Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti għall-programm ISEP (International Exchange Programme) u kemm minn dawn lis-studenti ġew magħżula f’dawn l-aħħar 10 snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ programmi li ż-żgħażagħ jistgħu jibbenefikaw minnhom pereżempju dawk relatati mal-edukazzjoni, max-xogħol u l-kultura barra minn Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Intepellant sabiex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar f’dawn l-aħħar erba’ xhur fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija u kemm intefqu flus fuq din l-estensjoni f’dawn l-aħħar erba’ xhur?
Sena skolastika 2025-2026 – Studenti neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Learning Support Educators (LSEs) li jafu l-lingwa tas-sinjali? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm tfal li huma nieqsa mis-smigħ matul din is-sena skolastika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ikejjel tal-Istat hemm 36 student li huma nieqsa mis-smigħ. Fl-iskejjel fejn ikun hemm studenti neqsin mis-smigħ dejjem jintbagħtu LSEs biex jagħmlu l-kors tal-lingwa tas-sinjali biex ikunu jistgħu jagħtu sapport aħjar lil dawn l-istudenti. Għandna wkoll għalliema mħarrġa apposta biex imorru fl-iskejjel biex jissaportjaw u jagħtu strateġiji lill- LSEs.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Call ta’ ‘Post of Systems Administrator in the information Management’
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-Call ta’ ‘Post of Systems Administrator in the information Management’ fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni? Kemm kien hemm applikanti li kellhom il-kwalifiki mitluba u ssejħu għal interview? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm applikanti oħrajn li ma kellhomx il-kwalifiki mitluba u jekk ġewx innotifikati b’dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għadu għaddej.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Calls for application irtirati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il call for application inħarġet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ġiet irtirata qabel inbeda l-proċess tal-interviews, u għal kull call li ġiet irtirata jgħid x’kienet ir-raġuni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 2 sejħiet li ġew irtirati.
Jista’ l-Ministru jindika x’inhuma l-kwalifiki tat-Teacher of the Visually Impaired, u jekk għandhomx ċertifikazzjoni jew taħriġ speċjalizzat fl-edukazzjoni tal-persuni b’nuqqas ta’ vista jew għomja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa hemm sejħa miftuħa għall-għalliema, sabiex bil-kollaborazzjoni u sapport effettiv tas-Senior Leadership Teams, l-għalliema u l-LSEs ikunu jistgħu jużaw sistema fejn tħarreġ lill-edukaturi fl-iskejjel u jkunu jistgħu joffru sapport iktar dirett u effettiv lill-istudenti fil-kuntest skolastiku tagħhom.
Għaddeja wkoll kollaborazzjoni b’mod attiv mal-FITA u mal-Malta Trust Foundation sabiex jiġi żgurat li dawn l-istudenti jirċievu l-aħjar sapport possibbli, kemm f’termini ta’ riżorsi kif ukoll ta’ taħriġ. Il-Ministeru, permezz tad-Direttorat għal-Servizzi Edukattivi, qed jara kif jista’ jsaħħaħ dan is-sapport permezz ta’ taħriġ ulterjuri u opportunitajiet ta’ speċjalizzazzjoni, biex jiġi żgurat li dawn l-istudenti jibqgħu jirċievu l-għajnuna meħtieġa b’mod effettiv u inklussiv. Fir-rigward tan-numru li qed jistaqsi dwaru l-interpellant, ninfurmah illi dan in-numru jvarja minħabba diversi ċirkustanzi personali u professjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-MCAST matul din is-sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm studenti li mhumiex ċittadini Maltin u kemm minnhom huma mill-Unjoni Ewropea (UE), u kemm huma minn barra l-UE? Kemm minn dawn l-istudenti qed iħallsu għall-kors tagħhom fl-MCAST?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Maltese
Non-Maltese
EU
Non-EU
Full Time
6,416
1,055
390
12
Part Time
727
87
24
2
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu internament fl-MCAST sabiex jiġu indirizzati nuqqasijiet li wasslu għall-każ ta’ frodi li spiċċa fil-Qorti aktar kmieni din is-sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li għaddejin l-investigazzjonijiet neċessarji b’hekk ma tista tingħata l-ebda nformazzjoni sabiex ma jiġix preġudikat il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il call inħarġet għal staff f’pożizzjoni maniġerjali fl-MCAST fis-snin 2023, 2024 u 2025? Jista’ jelenka liema kienu u x’salarji kellha kull kariga li ngħatat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Special Learning Difficulties Service – Studenti li għamlu użu mis-servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti bil-kundizzjoni tad-dyslexia li użaw is-servizz Special Learning Difficulties Service (SpLD), mill-2020 sal-2025, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32060 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27998, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien is-sehem finanzjarju li ħallas il-Gvern lill-Kumitat Olimpiku Malti għal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023, peress li fit-tweġiba kont mitluba li nagħmel il-mistoqsija lill-Kumitat Olimpiku Malti? Jista’ jgħid ukoll jekk il-fondi li ngħataw kenux biżżejjed biex jiġu koperti l-ispejjeż kollha li kienu meħtieġa? Jekk le, liema fondi għad iridu jgħaddu għand dan il-Kumitat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Klabbs sportivi - Titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31994 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jipprovdi lista ta’ kemm-il klabb sportiv preżentement għandu titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports, matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31872 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li ma għandhomx multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31871 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell sekondarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell sekondarju li ma għandhomx multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skejjel tal-Gvern - Tfal li għandhom ‘Statement of Needs’
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31765 u jgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel tal-Gvern, kemm fil-livell primarju kif ukoll f’dak sekondarju, li għandhom ‘Statement of Needs’ għal full-time, shared fl-istess klassi jew shared li għadhom mingħajr LSE? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal għadhom id-dar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-proċess hu wiħed kontinwu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31764 u jgħid kemm hemm skejjel li għandhom nuqqas ta’ skrivani, u jindika minn liema sena ilu hemm dan in-nuqqas?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.