Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġett ta' micro chipping tal-qtates

Question

Fid-dawl li fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, miżura 372, il-Gvern wiegħed li ser jibda proġett ta' micro chipping anke fuq il-qtates, jista l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett bediex u jekk fl-affermattiv, f'liema stadju wasal?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proġett ta' mikroċippar inbeda u ġie konkluż. Dan il-proġett kien jinkludi żvilupp tas-sistema biex il-qtates ikunu jistgħu jiġu rreġistrati fuq is-sidien rispettivi tagħhom. Dan il-proġett kien jikkonsisti wkoll f’kampanja ta’ promozzjoni mmirata biex tifrex l-għarfien u edukazzjoni dwar il-mikroċippar tal-qtates, u l-benefiċċji ta’ tali identifikazzjoni elettronika.

Ta’ Qali — Ċimiterju tal-annimali

Question

Fid-dawl li fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, miżura 373, il-Gvern wiegħed li ser jinfetaħ ċimiterju tal-annimali f’Ta’ Qali, jista’ l-Ministru jindika kemm flus diġà ġew allokati għal dan il-proġett, kemm ser ikunu allokati flus b'kollox biex dan jitlesta, meta ser jitlesta, jekk bediex il-proġett u fejn ser isir eżatt?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li miżura 373 saret permezz tal-ftuħ tal-Pet Memorial li ġie inawgurat fit-2 ta’ Frar li għadda. Il-proġett ġie jiswa €182,177.26.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Trattament ta' dentistrija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25053, jista’ l-Ministru jgħid meta nstabu u kemm ilhom jistennew għat-trattament ta' dentistrija l-24 annimal misjuba mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-perjodu ta’ stennija jvarja minn ġranet għal xhur. Dan jiddependi minn kull każ individwali. Ir-raġuni primarja li għad hemm numru ta’ qtates li ma sarilhomx intervent kirurġiku hu li ma jkunux jifilħu għall-anestesija. Fil-maġġor parti tal-każijiet tal-qtates li jifilħu il-kirurġija, il-veterinarji jiddeċiedu li proċeduri kirurġiċi multipli jsiru waqt avveniment anestetiku wieħed għal diversi raġunijiet. Il-veterinarji jivvalutaw bir-reqqa s-saħħa ta' kull qattus u l-kumplessità tal-proċeduri biex jiżguraw li l-annimal ikun jista' jimmaniġġja b'mod sigur il-kirurġija kkombinata.

Uffiċjali tal-Animal Welfare – Injury Leave

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-Animal Welfare għamel użu mill-Injury Leave fl-2024 u x'kienu r-raġunijiet għaliex ittieħed dan il-leave?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma’ kien hemm l-ebda uffiċjal fi ħdan id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li għamel użu mill-injury leave matul is-sena 2024.

San Pawl il-Baħar — Raba’ saqwi - Bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ bdiewa li huma rreġistrati li għandhom raba’ saqwi f’San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll kemm żdied ir-raba’ rreġistrat bħala saqwi wara li beda jintuża n-new water?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Mellieħa – Raba’ saqwi — Bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ bdiewa li huma rreġistrati li għandhom raba’ saqwi l-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll kemm żdied ir-raba’ rreġistrat bħala saqwi wara li beda jintuża n-new water?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

L-Imġarr — Raba’ saqwi - Bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ bdiewa li huma rreġistrati li għandhom raba’ saqwi fl-Imġarr? Jista’ jgħid ukoll kemm żdied ir-raba’ rreġistrat bħala saqwi wara li beda jintuża n-new water?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

In-Naxxar — Raba’ saqwi - Bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ bdiewa li huma rreġistrati li għandhom raba’ saqwi n-Naxxar? Jista’ jgħid ukoll kemm żdied ir-raba’ rreġistrat bħala saqwi wara li beda jintuża n-new water?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Framework Contract For The Collection And Transportation Of Fruit And Vegetables From Gozo To Pitkalija, Malta For The Malta Food Agency

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24132 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22445, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha dwar is-sejħa 'SPD8/2024/107 - Framework Contract For The Collection And Transportation Of Fruit And Vegetables From Gozo To Pitkalija, Malta For The Malta Food Agency' u jgħid minn fejn ħa jiġi offrut dan is-servizz ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll min f'dawn l-aħħar ġranet u xhur kien qed joffri dan is-servizz u minn fejn kien qed jiġi offrut dan is-servizz ġewwa Għawdex u kemm kien ilu jiġi offrut dan is-servizz u għaliex issa nħasset il-ħtieġa li toħroġ is-sejħa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellent li mil-lum beda jingħata s-servizz mill-kuntrattur li rebaħ it-tender li sar skont il-proċeduri stabbiliti għall-perjodu tas-sentejn li ġejjin. Is-servizz beda jingħata minn Marzu 2024 wara sejħa għall-Kwotazzjonijiet li kienet ħarġet sakemm l-MFA lestiet il-proċess ta’ tendering.

In-Naxxar — Razzett fejn instabu annimali Slavaġ - nuqqasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu n-nuqqasijiet misjuba mhux koerenti mal-liġi fir-razzett fin-Naxxar fejn kienu misjuba l-annimali slavaġ?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25072.

Merħliet tal-bhejjem lokali — Servizzi veterinarji fl-irziezet

Question

Fid-dawl li fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, miżura 588, il-Gvern wiegħed li ser jgħin biex titjieb is-saħħa tal-merħliet tal-bhejjem lokali permezz ta' aċċess aħjar għal servizzi veterinarji fl-irziezet, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan is-servizz bediex u jekk fl-affermattiv, kif qed jiġi ffaċilitat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’dawn l-aħħar xhur bdiet titwettaq ħidma fuq il-preparamenti meħtieġa sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit servizz veterinarju fl-irziezet bl-għan li tittejjeb is-saħħa tal-annimali fl-irziezet. It-tabib veterinarju u tekniċi veterinarji li ser ikunu qed joffru dawn is-servizzi ġew ingaġġat u bħalissa qed jingħataw it-tagħrif u taħriġ kollu meħtieġ. Dan is-servizz ser iservi bħala estensjoni tas-servizz AgriKonsulta u mistenni jibda jiġi mħabbar u offrut fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tiegħi. Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24400 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar.

Kunsilli Lokali – rapporti li saru minn animal stewards

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7902 u jgħid jekk kienx hemm rapporti li diġà għaddew minn animal stewards li qed jaħdmu ġewwa kunsilli lokali? Jekk fl-affermattiv, x’tip ta’ rapporti kienu dawn? X’qed ikun mistenni minnhom bħala xogħol dawn l-animal stewards? Hemm xi tip ta’ relazzjoni kontinwa bejn dawn l-impjegati u d-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali biex xogħolhom ikun wieħed effettiv? Huwa mitlub minnhom li jgħaddu xi tip ta’ rapport regolari lill-istess Kunsilli Lokali li huma ingaġġati fihom? Huwa mitlub minnhom li jgħaddu rapporti regolari ta’ xogħolhom lid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li filwaqt l-Animal Stewards huma ingaġġati u jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Kunsilli Lokali, ir-rwol tagħhom huwa wieħed edukattiv u li mistenni jgħin lill-Kunsillier responsabbli għat-Trattament Xieraq tal-Annimali fil-funzjoni tiegħu. Ir-relazzjoni tal-Animal Stewards mad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali tinvolvi komunikazzjoni dwar annimali li għandhom bżonn kura veterinarja u rappurtaġġ ta’ każijiet ta’ moħqrija li jinstabu fil-lokalità tagħhom waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

In-Naxxar — Annimali Slavaġ misjuba f'Razzett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-annimali slavaġ li nstabu abbandunati ġewwa razzett fin-Naxxar?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-annimali slavaġ li nstabu ġo razzett fil-limiti tan-Naxxar ġewwa l-Għallis kienu 4 ljuni tal-ispeċi Panthera leo u leopard tal-ispeċi Panthera pardus. Preżentament, dawn l-annimali qed jinżammu taħt l-awtorita’ tad-Direttur għar-Regolazzjoni Veterinarja. Is-sid ta’ dawn l-annimali ġie identifkat u d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja ser jipproċedi skont il-proviżjonijiet ta’ penali hekk kif indikati fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 439.19, Regolamenti dwar il-Pussess u ż-Żamma ta’ Annimali Perikolużi. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellanta illi d-Direttorat qiegħed fil-proċess biex dawn l-annimali jiġu trasferiti u rilokati ġewwa post adegwat. L-azzjonijiet li jittieħdu mid-Direttorat f’każijiet simili jiddependu miċ-ċirkostanzi tal-każ sabiex tkun imħarsa l-protezzjoni tal-annimali u l-interess tal-pubbliku inġenerali. Kull stadju tal-proċess tar-rilokazzjoni titmexxa taħt is-superviżjoni tal-esperti u s-sid huwa mitlub li jħallas l-ispiża relata miegħu, inkluż meta r-rilokazzjoni tal-annimal tkun se ssir barra mill-pajjiż.

In-Naxxar — Razzett fejn instabu Annimali Slavaġ - azzjoni dixxiplinarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema tip ta' azzjoni dixxiplinarja ser tittieħed jekk is-sid tar-razzett fin-Naxxar li fih instabu l-annimali slavaġ, instab?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 25072.