Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola tal-Mużika — Uffiċċju amministrattiv

Question

Tista' l-Ministru tara li jittieħdu passi biex mill-uffiċċju amministrattiv tal-Iskola tal-Mużika jkunu jistgħu jaqbdu lill-ġenituri bil-mobile meta jkunu jridu jinfurmawhom dwar assenza ta' għalliema biex ma jieħdux lil uliedhom għal-lezzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Meta għalliem jirraporta li mhux ġej skola, tittieħed l-inizjattiva li jiġu nfurmati dawk l-istudenti jew ġenituri kollha kkonċernati. Illum il-ġurnata hemm il-faċilità ta’ użu ta’ telefonati fuq mobile phone mill-uffiċċju tal-kap.

Skola tal-mużika — Għalliema u studenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid min imexxi l-Iskola tal-Mużika fil-Belt? Kemm hemm għalliema, f'liema qasam jgħallmu u kemm għandhom studenti? Jistgħu jittieħdu passi biex l-istaff ħabrieki ta' din l-iskola jibda jaħdem f'ambjent aħjar mill-iżdingar u l-ħmieġ li qed jitħalla fih?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

libreriji pubbliċi f'idejn il-kunsilli lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid b'rabta mad-devoluzzjoni ta' 50 librerija pubblika f'idejn il-kunsilli lokali, liema huma dawk il-kunsilli lokali li għamlu talba biex jieħdu t-tmexxija tal-librerija f'idejhom? X'qed iżomm lill-Ministeru konċernat milli jipproċedi d-devoluzzjoni ta' dawn il-libreriji lill-kunsilli lokali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-preżent id-Dipartiment tal-Libreriji għandu 50 ftehim dwar id-devoluzzjoni tal-Libreriji mal-Kunsilli Lokali f'49 lokalità madwar Malta u Għawdex. (Ma' Qormi ġew iffirmati 2 ftehim, wieħed dwar il-Librerija Reġjonali u l-ieħor dwar il-Librerija Fergħa) Saru negozjati mal-Kunsill Lokali tal-iMsida, wara li dawn għamlu talba formali għal dan l-iskop. Id-Dipartiment qed jistenna lill-Kunsill Lokali Msida jissuġġerixxi data għall-iffirmar tal-ftehim.

Santa Venera — Kulleġġ Santa Tereża - A Healthy Lifestyle Policy

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk teżistix a healthy lifestyle policy applikabbli għall-Kulleġġ Santa Tereża? Jekk fl-affermattiv, tista' tispjega kif wara li intemmet konferenza ta' l-aħbarijiet fl-iskola primarja ta' Santa Venera, li tagħmel parti mill-istess Kulleġġ, nhar it-Tnejn 26 ta' Ottubru dehru deħlin numru ta' turtieri ta' pastizzi biex jittieklu mill-aġent kap u l-għalliema ta' din l-iskola li suppost jagħtu eżempju lill-istudenti li jgħallmu u jindukraw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li f’nofs is-sena skolastika li għaddiet il-Kunsill tal-Kapijiet tal-iskejjel tal-Kulleġġ Santa Tereża identifikaw ‘L-Istil ta’ Ħajja Sana’ bħala waħda mill-prioritajiet għall-Kulleġġ. Fost l-impenn favur din il-priorità ser jinkludi wkoll it-tifsil ta’ Politika dwar ‘L-Istil ta’ Ħajja Sana’ u din il-politika, bħal kull politika oħra mfassla mill-Kulleġġ, titfassal bis-sehem tal-membri kollha involuti u l-proċess jinfirex fuq perjodu ta’ żmien li għandu jwassal għall-abbozz tal-politika. Wara, kif għamel diġà l-Kulleġġ fuq policies oħra, jkun hemm perjodu ieħor fejn il-politika tkun introdotta fl-iskejjel biex tkun evalwata qabel tkun finalizzata l-verżjoni finali. Fil-każ imsemmi inxtara pastizz wieħed għal kull Għalliem, Assistant Kap u għall-Aġent Kap (meta fil-passat kienu jinxtraw aktar). Barra minn hekk ukoll, din id-darba l-pastizzi ordnati ma kenux bl-għaġina sfiljorata. Dawn il-pastizzi ma ġewx servuti fil-preżenza tat-tfal. L-amministrazzjoni l-ġdida tal-Iskola qed taħdem bis-sħiħ fvur din il-politika billi qed tnaqqas fil-kwantità u qed tmur għal kwalità aħjar. Dan huwa parti minn pjan gradat u bbilanċjat għaliex l-amministrazzjoni l-ġdida ma tistax tinjora tradizzjonijiet preċedenti, għalkemm fl-istess waqt sa mill-ewwel jiem ħadet sensiela ta’ inizzjattivi.

Program ta' skambju tal-istudenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2004 sal-lum kemm kellna: a) studenti b) staff akkademiku li ħadu sehem fil-programm ta' skambju Erasmus? Tista' tgħid f'liema oqsma ta' studju pparteċipaw u f'liema istituzzjonijiet edukattivi marru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Programm ta' skambju Grundtvig

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kellna studenti Maltin li s'issa ħadu sehem fil-programm ta' skambju Grundtvig, f'liema istituzjonijiet marru u f'liema qasam?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ebda student ma ħa sehem fil-programm Grundtvig minħabba l-fatt li dan il-programm huwa mmirat għal persuni li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti. Biex tibbenifika mill-programm trid tkun persuna ‘l fuq minn 25 sena jew inkella persuna minn 16-il sena ‘l fuq li ma għadiex tibbenifika mis-sistema edukattiva

Skejjel primarji u sekondarji — Pjan strateġiku

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjan strateġiku tal-implimentazzjoni tar-riformi tal-primarji u sekondarji għal ħames snin li ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-pjan qed jiġi ffinalizzat mal-istakeholders konċernati. Dan sejjer ikun ippreżentat lill-pubbliku fi żmien qasir.

rapport MATSEC — Strenghting a National Examination System - rakkmandazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont dettaljat ta' dak li twettaq mis-sena 2005 sal-lum mir-rakkmandazzjonijiet tar-rapport MATSEC - Strenghting a National Examination System ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport MATSEC – Strengthening a National Examination System b’kummenti dwar kull rakkmandazzjoni.

Programm Erasmus — Studenti u staff mill-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2004 sal-lum kemm kellna: a) Studenti b) Staff akkademiku minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea li għażlu l-Università ta' Malta għall-programm ta' Erasmus? Minn liema pajjiżi u mill-liema qasam ta' studji kienu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Faċilitajiet biex ommijiet ħaddiema jreddgħu t-trabi

Question

Tista' l-Ministru tgħid fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tagħha, x'faċilitajiet hemm għall-ommijiet ħaddiema biex ikunu jistgħu jreddgħu t-trabi tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata li fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi jeżistu faċilitiajiet ta' dan it-tip fil-Kunsill Malti għall-iSport u fis-Segretarjat tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport. Għalkemm ma hemmx faċilitajiet f'postijiet oħra ta' xogħol, dan ma jfissirx li f'każ li ssir talba f'dan is-sens ma jsirux arranġamenti mill-ewwel biex din it-talba tintlaqa`.

Żejtun — Skola Primarja B - Kap ta' skola

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li ħabta u sabta spiċċa l-Kap tal-Iskola Primarja B taż-Żejtun? Tista’ tgħid meta se jintbagħat Kap tal-Iskola ieħor jew oħra minħabba li l-istess Kap spiċċa fil-bidu ta’ sena skolastika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kap tal-Iskola Primarja taż-Żejtun ha promozzjoni fil-grad ta’ Assistent Direttur fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. L-aħħar ġuranta tiegħu fl-iskola taż-Żejtun kienet fit-13 ta’ Ottubru, 2009. Fit-12 u fid-19 ta’ Ottubru rispettivament intbagħtu żwg Assistenti Kapijiet biex jgħinu lill-Assistent Kap Anzjan li kien hemm fl-iskola u li qiegħed jassumi l-kariga ta’ Acting Head. Sadanittant kien diġa wkoll inbeda l-proċess biex timtela’ l-vakanza ta’ Kap ta’ Skola.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Ċifri ta' flus f'konsulenza

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu f'ċifra ta' flus f'konsulenza mill-uffiċċju tagħha u dekasteri oħra li jaqgħu taħtha matul din is-sena s'issa? Tista' tipprovdi breakdown lil min tħallsu u kemm hija ċ-ċifra ta' flus dovuta sa l-aħħar tas-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Uffiċċju tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn min hu magħmul l-Uffiċċju tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Liċenzji tal-PBS

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-wegħda tal-Partit Nazzjonalista li ma titħallasx iktar il-liċenzja tal-PBS miċ-ċittadini? X'inhu l-parir legali li rċieva l-Gvern dwar il-validità ta' tali ħlas ta' liċenzja tal-PBS vis-a-vis ir-regoli komunitarji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kulleġġi — sala prinċipali tal-iskejjel rispettivi

Question

Tista' l-Ministru tiddikjara jekk il-Kulleġġi għandhomx poter li jitolbu ħlas lill-NGOs talli dawn jużaw is-sala prinċipali ta' l-iskejjel rispettivi wara l-ħin ta' l-iskola? Tista' tgħid kemm qed jitolbu ħlas tas-swali tal-iskejjel kull Kulleġġ skont l-iskola rispettiva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università ta' Malta — Mature Students

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' mature students li daħlu għal xi kors fl-Università ta' Malta din is-sena? F'liema korsijiet daħlu dawn l-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

MCAST — National Diploma in Sports and Excercise - kors terzjarju

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif jistgħu studenti tal-MCAST li jsegwu kors ta' National Diploma in Sports and Excercise ikomplu bl-edukazzjoni terzjarja tagħhom wara li jtemmu dan il-kors l-MCAST?

Response (CRISTINA, DOLORES)

S’issa dawn l-istudenti jistgħu jkomplu bl-edukazzjoni terzjarja tagħhom billi jmorru f’universitajiet fl-Ingilterra li jaċċettawhom jidħlu għal programm ta’ degree b’din id-diploma.

Korsijiet tal-MCAST — numru ta' studenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'kull kors ta' kull istitut tal-MCAST f'kull livell kemm hemm studenti tfajliet u kemm ġuvintur matul din is-sena skolastika? F'kull kors ta' filgħaxija fis-sena skolastika 2007-2008, kemm attendew tfajliet u kemm ġuvintur?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Federazzjoni tal-Industrija — Mcast - programmi ta' riċerka

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema programmi ta’ riċerki qed jitmexxew mill-MCAST u l-Federazzjoni tal-Industriji biex jiġi identifikat fejn hemm skills mismatch? Fejn waslu dawn il-programmi ta’ riċerka? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-riċerka mitmuma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minn settembru 2008 bdew jiġu offruti study units speċifiċi li nbdew fuq il-feedback li nġabret minn-naħa tal-industrija. Dawn it-tnax-il study unit fil-fatt jiffurmaw il-kors ta’ Diploma in Manufacturing Excellence, kors li qiegħed jiġi offrut bi sħab bejn l-MCAST u l-Federazzjoni tal-Industrija u li kellu konkorrenza ferm akbar minn dik mistennija. Bl-għajnuna ta’ grupp ta’ ħidma li ġie kreat miż-żewġ naħat, nbdew diversi diskussjonijiet sabiex dan ix-xogħol siewi jitkompla matul iż-żmien li ġej, u jitkabbru l-oqsma li fihom jibda jingħata taħriġ. Infatti minn Settembru beda kors ieħor li huwa l- MCAST Certificate in Basic Health and Safety . Rigward programmi ta’ riċerka, nkitbet proposta għal proġett miż-żewġ entitajiet u mmexxi mill-MCAST, li però għadha trid tiġi approvata minn-naħa tal-gvern. F’każ li dan il-proġett jiġi aċċettat, isir studju pjuttost rigoruż sabiex jiġu identifikati l- iskills mismatch f’numru ta’ setturi.