Ħal Kirkop — Triq il-Karwija u Triq taż-Żebbiegħ - Impact assessment
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' impact assessment sar u dan kif se jimpatta lir-residenti preżenti ta' Triq il-Karwija u Triq taż-Żebbiegħ, f’Ħal Kirkop?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm familji jew persuni waħedhom (single) ġew allokati residenza mill-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 (sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari) separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna ġiet akkomodata hekk kull sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar — Awtorità tad-Djar - Residenzi li ġew allokati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm familji jew persuni waħedhom (single) ġew allokati residenza mill-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 (sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari) separatament għal kull sena fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar (u l-konfini tagħha)? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna ġiet akkomodata hekk kull sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar — Awtorità tad-Djar - Residenzi li ġew allokati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm familji jew persuni waħedhom (single) ġew allokati residenza mill-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 (sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari) separatament għal kull sena u li kienu mniżżla bħala residenti fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar (u l-konfini tagħha) meta għamlu applikazzjoni għall-istess residenza? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna ġiet akkomodata hekk kull sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
L-Imtarfa — Binja Qlejgħa - Kumpless ta' garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programm tax-xogħlijiet għat-tiswija tas-soqfa fil-kumpless ta' garaxxijiet ta' Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjoniijiet bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta għadhom għaddejjin, fejn bħalissa qed jiġi ffinalizzat il-BOQ (Bill of Quantities). Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-programm tax-xogħlijiet għat-tiswija msemmija ser isir minn Infrastructure Malta hekk kif jiġi ffirmat il-ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli - Events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa kull event;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (GALDES, RODERICK)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant li sabiex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20110 u jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir il-lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jekk le, x' inhi r-raġuni?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġi mħejji rapport ta' ‘Fire Engineer’ bir-rakkommandazzjonijiet biex ikun jista' jsir lift fit-tromba tat-taraġ eżistenti bi spazju limitat għall-approvazzjoni tad-Dipartiment tal Protezzjoni Ċivili. Kif dan ir-rapport ikun approvat, l-Awtorità tkun tista' tibda l-proċess biex jiġi installat lift.
Raħal Ġdid — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Raħal Ġdid li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara, u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f’Raħal Ġdid kien hemm 67 benefiċjarju li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 b’spejjeż totali ta' €233,087, u 64 benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 b’spejjeż totali ta' €228,933, filwaqt li kien hemm każ wieħed ta' żgumbrament.
Il-Fgura — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Fgura li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, fil-Fgura kien hemm 30 benefiċjarju li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 b’spejjeż totali ta' €233,087, u 73 benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 b’spejjeż totali ta' €265.490, filwaqt li kien hemm każ wieħed ta' żgumbrament.
Bormla — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Bormla li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f’Bormla kien hemm 34 benefiċjarju li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 b’spejjeż totali ta' €142,900, u 32 benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 b’spejjeż totali ta' €81,376, filwaqt li kien hemm każ wieħed ta' żgumbrament.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu lesti kompletament il-binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali li hemm f’Bormla? Jista’ jgħid ukoll meta ġew allokati dawn l-appartamenti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-għola livell ta’ Housing Soċjali ġewwa Bormla ser ikun lest lejn tmiem din is-sena. Sabiex nassiguraw li kull familja tippjana l-futur tagħha u ta’ wliedha aħjar, il-Bord tal-Allokazzjonijiet ħejja pjan biex dawn il-familji jkunu jafu liema appartament se jkun qiegħed ikun allokat lilhom. Din hija prassi li kienet addotta fl-aħħar snin għal kull proġett ta’ housing soċjali biex niżguraw li kull familja jkollha tranżizzjoni mingħajr xkiel.
Il-Gudja — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Gudja li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, fil-Gudja kien hemm 7 benefiċjarji li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta’ €38,407.01, u 16-il benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta’ €58,636.80, filwaqt li kien hemm każ wieħed ta’ żgumbrament.
Santa Luċija — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Santa Luċija li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f’Santa Luċija kien hemm benefiċjarju 1 li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta’ €3,421.18, u 2 benefiċjarji li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta’ €9,563.96, filwaqt li ma kien hemm l-ebda każ ta żgumbrament.
Ħal Tarxien — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Ħal Tarxien li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f’Ħal Tarxien kien hemm 38 benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta’ €155,987, u 40 benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta’ €138,447, filwaqt li ma kien hemm l-ebda każ ta’ żgumbrament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies klassifikati homeless, skont id-definizzjoni tal-FEANTSA (European Federation of National Organisations Working with the Homeless), fis-sena 2022 u fis-sena 2023 rispettivament u jipprovdi din id-data skont l-età, il-ġeneru, l-istatus u n-nazzjonalità ta' kull persuna?
Jista' jipprovdi wkoll din id-data skont it-tip ta' "shelters" u ċjoè:
i. Roofless/emergency;
ii. Homeless (inkluż shelters għan-nisa);
iii. Nies li huma f'istituzzjonijiet (tas-saħħa, penali, eċċ.);
iv. Postijiet irregolari (unconventional dwellings);
v. Nies li jgħixu temporanjament mal-familja u/jew mal-ħbieb?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.