Tista’ l-Ministru tgħid f'dawn l-aħħar sitt xhur ta' din is-sena kemm intefqu flus minn Project Green fi tħawwil ta’ siġar u arbuxelli fil-gżira ta' Għawdex u fil-gżira ta' Kemmuna? Tista’ tgħid ukoll kemm tħawlu siġar u arbuxelli, ta' liema speċi kienu u fejn tħawlu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12045 u tgħid kemm nefqet flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista tgħid jekk bagħtitx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Tista’ tgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Entitajiet li għandhom CEO
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14449 u tgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha li għandhom CEO? Jekk iva, tista’ tgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u tgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ġiex identifikat xi spazju fil-Qajjenza, Birżebbuġa biex isir ġnien pubbliku u bandli biex ikunu jistgħu jitgawdew mir-residenti ta' din iż-żona?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15702, inżid li s-sit tal-impjant tal-31 ta’ Marzu għadu kemm tneħħa uffiċjalment mil-lista ta’ siti meqjusa li jaqgħu taħt ir-regolamenti ‘COMAH’ (Control of Major Accident Hazards). Dan issa għadda lura għand l-Enemalta li min-naħa tagħha għaddejja bil-proċess tal-applikazzjoni tal-ippjanar biex ikun jista’ jinħareġ il-permess neċessarju għax-xogħlijiet għat-tneħħija tat-tankijiet. Ladarba s-sit tneħħa mil-lista msemmija, Project Green telqet bil-preparamenti għar-riġenerazzjoni tal-Pont tax-Shell. Fil-frattemp Project Green, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, identifikat żona żdingata fi Triq l-Għerien, fil-Qajjenza, biex isir spazju għat-tgawdija mir-residenti.
Il-ħidma tagħna biex nagħtu aktar art lura lill-komunità ta’ Birżebbuġa tinkludi wkoll id-dekummissjonar tal-impjant ta’ San Luċjan biex isir il-proġett tas-Siċċa. Se nagħmlu investiment ta’ €40 miljun biex flok impjant għall-ħażna taż-żejt fin-naħa t’isfel ta’ Malta jkun hemm proġett sostenibbli ta’ 18,000 metru kwadru li se jagħti nifs ġdid lill-akkwati.
B’referenza għall-ewwel kuntratt (2019) relatat mal-Framework Agreement for the provision of Monitoring and Enforcement Services for the Environment and Resources Authority, tista’ l-Ministru tispeċifika kemm ġew ingaġġati persuni permezz ta’ dan il-kuntratt, in-numru totali ta’ sigħat ta’ xogħol li ntużaw u sar ħlas għalihom, u s-servizzi speċifiċi ta’ monitoraġġ u infurzar li ngħataw?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li t-tender li qiegħda tirreferi għalih l-Onor. Interpellanta kien ġie kanċellat mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).
Tista' l-Ministru tgħid kemm naqas id-dħul tal-Wasteserv mill-bejgħ tal-materjal riċiklabbli fis-sena 2023 wara li bdiet topera s-sistema tal-Beverage Container Refund Scheme?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flixken tal-plastic (PET) miġbura mill-Wasteserv fl-2023, meta mqabbel mal-2022, jidher li naqsu b'madwar 51% b'effett tal-BCRS u dawk tal-aluminju naqsu b'madwar 56%.
Is-suq tal-esportazzjoni tal-iskart riċiklabbli huwa suq volatili u fil-fatt il-prezzijiet attwali li qed jiġu offruti huma f'livell baxx ħafna minħabba fatturi esterni, bħal spejjeż għoljin tal-enerġija f'pajjiżi fejn jinsabu l-faċilitajiet finali u żidiet fix-shipping costs. Għalhekk filwaqt li t-tnaqqis fid-dħul stmat ma jistax jiġi kwantifikat, tnaqqis fid-dħul huwa inevitabbli peress li inqas plastik u aluminju taħt l-ambitu tal-BCRS qed jispiċċaw fil-borża griża/ħadra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema tal-kuntrattur li jaħdmu fil-faċilitajiet tal-Wasteserv, kuntrattur kuntrattur, faċilità faċilità, u grad grad?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-inofrmazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru telenka lista li turi r-rapporti li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) irċeviet dwar operaturi li jiġbru l-iskart u li ħaltu l-iskart jew meta nġabar, jew f'faċilitajiet privati, minn mindu bdiet is-sistema l-ġdida tas-separazzjoni u l-ġbir tal-iskart sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f'kull każ tgħid x'azzjoni ħadet l-ERA?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li mill-15 t’Ottubru 2023 meta daħal fis-seħħ l-obbligu tas-seperazzjoni mandatorja tal-iskart, sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) rċeviet tliet rapporti mill-pubbliku dwar taħlit ta’ skart minn kolletturi tal-iskart wara li dawn kienu ġabruh. F’dawn il-każijiet ma kienx hemm biżżejjed evidenza li fuqha l-Awtorità setgħet taġixxi.
Kien hemm ukoll tliet każijiet oħra li ġew rappurtati wara sorvlejanza minn uffiċjali tal-ERA minħabba li sar taħlit ta’ skart fl-istess kompartament tal-istess vettura. F’żewġ każiijiet minnhom inħarġet multa’ ta’ €850 f’kull każ, waqt li fil-każ l-ieħor il-multa kienet ta’ €1,700. Il-ħlas ta’ dawn il-multi għadhom pendenti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il arloġġ tad-dawl hemm irreġistrati fuq il-kumpless tat-Teatru Rjal, inkluż il-faċilitajiet kummerċjali mikrija lill-privat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm arloġġ wieħed tad-dawl li jissuplixxi l-kumpless tat-Teatru Rjal.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Entitajiet Regolatorji
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 13504 u ċjoè: Fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, f’kull każ tgħid:
a. Jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u jekk iva, tgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli tagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet?
b. Quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta?
ċ. Jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid meta (xahar u sena) hu ppjanat li jibda x-xogħol relatat mas-sejħa 'WSC/T/104/2023 - WORKS – TRENCHING AND PIPELAYING WORKS IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER BY THE WSC - CONSOLIDATION OF EXISTING NETWORK FOR IMPROVED WATER SUPPLY IN VICTORIA, GOZO'?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li tali xogħol huwa ppjanat li jibda lejn nofs dan is-sajf.
Tista' l-Ministru telenka lista tal-proġetti kollha ta' Project Green biex siti jiġu riġenerati fi spazji ħodor, li bdew u tlestew, dawk li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet li għadhom pendenti, kif ukoll dawk li għadhom fi stadju ta' ppjanar u/jew konsultazzjoni? Tista’ tinkludi wkoll informazzjoni meta dawn bdew, meta tlestew (jekk tlestew), f'każ li għadhom pendenti meta huwa mistenni li jitlestew, kemm swew jew se jiswew, il-lokalità u post fejn jinsabu, u deskrizzjoni qasira dwar kull proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-marki ħomor li jinsabu ma’ diversi siġar fil-Masġar tal-Ġublew, fil-Furjana sarux għal raġuni jew inkella humiex ikkunsidrati bħala att vandalu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata illi minn spezzjoni mwettqa mill-uffiċjali tal-infurzar tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) nhar it-22 ta’ Mejju 2024 fil-Masġar tal-Ġublew fil-Furjana, ġie determinat li l-marki ħomor li hemm fuq diversi siġar saru fi snin preċedenti u r-raġuni warajhom mhix magħrufa.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li l-impjant tad-drenaġġ li hemm fix-Xewkija, Għawdex jiġi estiż?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed taħdem fuq pjan ta’ tisħiħ tal-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ li jinsab fil-limiti ta’ Għajnsielem, Għawdex, mhux fix-Xewkija.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir- Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Lulju 2023?
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Mejju 2024?
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – San Pawl il-Baħar – Triq San Pawl — testijiet/interventi
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x’testijiet/interventi wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq is-sistema tad-drenaġġ fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar mill-kantuniera ta’ Triq it-Torri sal-kantuniera ta’ Triq tal-Katidral? Xi ħsarat irriżultaw li jeżistu fil-main tad-drenaġġ f’din il-parti tat-triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li malli l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rċeviet rapport dwar infiltrazzjoni ta’ drenaġġ fi Triq San Pawl, fiż-żona bejn Triq il-Paċi u Triq il-Parroċċa, flimkien mad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali għamlet test permezz ta’ tfigħ ta’ kulur. Minn dan it-test irriżulta li ma kien hemm l-ebda leakage min-network tal-Korporazzjoni, iżda dan kien ġej minn residenza privata. Il-Korporazzjoni xorta waħda wettqet tindif preventiv fis-sistema tad-drenaġġ tagħha.
WSC — Triq li twassal mix-Xemxija sa Għajn Tuffieħa/Manikata u l-Imbordin u l-Miżieb - Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'inhu x-xogħol li għadu għaddej mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fit-triq li twassal mix-Xemxija sa Għajn Tuffieħa/Manikata, kif ukoll fit-triq li twassal sal-Imbordin u l-Miżieb? Tista’ tgħid meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18243, ninsab infurmata li bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tinsab f’taħdidiet mal-awtoritajiet konċernati bil-għan li jitfassal pjan ħalli x-xogħlijiet ikunu jistgħu jissuktaw matul l-istaġun turistiku tas-sajf.
Ix-Xgħajra — Impjant tat-trattament tad-drenaġġ - Drenaġġ mhux trattat
Question
Tista’ l-Ministru tipprovdi dettalji dwar kemm-il darba ħareġ drenaġġ mhux trattat fil-baħar mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ fix-Xgħajra matul is-sena preżenti (2024) u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li apparti okkażjoni fejn saret il-proċedura ta’ manutenzjoni ippjanata li hija meħtieġa li ssir kultant żmien fuq l-impjanti tad-drenaġġ (liema intervent ġie notifikat bil-quddiem lill-ERA kif irregolat fil-permess ambjentali maħruġ mill-istess aġenzija), kien hemm żewġ inċidenti li ġraw. Każ minnhom kien kaġun ta’ rimi ta’ effluwenti illeċiti li mhux suppost jintefgħu fis-sistema tad-drenaġġ u ieħor minħabba ħsara teknika. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma b’mod regolari tappella lill-pubbliku biex jagħmel użu tajjeb mis-sistema tad-drenaġġ.
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-multi amministrattivi kollha (non-litter) maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) lill-entitajiet tal-Gvern u Kunsilli Lokali mill-2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u f’kull każ tgħid x’kienet ir-referenza tagħhom, fuq min inħarġu, l-ammont tal-multa, in-natura tal-ksur tar-regoli ambjentali li ġġustifikaw tali penali, u jekk dawn il-multi tħallsux?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, b’żieda mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17796, qed inpoġġi tabella bl-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.