Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien qatt la ltqajt jew kellimt lill-individwu konċernat.

Proċess ta' Profiling

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-profiling tal-applikanti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proċess jinstab fi stadju avvanzat u jitħabbar hekk kif jiġi konkluż

Postijiet vojta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet vojta fis-suq u xi strateġija qiegħda tintuża biex dawn jimtlew?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar toffri żewġ skemi bil-għan li s-sidien ta’ proprjetà vojta jiġu inċentivati biex jagħmlulha x-xogħlijiet neċessarji biex isir użu minnha. Dawn l-iskemi huma ‘Restawr ta’ Djar Battala’ u ‘Nikru biex Nassistu’. Il-kundizzjonijiet tal-iskema jistgħu jiġu aċċessati fuq www.housingauthority.gov.mt

Awtorità tad-Djar — Kumpanija tal-Lift li taħdem bihom l-Awtorità

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12356, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-kumpaniji tal-installazzjoni tal-lifts li qed jirreferi għalihom fit-tweġiba?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista bl-ismijiet kollha tal-kumpaniji hija aċċessibbli mill-pubbliku, mis-sit elettroniku www.etenders.gov.mt.

Awtorità tad-Djar — akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm huwa n-numru ta’ applikanti li qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva u: a. Għandhom diżabilità; b. Każijiet soċjali marbuta ma’ vjolenza domestika; u c. Anzjani?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ applikanti li qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva quddiem l-Awtorità tad-Djar u: a. Għandhom diżabbiltà – 253 applikant b. Għandhom każijiet soċjali marbuta ma’ vjolenza domestika – 10 applikanti c. Li huma anzjani – 394 applikant

Awtorità tad-Djar – kumpanija tal-lifts li taħdem bihom l-Awtorità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hi jew huma l-kumpanija/kumpaniji tal-lifts, li taħdem bihom l-Awtorità tad-Djar?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-installazzjoni tal-lifts qiegħda ssir minn diversi kuntratturi li ntagħżlu wara li ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti fuq is-sit tal-akkwist pubbliku li hija aċċessibbli għal kulħadd.

Binjiet tal-Gvern — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12249 u 11303 u jgħid liema huma l-binjiet li l-Gvern ta' Malta huwa s-sid li ġew rinovati mis-sena 2017 sal-lum? Liema huma dawn il-binjiet? F'liema lokalitajiet? Kemm sewa l-proġett ta' kull binja? Kemm-il familja bbenefikat minn dan ix-xogħol?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Awtorità tad-Djar: Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12252 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12058, jista’ l-Ministru jindika kemm huwa n-numru ta’ applikanti li qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva quddiem l-Awtorità tad-Djar u: a. għandhom diżabiltà; b. għandhom każijiet soċjali marbuta ma’ vjolenza domestika; u c. li huma anzjani?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Installazzjoni ta’ lift fi blokk ta’ appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat u skedat li jsir lift fil-blokk ta’ appartamenti li d-dettalji dwaru qed jingħataw separtament? Jekk iva, meta huwa ppjanat li jibda l-proċess tal-installazzjoni?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Postijiet mibnija ġodda mqassma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12048 u 11300 u jgħid kemm tqassmu postijiet mibnija ġodda mill-2013 ’l hawn?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew allokati 10 postijiet mibnija ġodda mill-2013 'l hawn.

Akkomodazzjoni Soċjali — waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12127 u jgħid kemm kienet il-waiting list għall-Akkomodazzjoni Soċjali f'Marzu tal-2013 u kemm hija l-istess lista sakemm qiegħda tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-waiting list għall-Akkomodazzjoni Soċjali f’Marzu tal-2013 kienet 2,800. Il-waiting list sal-15 ta’ Jannar 2020 kienet 2,920.