutory Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex f’pożizzjoni li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-iStatutory Financial Statements tal-Air Malta plc, mill-2019 ’il quddiem? Jekk le, jista’ jispjega għaliex u jgħid x’passi biħsiebu jieħu f’dan ir-rigward?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 32720.

KM Malta Airlines – Statutory Financial Statements

Question

B’referenza għat-tweġba tal-mistoqsija parlamentari 32480, jista’ l-Ministru jispjega għaliex mhux qed issir referenza għall-artikolu 182(3) tal-Kap. 386 tal-Liġijiet ta’ Malta ai termini ta’ liema “Meta l-ewwel żmien tal-kontijiet tal-kumpanija jkun żmien ta’ iktar minn tnax-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni tagħha, iż-żmien li xort’oħra jkun permess għat-tqegħid quddiem il-kumpanija u l-approvazzjoni f’laqgħa ġenerali ta’ kontijiet annwali jitnaqqas bin-numru ta’ jiem li bihom iż-żmien tal-kontijiet rilevanti jkun itwal minn tnax-il xahar.” ? Jista’ l-Ministru jikkonferma li in vista ta’ dan l-artikolu tal-liġi li japplika fiċ-ċirkostanzi tal-Każ tal-KM Malta Airlines Plc, l-iStatutory Financial Statements kellhom jiġu approvati sal-31 ta’ Awwissu 2025 u sottomessi lill-Malta Business Registry sat-12 ta’ Ottubru 2025, liema perjodu fil-fatt skada u mhux kif erroneament indikat fl-istess tweġiba?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’Seduta oħra.

Air Malta - Statutory Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-iStatutory Financial Statements tal-Air Malta plc, mill-2019 ’il quddiem?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatements finanzjarji qed jiġu awditjati sabiex kif jitlestew il-kumpanija tiġi likwidata s-sena d-dieħla.

Baġit – Nefqa fuq promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali li saret għall-promozzjoni tal-Baġit 2026, inklużi l-ispejjeż relatati mar-reklamar fuq il-midja tradizzjonali u diġitali, il-midja soċjali, materjal stampat u kwalunkwe kampanja ta’ komunikazzjoni oħra relatata ma’ dan il-Baġit?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Double Taxation Treaties – 2018

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2018 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2018 saru  5 double taxation agreements.   Dawn saru ma l-Azerbaijan, Vietnam, Andorra, Etiopija u Botswana.

Double Taxation Treaties – 2017

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2017 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2017 sar  double taxation agreement wieħed.   Dan sar ma l-Ukrajna.

Double Taxation Treaties – 2016

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2016 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2016 saru 3 double taxation agreements.   Dawn saru mal-Curacao, Azerbaijan u Vietnam.

Double Taxation Treaties – 2014

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2014 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2014 saru 3 double taxation agreements.   Dawn saru mal-Liechtenstein, Moldova u l-Mauritius.

Double Taxation Treaties – 2013

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2013 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2013 saru 14 double taxation agreements.   Dawn saru mal-Belġju, Norveġja, Indja, Lussemburgu, Afrika t’Isfel, Barbados, Singapore, Sawdi Arabja, Guernsey, Urugwaj, Russja, Turkija, Messiku u Iżrael.

Double Taxation Treaties – 2012

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2012 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2012 saru 4 double taxation agreements.   Dawn saru mal-Polonja, Bahrain, Hong Kong u Svizzera.