Legislature:
Category:
Reset
Active:

Massage Parlours

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ massage parlours fil-lokalitajiet tal-Belt Valleta, Tas-Sliema, Paceville, San Ġiljan, San Ġwann, Birkirkara, ir-Rabat, il-Mosta, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u f’Għawdex, li kienu qed joperaw fl-2015, 2016, 2017 u sa Mejju 2018, maqsuma għal kull sena, f’kull lokalità rispettivament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Żona Industrijali tax-Xewkija – area tal-Ħofra – applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jispjega fiex tikkonsisti l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġewwa l-area tal-Ħofra fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija u jgħid x’inhi r-raġuni li għal dawn l-aħħar xhur u sal-ġurnata tal-lum qed isir xogħol infrastrutturali f’dan is-sit, minkejja li issa saret din l-applikazzjoni u l-permessi għadhom ma ħarġux?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet infrastrutturali li għaddejjin bħalissa fiż-żona industrijali tax-Xewkija magħrufa bħala il-Ħofra huma kollha koperti bil-permessi kollha neċessarji skond (DN 00509/17) li ġġib id-data tat-22 ta’ Ġunju, 2017. Peress li dan it-tip ta’ permess għandu terminu ta’ sena, kien neċessarju li tiġi sottomessa notifika oħra ta’ żvilupp (DN 00414/18) sabiex jiġi estiż il-permess oriġinali kif inhu mitlub mir-regolamenti u fl’istess waqt jiġu notifikati emendi zgħar fl’imsemmi permess.

Qasam Industrijali tax-Xewkija – Ħaddiema – xogħol ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija Għawdex? Jista' jgħid x’manutenzjoni saret fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija minn Ġunju 2017 sal-lum?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ manutenzjoni li sar fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija minn Ġunju 2017 sal-llum mill-kuntratturi imqabdin mil-Malta Industrial Parks jinkludi t-tiswija ta’ Street lighting, landscaping, kif ukoll tiswija ta’ toroq u bankini.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persuni b’diżabilità - ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Investiment Barrani f’Malta u f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3320 u 3912 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ investiment barrani f'Malta u f’Għawdex (separatament) matul is-snin 2016 u 2017 (separatament)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat peress li l-Malta Enterprise iżżomm informazzjoni fuq dawk li applikaw għal assistenza taħt l-skemi tagħha. L-informazzjoni mitluba għandha tinġabar mingħand l-NSO li l-istatistika miġbura minnhom tagħti stampa aktar ċara tal-Investiment barrani li qed isir f’Malta u f’Għawdex minn setturi varji li jinkludu u mhux biss is-settur finanzjarju u dak tal-igaming.

Art industrijali mgħoddija lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx trasferita art industrijali liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru jew lil xi kumpanija li fiha huwa għandu interess dirett jew indirett mill-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija u jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti tagħrif dwar it-trasferiment in kwistjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relevanti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-atti ta’ trasferiment huma minn natura tagħhom pubbliċi u għalhekk huma għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar

Question

Jista’ l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b’xahar separatament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ordinanza dwar il-Kummissjunarji – setgħa li jagħtu ġurament

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma hemm l-ebda persuni fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar li huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament, skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta).

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — għajnuna finanzjarja lill-knisja

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Bejjiegħa tal-Monti tar-Rabat Għawdex – għoti ta’ kumpens

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5206 u 5672 dwar il-kumpens lill-bejjiegħa tal-Monti tar-Rabat Għawdex, jista’ l-Ministru jgħidilna jekk ġiex deċiż l-ammont ta’ dan il-kumpens?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – social media advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — żjarat barra minn Malta

Question

B’referenza għaż-żjarat li l-Ministru għamel barra minn Malta skont l-iskeda li d-dettalji dwarha qed tingħata separatament, jista’ l-Ministru jgħid: a. x’kienet ir-raġuni taż-żjara li huwa għamel; b. ma’ min iltaqa’ waqt din iż-żjara; c. jekk il-Ministru kienx akkumpanjat minn uffiċjali tal-Gvern u/jew tal-Ministeru tiegħu u/jew entitajiet tal-Gvern għal din iż-żjara; u d. min ħallas għaż-żjara? Jista’ jippreżenta l-irċevuti tal-ispejjeż tal-lukanda li qagħad fiha f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi fuq impenji ministerjali, kif indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari 5248, tħallsu kollha mill-Ministeru, skont l-istess proċeduri li jintużaw f’dan ir-rigward. Nixtieq ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li dawn iż-żjarat servew għal laqgħat skedati bilaterali u/jew ma’ intraprendituri barranin li juru interess li jinvestu f’pajjiżna u allura biex jinġieb aktar investiment lejn xtutna. L-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li t-tkabbir bla preċedent fl-ekonomija nazzjonali u fl-għadd ta’ investimenti barranin ma jseħħux b’kumbinazzjoni jew b’xi simpatiji partikolari u din il-ħidma kienet tirrikjedi numru ta’ żjarat barra minn xtutna għal raġunijiet varji. Għax fuq kollox kien u jibqa’ d-dmir tiegħi, fost oħrajn, li nattira aktar investimenti lejn pajjiżna, bid-differenza tal-istess Onor. Interpellant li ż-żjarat tiegħu barra minn Malta jużahom partikolarment biex jagħmel ħsara lil pajjiżna. Fl-aħħar irrid inżid li għal għadd ta’ drabi, matul amministrazzjonijiet preċedenti tal-Partit Nazzjonalista, din il-Kamra mhux biss kienet imċaħħda minn tagħrif ta’ tali laqgħat simili, iżda lanqas kienu jingħataw l-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta’ Ministri u Prim Ministri.

Monaco — żjara

Question

B’referenza għaż-żjara li għamel f’Monaco fil-weekend tal-Grand Prix tal-2015, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-irċevuti tal-lukanda li qagħad fiha, tar-restaurants li mar fihom u tal-ispejjeż l-oħra kollha mħallsa mill-erarju pubbliku ammontanti għal kważi €11,000 għal tliet ijiem biss? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-laqgħat li attenda l-Ministru li huwa tenut li jippreżenta skont il-proċeduri regolari tal-Gvern?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 5961.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u Negozji Żgħar — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – promotional material — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – Data Protection Officers

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar huwa ta’ tmienja . Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.

Fibre Optic Cable – proċess tat-tendering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tendering u meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol infrastrutturali fuq it-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender qiegħed fil-proċess tal-evalwazzjoni biex tkun tista’ ssir rakkomandazzjoni lid-Dipartiment tal-Kuntratti ħalli ssir l-award. Ix-xogħol infrastrutturali huwa mistenni li jitlesta fi tieni kwart tas-sena 2019.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – radio advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.