Aġenzija Sapport: Stennija għaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum u Djar Residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti prospettivi Maltin u Għawdxin li għadhom qed jistennew biex jingħataw is-Servizz ta' Matul il-Jum kif ukoll biex jidħlu f'xi Dar Residenzjali? Kemm ilhom jistennew dawn il-klijenti prospettivi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sad-data ta’ din it-tweġiba, l-Aġenzija Sapport kellha 159 każ fuq il-lista ta’ stennija għal servizzi ta’ matul il-jum, u 291 każ fuq il-lista ta’ stennija għal servizzi residenzjali. It-tabella t’hawn taħt turi l-istatus tal-każijiet illi qed jistennew servizzi residenzjali mill-Aġenzija Sapport.
Servizzi ta’ Matul il-Jum
Servizzi Residenzjali
159
291
Dawn huma maqsumin:
47 – urġenti
86 – interessati f’servizz residenzjali
158 – pjan għall-futur
Aġenzija Appoġġ: Stennija għaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum u Djar Residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti prospettivi anzjani Maltin u Għawdxin li għadhom qed jistennew biex jingħataw is-Servizz ta' Matul il-Jum kif ukoll biex jidħlu f'xi Dar Residenzjali? Kemm ilhom jistennew dawn il-klijenti prospettivi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, m’hemmx lista ta’ stennija sabiex anzjani jattendu wieħed miċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva. Kull anzjan illi japplika sabiex jattendi f’Ċentru ta’ Matul il-Jum, jiġi kkuntattjat u offrut is-servizz fil-lokalità l-aktar viċin tiegħu.
Rigward il-lista ta’ stennija għal dħul f’waħda mid-Djar Residenzjali tal-Anzjani, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, fil-preżent għandu lista ta’ stennija ta’ 2342 anzjan/a. Id-dħul f’waħda mid-Djar Residenzjali tal-Anzjani ma tiddependix f’kemm wieħed ikun ilu fuq il-lista ta’ stennija biss, iżda ukoll skont l-urġenza ta’ kura fit-tul meħtieġa tal-każ ikkonċernat.
Aġenzija Sapport: Programm personali ta' Sapport tal-klijenti għac-Ċentri ta' Matul il-Jum u Djar Residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-klijenti/residenti taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum u dawk tad-Djar Residenzjali għandhomx programm personali ta' sapport u jekk dan il-programm jingħatax kopja tiegħu kemm lill-klijenti kif ukoll lil min jieħu ħsiebhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija Sapport toffri servizz individwalizzat lill-persuni b’diżabilità, skont il-bżonnijiet u n-neċessitajiet tal-persuna u ċ-ċirkustanzi tal-każ ikkonċernat. Dawn il-programmi ppersonalizzati jiġu mħejjija bil-kontribut ta’ diversi professjonisti, bħall-Ħaddiema Soċjali, Occupational Therapists u numru ta’ professjonisti oħra. Dan isir ukoll wara assessjar tas-sitwazzjoni tal-individwu u wkoll b’konsultazzjoni u qbil mal-persuni b’diżabilità u/jew il-familjari / kuraturi tagħhom. Dan sabiex ikun aċċertat li jintlaħqu l-bżonnijiet tal-persuna b’diżabilità. Il-programmi li jkunu ġew identifikati għall- persuna b’diżabilita`, jiġu riveduti skont il-progress illi l-klijent ikun qiegħed jagħmel.
Kopja ta’ dan il-programm ippersonalizzat huwa aċċessibbli għall-benefiċjarji tal-Aġenzija, li jagħmlu użu mis-serivizzi pprovduti. Il-familjari tal-persuna b’diżabilita` jiġu kkonsultati b’dan il-programm ippersonalizzat. Dan ukoll huwa b’konformita` mal-istandards fil-provediment ta’ servizzi ta’ ħarsien soċjali maħruġa mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA), li l-Aġenzija Sapport hija kommessa li żżomm magħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jagħti rifużjonijiet r-refund lill-persuni li jkunu intitolati għasll-servizz tal-carer? Meta s-servizz tal-carer ma tgħatiex jingħatax, is-servizz tagħha, l-persuni li tkun obbligata jkollha d-dritt li tirċievi s-servizz tkun ukoll intitolata għal refund? Jista’ jgħid jekk din an ir-refund rifużjoni hijiex huwx jingħata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita`, jgħin lil dawk l-anzjani li japplikaw għas-servizz illi qed issir referenza għalih. Din l-għajnuna tingħata permezz ta’ għajnuna finanzjarja, lil dawk l-anzjani li jkunu ġew approvati sabiex jimpjegaw Carer kwalifikat, sabiex ikunu assisti ġewwa darhom.
Kull benefiċjarju (anzjan/a) jitħallas xahar b’lura, wara li jkun hemm prova tal-pagament illi jkun sar bejn il-benefiċjarju u l-
Carer
. Jekk il-
Carer
ma jipprovdix is-servizz f’xi ġurnata jew ġranet partikolari, l-anzjan/a ma jħallasx ta’ dawn il-ġranet lil
Carer
. Bl-istess mod, l-anzjan/a ma jingħatax l-għajnuna finanzjarja għall-ġranet illi l-
Carer
ma jkunx ipprovda s-servizzi lill-anzjan/a.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Finanzi, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità, jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 3 persuni, li kienu jipprovdu servizz ta’ konsulenza u li l-kuntratt tagħhom kien imwaqqaf. Sa fejn huwa infurmat il-Ministeru, ħadd minn dawn l-individwi ma huwa impjegat fis-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jiddefenixxi b’mod ċar id-drittijiet u l-obbligi tat-tfal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-definizzjoni tad-drittijiet u l-obbligi tat-tfal, huma stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda, tad-Drittijiet tat-Tfal tas-sena 1989. Malta kienet iffirmat u rratifikat din il-Konvenzjoni f’1990, li permezz tagħha f’Malta twaqqaf l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, sabiex jippromwovi d-drittijiet tat-tfal.
Din il-Konvenzjoni tiġbor fiha ftehim universali ta’ standards u obbligi mifruxa f’54 artiklu. Dawn id-drittijiet huma fuq kollox drittijiet umani, iżda jiffokaw aktar fuq it-tfal u jinkludu d-dritt ta’ mistrieħ, d-dritt għar-rikreazzjoni u logħob, d-dritt għall-edukazzjoni, d-dritt għal kura u kustodja jekk il-ġenituri tagħhom għal raġunijiet varji ma jistgħux jieħdu ħsieb uliedhom u d-dritt għall-ħajja sana u kura. Marbut ma’ kull dritt, hemm ukoll l-obligazzjonijiet tat-tfal. Hawnhekk l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal, jaħdem sabiex jippromwovi kemm huwa importanti li nrawwmu lit-tfal f’ambjent fejn ikun hemm bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi, u ngħallmuhom minn eta` tenera juru rispett lejn il-familja, l-edukaturi tagħhom u sħabhom, fost l-oħrajn, kif ukoll illi jattendu l-iskola u li jagħtu daqqa t’id lill-familja fil-bżonnijiet ta’ kuljum. L-ebda tifel jew tifla m’għandu jew m’għandha tiġi mċaħħda minn xi dritt. Fl-istess ħin, kull tifel u tifla huma mistennija li jkunu jafu x’inhuma l-obbligi u d-dmirijiet tagħhom fis-soċjeta`.
Jista' l-Ministru jara li social worker iżżur lill-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament marbuta ma' issues soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija, qed tieħu dak kollu dovut lilha, mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali. Madanakollu, id-Dipartiment talab illi ssir żjara mis-social worker, sabiex isir case assessment tal-każ u jiġi stabbilit kif tista’ tiġi mgħejjuna l-persuna kkonċernata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6509 u jgħid x’kienet iż-żieda fil-pensjoni wara l-budget tas-sena 2015, 2016, 2017 u 2018?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żiedet li ngħataw lill-pensjonanti kif ukoll titjib ieħor ewlieni fil-pensjonijiet fil-baġits għas-snin imsemmija, huma kif ġej ;
Fl-2015
Il-pensjonijiet żdiedu b’€0.58 fil-ġimgħa għall-għoli tal-ħajja. Barra minn hekk ingħataw €35 addizzjonali ta’ darba.
Fl-istess sena tneħħew l-anomaliji li kienu nħolqu fil-pensjoni tas-Sigurta` Soċjali ta’ eluf ta’ ħaddiema tat-Tarzna, billi l-pensjoni tagħhom tpoġġiet fuq l-istess binarji fl-istruttura tas-salarji tal-ħaddiema tal-Gvern, għaliex l-ażjenda li kienu jaħdmu magħha kienet spiċċat jew il-post tax-xogħol illi kienu jokkupaw ma baqax jeżisti.
Il-pensjoni wara 25 sena servizz giet estiża għall-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Ħaddiema b’kontribuzzjonijiet tas-sigurta` soċjali nieqsa ngħataw l-opportunita` li jkunu jistgħu jħallsu sa 5 snin kontribuzzjonijiet neqsin, li mhux neċessarjament ikunu l-aħħar 5 snin ta’ qabel issir it-talba, biex itejbu l-pensjoni tagħhom.
Għal persuni oħra b’eta` bejn it-62 u 74 sena, speċjalment nisa rtirati, li fl-imgħoddi għamlu ħafna snin barra mill-impjieg u li m’għandhomx pensjoni, bdew jirċievu bonus ta’ 200 ewro jekk ikunu ħallsu aktar minn ħames snin f’kontribuzzjonijiet u 100 ewro jekk ħallsu anqas bolol.
Fl-2016
Il-pensjonijiet żdiedu b’€1.75 fil-ġimgħa għall-għoli tal-ħajja.
Barra minn hekk, l-pensjoni minima nazzjonali żdiedet għal €140 fil-ġimgħa, li kienet tfisser żieda medja ta’ aktar minn €8 fil-ġimgħa. Għal dawk li kellhom kontribuzzjonijiet imnaqqsa ħadu ż-żieda pro-rata.
Ingħatat żieda wkoll ta’ €4.15 fil-ġimgħa, inkluż il-ħlas għall-ogħli tal-ħajja, lill-persuni fuq il-pensjoni minima tal-miżżewġin.
Romol illi kienu jaħdmu u kellhom dritt għall-pensjoni tal-irtrar, li iżda tilfuha meta romlu għax bdew jieħdu l-pensjoni tar-romol, bdew jirċievu l-pensjoni sħiħa tal-konjugi tagħhom u mhux aktar 5/6 kif kien qed jiġri sa dik is-sena.
F’din is-sena ġew irduppjati l-krediti tal-bolla tas-sigurta` soċjali għall-ġenituri li kellhom jieqfu għal xi snin mix-xogħol biex irabbu l-uliedhom u għall-ewwel darba iddaħħlu l-krediti għal dawk il-persuni li jibqgħu barra mid-dinja tax-xogħol biex ikomplu l-istudji u t-taħrig tagħhom.
Biex ħaddiema jiġu nċentivati volontarjament jibqgħu fid-dinja tax-xogħol meta jaslu fl-eta’ tal-irtirar, tniedet skema li permezz tagħha jekk ma japplikawx għall-pensjoni meta jkollhom dritt għaliha, għal kull sena jingħataw żieda perċentwali fil-pensjoni.
Fl-2017
Il-pensjonijiet żdiedu b’€1.75 fil-ġimgħa għall-ogħli tal-ħajja.
Barra minn hekk, pensjonanti u anzjani miżżewġin b’pensjoni minima ħadu żieda oħra ta’ €4 fil-ġimgħa. Mill-istess żieda gawdew ukoll pensjonanti miżżewġin li jirċievu l-Pensjoni tal-Eta`.
Bdiet isseħħ riforma fuq medda ta’ sentejn sabiex pensjonanti ta’ ‘l fuq minn 61 sena ma jibqgħux iħallsu income tax fuq il-pensjoni tagħhom.
Saret ukoll riforma fl-Allowance Supplimentari li gawdew eluf ta’ pensjonati bi dħul anqas minn €13,000 fis-sena.
Fid-dawl tat-tneħħija ta’ kull forma ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ ġeneru ġew riveduti l-pensjonijiet tan-nisa. F’dan il-każ iż-żiedet fil-pensjoni kienu jlaħħqu sa madwar €20 fil-ġimgħa.
Beda eżerċizzju biex jiġu riveduti pensjonijiet tal-irtirar u tar-romol biex jidħlu f’sintonija ma’ titjib li jkun iseħħ fil-paġi permezz ta’ reviżjoni ta’ ftehim kollettiv għall-impjegati fir-servizz pubbliku, fis-settur pubbliku u fis-settur privat. Dan beda jsir skont kif titlob il-ligi tas-Sigurta` Soċjali, iżda li kien ilu wieqaf għal bosta snin minħabba nuqqas ta’ riżorsi u finanzjament. Bis-saħħa ta’ dan l-eserċizzju li għadu għaddej, eluf ta’ persuni kellhom titjib konsiderevoli fil-pensjoni tagħhom u tħallsu miljuni ta’ ewro f’arretrati.
Il-bonus illi jingħata kull sena lill-persuni, l-aktar nisa miżzewġa li ma kellhomx kontribuzzjonijiet tas-sigurta` soċjali biżżejjed biex jikkwalifikaw għal pensjoni, żdied b’50 ewro.
Fl-2018
Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja fil-pensjonijiet għal din is-sena kien ta’ €1.75 fil-ġimgħa.
Flimkien ma’ din iż-żieda l-pensjonanti kollha, kemm dawk li jieħdu l-pensjoni kontributorja u dik mhux kontributorja, bdew jitħallsu €2 oħra fil-ġimgħa.
Bdiet issir stima mill-ġdid tal-pensjoni f’każijiet fejn pensjonanti jibqgħu jaħdmu wara li jilħqu l-eta` tal-irtirar u jibqgħu jħallsu l-bolla sakemm jgħalqu l-65 sena. Din l-istima tieħu inkonsiderazzjoni l-bolol li jkunu tħallsu wara l-eta` tal-pensjoni.
Kompliet ir-riforma mibdija fl-2017 favur ħelsien fuq it-taxxa fuq il-pensonijiet. Barra minn hekk il-massimu ta’ dħul minn pensjonijiet li mhux intaxxat għola għal €13,200.
F’kull sena minn dawk imsemmija hawn fuq, kien hemm miżuri ukoll favur il-pensjonanti tas-servizz. Barra minn hekk iż-żidiet u l-miżuri għall-pensjonanti issoktaw u komplew jissaħħu fl-2019 u l-2020 ukoll.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9117 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ ħaddiema għal kull pajjiż rispettiv li għal dawn l-aħħar ħames snin ħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom tas-servizzi soċjali (social services)? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-kategoriji rispettivi tal-ħlasijiet li saru minn dawn il-ħaddiema f’dawn l-aħħar ħames snin maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
San Ġwann – Triq il-Mensija – xogħlijiet — bankini
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bankini fi Triq il-Mensija, San Ġwann li fuqhom kien qed isir ix-xogħol riċentement, sarux skont il-linji gwida Access For All?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Għawdex — Għajnsielem – Learning Hub għal persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Learning Hub għall-persuni b'diżabilità f'Għajnsielem, Għawdex jaqax taħt il-Ministeru tiegħu jew taħt il-Ministeru għal Għawdex? Jekk jaqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex, meta kienet id-data li fiha għadda minn taħt il-Ministeru tiegħu għall-Ministeru għal Għawdex? Jekk għadu taħt il-Ministeru tiegħu, jista' jgħid taħt liema dipartiment jew aġenzija jaqa'?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport tkopri s-salarji tal-impjegati tagħha bbażati fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum ġewwa l-Għajnsielem Learning Hub.
Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali għandu ftehim mal-Arċidjoċesi ta’ Għawdex għall-kiri tal-post. Ir-renta għall-użu tal-post titħallas mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali, waqt li titlob parti minn dan il-pagament dovut mill-MITA u FITA għall-użu ta’ uffiċini għal ħidma tagħhom mill-binja.
Għawdex — Għajnsielem – Learning hub – servizzi għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif fil-Learning hub ta' Għajnsielem Għawdex hemm partijiet li jintużaw mill-MITA u l-FITA bil-konsegwenza li hemm servizzi għall-persuni b'diżabilità li qed ikollhom jingħataw fil-kuriduri? Jista' jgħid għaliex it-tqassim tal-ħrieqi qed isir minn post f'dan il-hub li ma fihx dawl u ilma?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Learning Hub f’Għajnsielem Għawdex huwa kumpless li jilqa’ fih diversi entitajiet inkluż l-Aġenzija Sapport, il-MITA u l-FITA fost l-oħrajn. Is-Servizz ta’ Matul l-Jum mogħti mill-Aġenzija Sapport fil-Learning Hub ma jingħatax mill-kurituri kif qed ikun indikat mill-Onor. Interpellant, imma minn diversi kmamar u areas fil-Hub. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ tqassim tal-ħrieqi ma jsirx mill-Aġenzija Sapport jew minn xi dipartment/entita’ li jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali.
Għawdex — Għajnsielem – Learning hub – xogħlijiet li għad iridu jsiru
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif il-Learning hub ta' Għajnsielem Għawdex infetaħ uffiċjalment fis-sena 2015 iżda sal-lum għadu mhux lest u fadal xogħlijiet xi jsiru? Jista' jgħid meta hu maħsub li jsiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-Learning Hub f’Għajnsielem Għawdex li x-xogħol li kien qiegħed isir mill-Aġenzija Sapport u l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali fuq il-binja minn fejn noperaw bħala Learning Hub, ġewwa Għajnsielen, ilu lest sa mill ftuħ uffiċċjlali fl-2015 kif indikat fil-mistoqsija parlamentari mill-Onor. Interpellant. Ma għaddej l-ebda xogħol ieħor mill-Aġenzija u l-Ministeru mill-parti tal-binja minn fejn topera u toffri s-servizzi tagħha l-Aġezija SAPPORT, taħt il-kappa tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali.
Għawdex — Għajnsielem – Learning hub – vann provdut mill-Aġenzija Sapport
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif il-vann li kien provdut mill-Aġenzija Sapport għal-Learning hub f'Għajnsielem Għawdex ilu minn Awwissu 2019 li ttieħed Malta u qatt ma nġab lura jew nġab vann ieħor floku? Jaf il-Ministru li dan qed iwassal biex hemm persuni b'diżabilità li qed jaslu anke sa siegħa tard kull filgħodu? X'se jsir biex dan il-vann jew ieħor li jissostitwih jerġa’ jibda jagħti s-servizz fil-Learning hub ta' Għajnsielem?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-vann li qed issir referenza għalih, liema vann huwa mgħammar apposta għall-aċċessibblita’ ta’ persuni b’diżabilità jinsab lura f’Għawdex. Fil-preżent qed isuru xi tiswijijet neċessarji fuq l-vann. Wara li jitlestew dawn it-tiswijiet meħtieġa li qed tipprovdi l-Aġenzija Sapport, il-vann ikun jista’ jerġa’ jintuża mill-ġdid. Is-servizz mgħoti mill-Aġenzija Sapport, huwa mistenni li jerġa’ lura għan-normal ladarba jkun lest dan ix-xogħol neċessarju.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Soliderjetà Soċjali – laqgħat ma’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, hu u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Lulju 2017 'il quddiem, sew jien bħala Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, kif ukoll l-Onor. Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità, ma kellna l-ebda laqgħa mal-individwu msemmi.
Ċentri ta' Matul il-Jum — każijiet ta' ilmenti mill-klijenti jew carers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ ilmenti li saru mill-klijenti (jew carers tagħhom) li qed jagħmlu użu miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum f’dawn l-aħħar sentejn? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti?’
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħala l-Awtorità responsabbli mill-Istandards Soċjali tad-Djar tal-Anzjani u iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal Persuni b’Diżabilita, l-Awtorità għal Standards fil-Ħarsien Soċjali rċeviet 3 ilmenti dwar is-servizz fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. Tnejn minn dawn il-każijiet kienu jittrattaw is-settur tad-diżabilità, bil-każijiet mressqa għall-attenzjoni tal-Awtorità ikunu dwar il-kwalifiċi tal-carers u l-aċċess għall-attivitajiet ta’ kuljum. Il-każ l-ieħor kien jirrigwardja is-settur tal-anzjani, fejn l-ilment li tressaq għall-attenzjoni tal-Awtorità kien dwar l-imġieba tal-carers mal-anzjani. .
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12384 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni, hekk kif mitluba minnu.
Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali — moniteraġġ
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il żjara ta’ moniteraġġ saru s-sena l-oħra mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u fejn saru dawn iż-żjarat? X’rakkomandazzjonijiet saru biex dawn iċ-Ċentri jitmexxew aktar b’mod professjonali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali ġiet imwaqqfa f’Mejju 2018, skont l-Att Numru XV tal-2018. Fl-2019, permezz tat-tim mill-Inspettorat, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali wettqet total ta’ 44 spezzjoni f’Ċentri ta’ Matul il-Jum fil-qasam tad-diżabilità u 97 spezzjoni f’Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-anzjani. Dawn l-ispezzjonijiet saru fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum kollha mmexxija mill-Aġenzija Sapport u mid-Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunità. Tajjeb illi wieħed jgħid, li wara kull spezzjoni ħarġu numru ta’ rakkommandazzjonijiet fl-oqsma li jirrigwardjaw is-saħħa u sigurta` u t-tisbieħ u l-manutenzjoni taċ-ċentri. Saru wkoll kummenti dwar l-aċċessibilità kif ukoll dwar il-kwalità tal-attivitajiet organizzati, l-programm personali ta’ sapport u t-taħriġ kontinwu tal-professjonisti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru kbir ta’ barranin li jibbażaw l-għixien tagħhom fuq l-SUA (Subsidiary Unemployment Allowance)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` persuni li tħallsu SUA, Subsidiary Unemployment Assistance, fl-aħħar ta` Diċembru 2019, kien jammonta għal 779-il benefiċarju/a.