Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birżebbuġa – impjant tal-fuel – pjanijiet għas-sit

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed jitħejjew pjanijiet għas-sit fejn hemm l-impjant tal-fuel 31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa? Fiex jikkonsistu dawn il-pjanijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat f’mistoqsija parlamentari 17961.

Birżebbuġa — Impjant tal-Fuel - għeluq

Question

Tista’ l-Ministru tagħti data definitiva meta se jingħalaq kompletament l-impjant tal-fuel f’Birżebbuġa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant ta’ Birżebbuġa se jkun “on cold standby” bl-għeluq definittiv tal-impjant mistenni jseħħ mhux aktar tard mill-aħħar ta’ din is-sena.

Infurzar mill-pulizija/gwardjani għal min jipparkkja fil-parking bays taċ-Charging points

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-pjan biex ikun hemm infurzar mill-pulizija u gwardjani fir-rigward ta’ min jipparkja b’mod abbużiv fuq dawn il-parking bays riservati għall-iċċarġjar tal-karozzi elettriċi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Gudja – sub-station tal-elettriku — sigurtà

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18315, invista tal-fatt li kien hemm inċidenti simili fis-substation Gudja Olive fil-passat reċenti, tista’ l-Ministru tikkonsidra li din is-substation tiġi rilokata?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda inċidenti oħra simili fis-substation Gudja Olive.

Naxxar – Triq il-Kbira – lampa

Question

Tista’ l-Ministru tara li lampa li ritratt tagħha qed jingħata separatament li hemm imdendla f’nofs tat-triq li tinsab fi Triq il-Kbira kantuniera ma’ Triq is-Salib fin-Naxxar tiġi mbattla mill-ammont ta’ ilma li nġabar fiha, peress li din tista’ tikkawża periklu kemm għar-residenti li jgħixu fiż-żona kif ukoll għal min jgħaddi minn dawn it-toroq? Nifhem li l-manutenzjoni meħtieġa trid issir jew mill-kuntrattur tal-Kunsill Lokali inkella mill-Enemalta.

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lampa msemmija fi Triq il-Kbira Naxxar, taqa’ taħt ir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali.

Enemalta – Rapport tal-awditjar dwar il-proċess tal-wind farm f’Montenegro

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-awditjar magħmul mill-Enemalta dwar il-proċess tal-wind farm f’Montenegro?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport intern li sar fuq inizjattiva tal-Enemalta ġie mgħoddi lill-Pulizija, li qed tara jekk hemmx lok ta' investigazzjoni. Għalhekk, ikun prematur li jiġi ppubblikat ladarba jista jippreġudika x-xogħol li qed tagħmel il-pulizija

Xiri ta’ Charging Points ta’ Karozzi elettriċi – terms of reference

Question

Tista’ l-Ministru tippubblika t-terms of reference kif ukoll kopja tal-kuntratt li nħareġ għax-xiri u installar taċ-charging points għall-karozzi elettriċi li qed jiġu installati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kopja tal-kuntratt qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Charging Points – ftehim mal-kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tippubblika l-ftehim li ġie ffirmat mal-kumpanija li ser tkun qed tamministra dawn iċ-charging points? Tista’ tgħid meta ħa tibda topera l-kumpanija li ħadet il-concession u x’prezzijiet ħa tkun qed toffri? Dawn il-prezzijiet ħa jiġu offruti bħala pay as you go jew fuq bażi ta’ abbonament? Ser ikun hemm rati differenti bejn fast charge u AC?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.

Installazzjoni ta’ Charging Points

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew installati charging points ġodda s’issa u fejn ġew installati? Meta ser ikunu installati ċ-charging points kollha u fejn huma l-postijiet fejn ser jiġu installati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ġew installati 11-il charging pillar ġdid. Ic-charging pillars mistennija jkomplu jiġu nstallati matul din is-sena. Preżentament għaddejin diskussjonijiet mal-entitajiet konċernati biex ikunu determinati postijiet strateġiċi fejn jiġu nstallati dawn ic-charging pillars madwar Malta u Għawdex.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tagħha li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Tista’ għal kull każ tgħid meta skada?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — lista ta' proġetti kapitali

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa' taħtha li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — konsulenti maħtura

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Tista’ tgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Operat ta’ kumpaniji u industriji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il kumpanija u industrija rrikolat l-operat tagħha lejn Malta mill-2013 sal-lum, sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise ma jkolliex din it-tip ta' informazzjoni. Malta Enterprise għandha informazzjoni biss dwar il-kumpaniji li jkunu rrikorew għandha għall-iskemi li toffri.

Malta Enterprise – ilmenti minħabba Covid Wage Supplement

Question

Tista’ l-Ministru tghid kemm-il ilment minn impjegati rċeviet il-Malta Enterprise fl-2020 u 2021 s’issa għax ma rċevewx il-Covid Wage Supplement mill-employer tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise rċeviet 243 ilment mingħand impjegati li qed jallegaw li ma rċevewx il-Covid Wage Supplement mill-employer tagħhom. Dawn l-ilmenti qed jiġu nvestigati.

Malta Enterprise — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati, uffiċjali, konsulenti eċċ fil-Malta Enterprise u kif inhuma mqassmin skont id-designation/sejħa tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Grade Employees Chairman 1 CEO 1 COs 16 Heads 51 Managers 47 Administrators 47 Cleaner / Watchman 18 Driver / Security / Messenger 10 Total Mpjegati 191* Konsulenti 16 * 4 minnhom huma detailed

Koperattivi ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il koperattiva ġdida ġiet imwaqqfa/reġistrata kull sena bejn l-2017 u llum? Liema huma?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Fis-sena 2017 ġew reġistrati 4 koperattivi - Malta Snail Farmers Coop Ltd. Comino Xperience Co-op Ltd. Enerġija Pożittiva Co-op Limited Koperattiva tat-Tadam għall-Ipproċessar Ltd. Fis-sena 2018 ġew reġistrati 2 koperattivi - Gozo-Comino Ferries Co-operative Limited Malta Bus Coop Ltd. Fis-sena 2019 ġiet reġistrata koperattiva waħda - SportsLink Coop Ltd. Fis-sena 2020 ġew reġistrati 2 koperattivi - Kixott Cooperative Ltd. Reach Co-op Ltd. Fis-sena 2021 - NIL

Kumpanija — nies li ddaħħlu jaħdmu l-Enemalta

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu nies jaħdmu l-Enemalta minn mindu twaqqfet l-Engineering Resources Limited sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda, u f'liema gradi ddaħħlu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Engineering Resources Limited timpjega 184 impjegat mal-Enemalta, fil-gradi kif indikat fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Kumpanija — nies seconded mill-Enemalta

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn mindu twaqqfet l-Engineering Resources Limited, kemm ġew seconded nies mill-Enemalta mal-ERL li mgħadhomx jaħdmu l-Enemalta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta ma ssekondatx nies minn tagħha għal mal-Engineering Resources Limited.

Gudja – sub-station tal-elettriku — sigurtà

Question

Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra x’passi ttieħdu sabiex ikun hemm iktar sigurtà fis-sub-station tal-elettriku li tinsab fil-Gudja u li reċentement kien hemm nar jaqbad fuq barra tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-investigazzjoni li għamlet Enemalta, irriżulta li xi persuna/persuni mhux magħrufa taw in-nar lil xi oġġett quddiem is-substation Gudja Olive. Madanakollu, din ma affettwatx l-operat tal-Enemalta u lanqas internament ma kien hemm xi ħsarat fuq l-apparat tas-substation.

Impjant tal-Ilma f’Ħondoq ir-Rummien

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta beda jaħdem l-impjant il-ġdid tal-ilma li hemm f'Ħondoq ir-Rummien fil-Qala Għawdex? Tista' tgħid kemm qed jipproduċi ilma kuljum dan l-impjant? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża fuq dan l-impjant u jekk kienx hemm xi parti minn din l-ispiża li kienet kofinanzjata mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant imsemmi wara li kien ilu iżjed minn 30 sena abbandunat, mistenni jitlesta u jibda’ jopera matul din is-sena.