Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol dawk kollha li minn Ġunju 2017 sal-lum, ġew ingaġġati fil-Community Work Scheme f'Għawdex? Jista' jgħid jekk kienx hemm persuni li kien ilhom inqas minn xahar jirreġistraw għax-xogħol, li daħlu f'din l-iskema u jekk iva kemm kien in-numru? Jista' jgħid kemm ġew ingaġġati persuni minn Ġunju 2017 sal-lum f'din l-iskema f'Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus l-għadd ta’ ħaddiema li daħlu fil-Community Work Scheme f'Għawdex minn Ġunju 2017 sa Diċembru 2019 kien ta’ 284. Dwar kemm kien il-perjodu ta’ reġistrazzjoni ma’ Jobsplus ta’ dawn il-ħaddiema, l-informazzjoni hi kif ġej:
Perjodu ta’ reġistrazzjoni
Għadd ta' persuni
Inqas minn xahar
49
Bejn xahar u 6 xhur
28
Bejn 6 xhur u sena
51
Iżjed minn sena
156
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti minn ġenituri kontra l-għalliema f’dawn l-aħħar sentejn? Fuqiex kienu dawn l-ilmenti tal-ġenituri u x’passi ttieħdu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar sentejn il-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema rċieva tliet (3) ilmenti fuq għalliem.
Preżentement għaddejjin ħames inkjesti separati mill-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema sabiex ikun stabbilit jekk kienx hemm ksur tal-kodiċi ta' etika kif allegat.
Dawn l-aħħar sentejn ingħalqu tliet (3) inkjesti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jaħdmu b’mod irregolari matul dawn l-aħħar sentejn u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? X’azzjoni ttieħdet kontra dawn il-persuni u kontra dawk li kienu qed iħaddmuhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li kienu qed jaħdmu b’mod irregolari matul dawn l-aħħar sentejn kien ta’ 3,357 persuna fl-2018 u 2,477 persuna fl-2019.
L-azzjonijiet li Jobsplus tieħu meta ssib xi illegalitajiet waqt spezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol ikunu konformi ma’ l-Att Dwar is-Servizzi tal-Impjieg u Taħriġ, Kapitolu 594.
Azzjoni bil-Qorti kontra ħaddiema tittieħed biss meta dawn jinstabu li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol filwaqt li kienu qed jaħdmu.
Fil-każ ta’ min iħaddem, meta jinstabulhom ħaddiema li ma jkunux reġistrati ma’ Jobsplus permezz tal-formola tal-Bidu ta’ Impjieg, tintbgħatilhom ittra (Pre-Fine Letter) fejn telenka n-nuqqasijiet u tħeġġiġhom jirregolarizzaw il-pożizzjoni fi żmien ħmistax-il jum. Jekk wara verifika jinstab li s-sitwazzjoni baqgħet kif kienet, tinħareġ ittra oħra (Fine Letter) fejn min iħaddem jintalab iħallas multa amministrattiva u jirregolarizza l-pożizzjoni tal-ħaddiema fi żmien ħmistax-il jum. Jekk anke hawn is-sitwazzjoni tibqa’ l-istess, jibdew il-proċeduri biex min iħaddem jitressaq il-Qorti.
Klabb tan-Netball Ta’ Xbiex ASC – alternattiva għat-taħriġ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12771 u jagħti alternattiva għat-taħriġ lill-klabb Netball Ta’ Xbiex ASC minħabba li l-courts li jużaw għall-basketball u għan-netball li hemm fil-Marsa, se jitwaqqgħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm ikun qed jinbena l-kumpless tal-Marsa, il-courts ser ikunu disponibbli fil-kumpless ta` SportMalta f’Maria Assunta, il-Ħamrun.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat, jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Klabb tan-Netball Ta’ Xbiex ASC – alternattiva għat-taħriġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti alternattiva għat-taħriġ lill-klabb Netball Ta’ Xbiex ASC minħabba li l-courts li jużaw għall-basketball u għan-netball li hemm fil-Marsa, se jitwaqqgħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — xogħol ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kien ix-xogħol li kien jagħmel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ammetta li kien hu li għamel tibdil fil-profil fuq Wikipedia ta’ persuna li isimha qed jingħata separatament u li ġie deskritt bħala konsulent fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-individwu indikat mill-Onor. interpellanta kien membru tal-iStrategic and Priorities Unit fuq kuntratt ta’ person of trust fejn kien jagħmel xogħol ta’ konsulent fuq miżuri tal-baġit u l-manifest elettorali, fost oħrajn.
Ħatriet fuq bordijiet ġew itterminati wkoll.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx impjegat bħala person of trust? Jekk le, jista’ jgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika għax-xogħol li kien jagħmel?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. interpellanta għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 12579.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – Impjieg ta’ individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tkeċċiex jew irreżenjax mill-Ministeru għall-Edukazzjoni? Jista' jgħid x’kienet id-data tat-tmiem tal-impieg tiegħu fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. interpellanta li l-kuntratti tal-individwu twaqqfu nhar it-22 ta’ Jannar 2020.
Skejjel tal-Knisja u Indipendenti — tfal bid-dijabete
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12177, jista’ l-Ministru jgħid jekk inġabritx l-informazzjoni fuq in-numru tat-tfal li għandhom il-kundizzjoni tad-dijabete u li jattendu skola tal-Knisja jew Indipendenti? Jista jpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li filwaqt li tali dejta hija miġbura u miżmuma aġġornata għall-iskejjel tal-Istat, mis-setturi tal-Knisja u l-Indipendenti l-MEDE ma jingħatax din id-dejta.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 4479 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 300 tat-Tlieta, 18 ta' Frar 2020)
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12176, u għal dak li ġie diskuss nhar l-Erbgħa 13 ta’ Novembru 2019 meta ltaqa’ l-Kumitat Parlamentari fuq id-Dijabete, peress li ħareġ ċar li mhux minnu li tfal bid-dijabete qed jinqdew bis-servizz tal-infermiera fl-iskejjel tal-Istat, jista’ jgħid x’passi biħsiebu jieħu l-Gvern biex tfal bid-dijabete u kundizzjonijiet oħrajn verament ikollhom servizz u assistenza xierqa mill-infermiera (fl-iskejjel tal-Istat u dawk tal-Knisja u Indipendenti) kif inhu dritt tagħhom sabiex jgħixu ħajja normali waqt li jkunu l-iskola?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-ħidma tal-MEDE kompliet b’diskussjonijiet mal-konsulent tal-isptar Mater Dei li jara lit-tfal li għandhom id-dijabete biex flimkien ikomplu jibnu fuq it-taħriġ mogħti lill-First Aiders. Tkompliet ukoll il-ħidma biex fl-iskejjel ikun hemm żewġ First Aiders.
Sadanittant, infurmat li t-18-il student fl-iskejjel tal-Istat li għandhom din il-kundizzjoni u li l-ġenituri tagħhom applikaw għas-servizz tan-ners, qed jingħataw l-assistenza minn ners li ddur l-iskejjel fejn hemm dawn l-istudenti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tissewwa l-pixxina fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi li ilha bil-ħsara ġimagħtejn u hija ta’ inkonvenjent għal min qed jużaha?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-pixxina fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi qed tiffunzjona tajjeb u żżomm it-temperatura fil-limiti konformi mar-rekwiżiti tal-leġislazzjoni.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Kuntratti ffirmati
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha li jaqgħu jew li kienu jaqgħu taħtu u l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti mitluba mill-Onorevoli interpellant. Infurmat ukoll li r-risposti mill-entitajiet pubbliċi fi ħdan il-MEDE kienu ‘xejn’.
Il-Gudja – Librerija pubblika – xiri, donazzjonijiet u self ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw u kemm kien hemm donazzjonijiet ta’ kotba għal-librerija pubblika tal-Gudja matul is-sena 2019? Jista’ jindika wkoll kemm ġew mislufa kotba?
Il-Fgura – Librerija pubblika – xiri, donazzjonijiet u self ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw u kemm kien hemm donazzjonijiet ta’ kotba għal-librerija pubblika tal-Fgura matul is-sena 2019? Jista’ jindika wkoll kemm ġew mislufa kotba?
Santa Luċija – Librerija pubblika – xiri, donazzjonijiet u self ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw u kemm kien hemm donazzjonijiet ta’ kotba għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija matul is-sena 2019? Jista’ jindika wkoll kemm ġew mislufa kotba?
Ħal Tarxien – Librerija pubblika – xiri, donazzjonijiet u self ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw u kemm kien hemm donazzjonijiet ta’ kotba għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2019? Jista’ jindika wkoll kemm ġew mislufa kotba?
Raħal Ġdid – Librerija pubblika – xiri, donazzjonijiet u self ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw u kemm kien hemm donazzjonijiet ta’ kotba għal-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2019? Jista’ jindika wkoll kemm ġew mislufa kotba?
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – laqgħat ma’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, hu u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?
Response (BONNICI, OWEN)
Fir-rigward tiegħi r-risposta hi: qatt.
Is-Segretarju Parlamentari informani li fir-rigward tiegħu r-risposta hi: qatt.
Għall-kompletezza jien niddikjara li f'okkażjoni li seħħet snin ilu waqt li kont qed nistenna f'ajruport esteru biex naqbad ajruplan lejn Malta għandi amment (għax għadda ftit taż-żmien) li kienet ġiet persuna fuqi u introduċiet ruħha bħala l-persuna msemmija u ħaditli b'idejja.
Qatt iktar ma niftakar li ltqajt xi darb’oħra, imqar jekk aċċidentalment jew b'koinċidenza, mal-persuna indikata.