Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel - Sistemi ta’ arja kundizzjonata fil-klassijiet u staff rooms

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31 dwar l-iskejjel li fihom jew ma fihomx sistemi tal-arja kkundizzjonata installati fil-klassijiet u fl-istaff rooms kollha tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-32 skola li għandhom sistema tal-arja kkundizzjonata f’kull klassi u staff room?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Special Access Arrangements – Studenti fil-livell tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti li bbenefikaw minn Special Access Arrangements fis-snin 2024-2026, fil-livell tas-SEC f'dawn is-suġġetti: i.    Ingliż; ii.   Malti; iii.  Matematika; iv.  Biology; v.   Physics; u vi.  Chemistry? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ġew minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba ingħatatli kif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li d-differenza bejn it-total ta’ Tabella numru 2 meta mqabbla mal-informazzjoni provduta f’Tabella 1, huma n-numru ta’ kandidati privati.

Il-Mellieħa – Librerija pubblika – Arranġamenti alternattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti alternattivi ser jingħataw lill-istudenti u lir-residenti tal-Mellieħa wara l-għeluq tal-librerija pubblika fil-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll meta dawn l-arranġamenti ser jidħlu fis-seħħ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill- Onor. Interpelant jirreferi id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

L-Imtarfa – Trade School – Traffic Management

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx jew hux qed jiġi kkummissjonat studju ta’ traffic management relatat mat-trade school fl-Imtarfa? Jekk iva, x’inhuma r-riżultati u meta se jiġu ppubblikati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 141.

L-Imtarfa – Skola Primarja – Binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju tekniku dwar l-istat tal-binja tal-Iskola Primarja tal-Imtarfa biex jiġi kkonfermat jekk hijiex ikkundannata? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex din il-proprjetà tal-komunità tal-Imtarfa tiġi restawrata?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 141.

L-Imtarfa – Skola Primarja – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq l-Iskola Primarja tal-Imtarfa twaqqaf? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet biex is-sit jinbidel f’lukanda u hostel u jekk iva, kif qed jiġi ġġustifikat meta dan l-iżvilupp mhuwiex aċċettabbli għar-residenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li dan is-sit kien għadda lura lill-Awtorità tal-Artijiet. Għaldaqstant għandha tagħmel din id-domanda lill-Ministru konċernat. Infurmat li l-Iskola Primarja tal-Imtarfa, kienet rilokata għar-Rabat fejn l-istudenti qed jieħdu esperjenza f’faċilitajiet aħjar.

Assistenza fuq Servizzi Diġitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-iskema tal-€500 għall-ġenituri ta’ studenti tal-Year 10 u l-Year 11 biex jintefqu fuq servizzi diġitali? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm minnhom li għamlu użu minn din l-iskema?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Gvern kien u għadu impenjat li l-istudenti jibqgħu jkunu mgħejjuna fil-vjaġġ edukattiv tagħhom. Għalhekk filwaqt li l-istudenti mis-seba’ sad-disa’ sena tas-sekondarja ngħataw laptop biex jagħmlu użu minnu, l-istudenti tal-għaxar u l-ħdax il-sena ingħataw għotja ta’ €500 skont kif imwiegħed fil-budget. Ninsab infurmat li sa issa kien hemm 8,477 student li rċieva l-assistenza msemmija, filwaqt li baqa’ ftit mijiet ta’ każi fejn din l-għotja għada qed tkun ipproċessata. L-għotja ngħatat bħala flus, u għalhekk l-istudenti li rċivewha setgħu jużawha mill-ewwel.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 282 first aiders iċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fl-2024 kien hemm 4 rapporti ta’ fastidju sesswali f’dawn l-entitajiet. Ġejt infurmat ukoll li f’kull każ ittieħdu l-proċeduri/passi relattivi.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fl-2024 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fl-2025 kien hemm 6 rapporti ta’ fastidju sesswali f’dawn l-entitajiet. Ġejt infurmat ukoll li f’kull każ ittieħdu l-proċeduri/passi relattivi.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fl-2025 kien hemm 3 rapporti ta’ fastidju sesswali. Ġejt infurmat ukoll li f’kull każ ittieħdu l-proċeduri/passi relattivi.

Studenti tal-Kindergarten u Pre-kindergarten – Lezzjonijiet tal-PE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-Kindergarten u l-Pre-Kindergarten hux qed ikollhom lezzjonijiet tal-PE (Physical Education)? Jekk iva, jista’ jgħid kemm ikollhom sessjonijiet fil-ġimgħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li risposta hija fl-affermattiv, jiġifieri li iva t-tfal ikollhom dawn it-tip ta’ sessjonijiet fiżiċi.

LSEs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li kienu statemented bħala one-to-one u li ma baqgħux one-to-one, kif ukoll kemm kien hemm studenti li kellhom LSE u ma baqgħux b'LSE magħhom, matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li r-raġunijiet li jwasslu biex is-sitwazzjoni tal-istudent tinbidel huma diversi. Mill-informazzjoni li ngħatatli jirriżulta li hemm każi fejn l-istudenti jiżviluppaw b’tali mod li isiru iktar kapaċi jilħqu l-ħiliet tagħhom b'mod indipendenti, filwaqt li bl-istess mod ikun hemm każi fejn l-interventi li jkunu saru mal-istudenti kienu effettivi allura ikunu laħqu l-għanijiet edukattivi tagħhom kif elenkati fl-IEPs. Infurmat li jkun hemm anke xi ċirkostanzi fejn l-istudenti innifishom jew il-ġenituri tagħhom jitolbu t-tnaqqis jew it-tneħħija tal-għajnuna tal-LSE, jew inkella rapporti ta' professjonisti, partikolarment ir-rapport edukattiv tal-psikologu, jindikaw li l-istudent żviluppa fil-ħiliet li għalihom kien ingħata l-għajnuna 1-1. Hemm anke każi fejn ⁠deċiżjonijiet tal-Bord huma mgħotija bi żmien stipulat, eż. għal-raġunijiet mediċi bħad-dijabete u allerġiji, u dan isir sabiex l-istudenti ikollhom l-għajnuna sakemm isiru awtonomi fl-immaniġjar tagħhom infushom indipendentament. Intant, ninsab infurmat li n-numri għal dak li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant huma kif jidhru hawn taħt. Sena 23/24 Sena 24/25 Sena 25/26 Ma baqgħux     FT 1-1 72 50 33 Ma baqgħux b’LSE magħhom 123 148 191