Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ftehim bilaterali bejn Malta u pajjiżi barranin

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il ftehim bilaterali kien iffirmat ma’ pajjiżi oħra bejn Jannar u Diċembru ta’ din is-sena u x’kienu s-suġġetti ta’ dawn il-ftehmiet u meta ser jidħlu fis-seħħ?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Diċembru tal-2017 kien hemm 32 ftehim bilaterali li ġie ffirmat, kif elenkat hawn taħt: Pajjiż Data tal-Iffirmar Isem tal-Ftehim Dħul fis-Seħħ Il-Qatar 17 ta’ April 2009 Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru 21 ta’ Marzu 2017 Il-Kuwajt 28 ta’ Ġunju 2012 Ftehim ta’ Koperazzjoni Ekonomika u Teknika 16 ta’ Marzu 2017 Iċ-Ċina 20 ta’ Jannar 2017 Protokol ta’ Tiġdid dwar il-Kooperazzjoni fil-Qasam ta’ Mediċina Tradizzjonali Ċiniża 20 ta’ Jannar 2017 Il-Kunsill għall-Kooperazzjoni tal-Golf 30 ta’ Jannar 2017 Pjan ta’ Azzjoni Konġunt dwar Djalogu Strateġiku 30 ta’ Jannar 2017 L-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja 1 ta’ Frar 2017 Memorandum ta’ Koperazzjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Mekkani¿mu Finanzjarju taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) 2014-2021 2 ta’ Frar 2017 It-Turkija 17 ta’ Frar 2017 Memorandum ta’ Koperazjoni fl-Oqsma tax-Xjenza Medika u s-Saħħa Dan il-ftehim jidħol fis-seħħ ladarba ir-rekwiżiti legali jkunu milħuqa u iż-żewg Partijiet ikunu nnotifikati. It-Turkija 17 ta’ Frar 2017 Dikjarazzjoni dwar Koperazzjoni bejn il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tal-Politika Familja u Soċjali tar-Repubblika tat-Turkija 17 ta’ Frar 2017 Ir-Republika Dominikana 23 ta’ Frar 2017 Dikjarazzjoni Konġunta dwar it-Twaqqif ta’ Relazzjonijiet Diplomatiċi 23 ta’ Frar 2017 L-Indja 15 ta’ Marzu 2017 Memorandum ta’ Ftehim dwar Tiġdid tal-Ftehim fuq is-Servizzi tal-Ajru 15 ta’ Marzu 2017 Il-Kuwajt 19 ta’Marzu 2017 Ftehim dwar il-Kultura w l-Arti 5 ta’Ottubru 2017

Brexit – impatt u rimedji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jittieħdu mid-Dipartiment jekk Brexit fil-fatt iseħħ? Il-fatt li Malta hi parti mill-Commonwealth u wara Brexit, Malta se tkun l-unika pajjiż tal-Commonwealth fl-Unjoni Ewropea, x’vantaġġi għandu d-Dipartiment f’dan ir-rigward?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija 2944. Minbarra hekk, nixtieq niġbed l-attenzjoni li, minbarra Malta, Ċipru wkoll imsieħba fl-Unjoni Ewropea u anke membru tal-Commonwealth.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – ħlas lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux qed jieħu xi forma ta’ ħlas mill-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm ingħata fl-aħħar tliet snin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-persuna ndikata fil-mistoqsija ma ħaditx ħlas mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ fiż-żmien imsemmi.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ — kuntratt tal-maids fil-Ministeru u f’Ambaxxati barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' kuntratt għandhom il-ħassiela li qed iservu f’Palazzo Parisio u f’bini ieħor relattat mal-Ministeru (f’Malta u f’barra minn Malta)?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ambaxxati – background checks fuq il- locally engaged staff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ background checks saru jew isiru, fuq l-impjegati locally engaged staff, partikolarment fuq drivers li jsuqu fl-Ambaxxati tagħna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ingaġġ ta’ impjegati locally engaged staff fl-Ambaxxati, jsir fuq approvazzjoni mill-Kap tal-Ministeru u wara li jkun ġie segwit il-proċess tal-għażla b’mod korrett. Dan japplika mhux biss għad-drivers li jsuqu fl-Ambaxxati tagħna imma għal kull ingaġġ. Il-Ministeru ikun liberu li jagħmel kull background checks li jidhirlu li ikun hemm bżonn. Minn naħa tal-Ambaxxata, din tkun mistennija li titlob ittri ta’ referenza u l-kondotta tal-Pulizija maħruġa mill-iStat jew pajjiż rispettiv.

Rappreżentanza ta’ Malta għall-Ġnus Magħquda fi New York — Deputat Rappreżentant Permanenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu d-Deputat Rappreżentant Permanenti fir-Rappreżentanza ta’ Malta għall-Ġnus Magħquda fi New York?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Deputat Rappreżentant Permanenti fir-Rappreżentanza ta’ Malta għall-Ġnus Magħquda fi New York huwa is-Sur Giovanni Buttigieg li huwa l-ogħla uffiċjal wara l-Ambaxxatur.

Subsahara Africa – ftuħ ta’ Ambaxxata/Kummissjoni Għolja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni f’liema pajjiż fis-subsahara Africa beħsiebu jiftaħ Ambaxxata/Kummissjoni Għolja? Jekk iva, fejn u meta? Hemm xi ħsieb li jinfetħu Ambaxxati oħra f’pajjiżi oħra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-decizjoni għadha ma tteħdietx.

Individwu li nġab lura minn posting barra minn Malta

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2936, jista’ l-Ministru jelabora iktar x’fisser bil-kliem “esiġenzi tas-servizz” f’dan il-każ partikolari ta’ rilevanza nazzjonali? Jista’ jgħidilna min jew mil-liema uffiċċju ħarġet l-ordni biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jinġab lura l-Head Office? B’liema mezz ġie infurmat dan l-uffiċjal u minn min? Ma’ liema direttorat ġie assenjat l-istess uffiċjal? Meta beda xogħol f’dan id-Direttorat? Min u kif ġie infurmat id-Direttur ikkonċernat li dan l-istess individwu ġie assenjat jaħdem miegħu jew magħha?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li mgħandhiex x’inżid mat-twegiba mogħtija għall- mistoqsija 2936.

Trade missions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru trade missions minn Ġunju 2013 sal-lum fejn kien involut il-Ministeru, f’liema pajjiżi saru u liema Ministeri/uffiċċini/entitajiet ħallsu għall-ispejjeż relatati għal dawn it-trade missions? Min kienu l-uffiċjali mill-Ministeru tiegħu li kienu jiffurmaw parti minn dawn l-istess trade missions?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal- lum kien hemm tmien trade missions li kienu waqt żjarat statali tal E.T. il-President ta’ Malta u l-Onorevoli l-Prim Ministru.Dawn kienu fl-Italja,fl-Algerija,fil-Lebanon,fil-Jordan,fir-Russja fil-Ghana,fl-Ukrajna u t-Tunezija.

Rapport f’gazzetta Taljana — Inkjesta interna

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3184, dwar allegazzjonijiet li dehru fil-gazzetta (online) ‘www.ilsole24ore.com’, ladarba ġie ppreżentat r-rapport jista’ l-Ministru jpoġġi dan l-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-konkluzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-imsemmi rapport. Ir-rapport mhux qed jiġi ppubblikat sħiħ minħabba sensittivita b’rabta mal-ħidma fi ħdan il-Ministeru.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Uffiċjali diplomatiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fil-preżent hemm uffiċjali diplomatiċi li għandhom il-grad ta’ Ambaxxatur u jaħdmu fil-Ministeru, f’Ambaxxati barra minn Malta u/jew bħalissa jinsabu fuq xi forma ta’ leave? F’liema data nħatru?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa fil-Ministeru hawn ħames uffiċjali li għandhom grad sostantiv ta’ Ambaxxatur. Id-dettalji tagħhom jidru fuq it-tabella t’hawn isfel. Dipartiment fejn jinsabu Data tal-Ħatra Rimarki Ambaxxata Tel Aviv 31/01/2008 Ħatra fuq bazi personali Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti 31/01/2012 Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti 11/01/2017 Unpaid Study Leave 11/01/2017 Study Leave approvat sat-30/06/2018 Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti 04/12/2017 Ħatra fuq bazi personali

Konsli Onorarji – email addresses

Question

Peress li persuni li avviċinawni qaluli li l-inbox ta’ email addresses uffiċjali ta’ ċertu Konsli Onorarji li huma provduti mill-Gvern, ilhom mimlija għal perjodi twal ħafna b'konsegwenza li ċ-ċittadini tagħna meta l-iktar li jkollhom bżonn l-għajnuna mill-konsli ma jsibuhomx għax jiġu informati li l-inbox hi mimlija, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel sabiex din il-problema tiġi rimedjata?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Konsli Onorarji joffru s-servizzi tagħhom fuq bażi volontarja u mingħajr ebda renumerazzjoni. Madankollu huma minstennija li jkunu ta’ għajnuna liċ-ċittatini Maltin f’każ ta’ bżonn. Dwar komunikazzjoni permezz ta’ email il-konsli onorarji jiġu pprovduti indirizz elettroniku uffiċċjali u ta’ spiss jiġu mfakkra sabiex jagħmlu użu minn dan l-indirizz elettroniku uffiċċjali għall-każijiet konsolari. Meta l-Ministeru ikun qed jagħmel dan l-ezerċizzju u jirċievi notifikazzjoni li l-mailbox ta’ xi Konslu Onorarju partikulari tkun mimlija, dan jiġi kkuntattjat permezz tat-telefon sabiex ibattal il-mailbox u jekk ikun il-każ tintbgħatlu password ġdida. Ta’ min ifakkar li fis-sit uffiċċjali tal-Ministeru hemm ukoll id-dettalji tat-telefon u /jew numru tal-mobajl ta’ kull Konslu Onorarju fejn jistgħu jiġu kkuntattjati f’każ ta’ bżonn.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – inizjattivi tad-diplomazija kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi tad-diplomazija kulturali ħa l-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2016 sal-lum, meta, fejn saru, u kemm ġew jiswew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant illi Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ għaraf ikompli bil-ħidma tiegħu fl-oqsma tal-kultura billi għen fit-tixrid tal-arti u l-wirt kulturali Malti barra minn xtutna. Dan sar ħafna drabi fuq inizjattiva tal-Ambaxxati u l-Konsolati Ġenerali ta’ Malta b’koordinament mad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Globali, l-iŻvilupp Internazzjonali u Affarijiet Ekonomiċi. L- iniżjattivi segwenti ttieħdu mill- Ministeru bejn Ġunju 2016 sa Diċembru 2017: 1. Il-Fond Għad- Diplomażija Kulturali Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Żvillup, f’Ġunju 2016, approva disa’ proġetti kulturali sabiex isiru f’pajjiżi fejn Malta għandha rappreżentanza diplomatika. Dawn il-proġetti huma: - Ashdod Festival – NAFRA Ensemble - Tel Aviv, Israel: Ġunju 2016 - Kunċert mill-Kompożitur Wayne Grima - London, UK: Settembru 2016 - Euro Kids Festival – Moveo Washington, USA: Novembru 2016 - Wirja – Exile – Norbert Attard Strasbourg: Ottubru 2016 - Letteratura – L-Ezodu taċ-Cikoni (Walid Nabhan) - Dublin, Ireland: Mejju 2016 - Kunċert mill-Pianista Gaby Sultana Rome, Italy: Lulju 2016 - Kunċert minn Nadine Galea u Cecilia Sultana de Maria - The Hague, Holland: Diċembru 2016 - Diskors mill-awtur Immanuel Mifsud - Ramallah, Palestine: April 2016 - Kunċert minn Trio Noir - Berlin, Ġermanja: Mejju 2016 L-ammont li ntefaq fuq dawn il-proġetti kien ta’ madwar € 43,597.00 Fl-2017, il-Ministeru approva disa’ proġetti kulturali oħra sabiex isiru f’pajjiżi fejn Malta għandha rappreżentanza diplomatika. Dawn il-proġetti huma: - Festa Mużikali Ewropeja – Nico Darmanin u Gaby Sultana Washington (USA): Diċembru 2017 - Kunċert Etnika - Washington (USA): Novembru 2017 - Kunċert Etnika Berlin, Germanja: Novembru 2017 - Kunċert mill-Kompożitur Christopher Muscat - Berlin, Ġermanja: Diċembru 2017 - Kunċert mill-pjanista Gaby Sultana - Berlin, Ġermanja: Novembru 2017 - Letteratura – Kitba taż-żewġ awturi, Claudia Gauċi u Walid Nabhan - Berlin, Ġermanja: Novembru 2017 - Wirja ta’ Filmati – Minn Produtturi Maltin, Kenneth Scicluna u Martin Bonnici - Berlin, Ġermanja: Novembru 2017 - Wirja Fotografika minn Daniel Cilia - Ruma, Italja: 15 Novembru 2017 - Kunċert minn Kafena - Toronto, Canada: 17 – 19 Settembru 2017 L-ammont li ntefaq fuq dawn il-proġetti kien ta’ madwar €60,000.00 2. Żjajar Kulturali Għat-tieni sena konsekutiva, fl-2016, it-Taqsima tad-Diplomazija Kulturali organiżżat żewġ żjarat kulturali għal diplomatiċi residenti f’Malta. L-ewwel żjara saret f’Mejju fir-raħal ta’ Ħad-Dingli. Kienet it-tieni żjara kulturali dik illi saret f’Settembru 2016 fil-Birgu. Iz-żjarat saru permezz tal-appoġġ u l-għajnuna tal-Awtorità Maltija għat-Turżmu, il-Kunsilli Lokali rispettivi tal-lokalitaijiet kif ukoll mid-Dipartiment għall-Kunsilli Lokali. L-ewwel żjara għas-sena 2017, saret f’Mejju fir-raħal ta’ Ħal-Lija u fiha attendew madwar għoxrin diplomatiku. It-tieni żjara kulturali saret f’Settembru 2017 fl-Imqabba u għalija attendew madwar għaxar diplomatici. It-tema magħżula għal dawn iż-żjarat kienet ‘ Urban Communities and Societies in the Maltese Islands Today’. Għal darb’oħra, dawn iżjajart kienu possibbli bl-għajnuna mill-Awtorita Maltija Għat-Turiżmu li ffinanżjaw is-servizzi ta’ gwida u trasport. 3. Iniżjativi Oħra F’Diċembru 2016, It-Taqsima għad- Diplomazija Kulturali kienet strumentali fil-proċess tal-iffirmar tal- MOU bejn il-MEDAC u l-Istitut tad-Diplomazija Rumen. Forum Mediterranju tal-Fondazzjoni Anna Lindh - F’Ottubru 2016 saret laqgħa internazzjonali f’Malta, organizzata mill-Fondażżjoni Anna Lindh. Din il-laqgħa ġiet organizzata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin flimkien mal-Ministeru tal-Kultura, Ġustiżżja u Gvern lokali. F’Novembru 2016, fuq iniżjativa ta’ l-Ambaxxatur għal Malta f’Berlin ġew Malta ħdax il-ġurnalist Ġermaniż sabiex jirraportaw dwar il-preparamenti f’pajjizna għall-Presidenża ta’l-Unjoni Ewropeja. It-Taqsima għall-Kultura Diplomatika ħadmet fuq din l-iniżjativa flimkien mall- Awtorita Maltija Għat-Turiżmu. l-Ambaxxata Maltija f’Ruma flimkien mat-Taqsima tad-Diplomazija Kulturali għen ħafna sabiex lill-Ministeru għall-Kultura, Ġustiżżja u Kunsilli Lokali f’Malta jkun jista’ jtella’ presepju artistiku fi Pjazza San Pietru, f’Ruma kif ukoll kunċert fil-Basilika Papali ta’ San Paolo Fuori le Mura f’Dicembru 2016. F’Diċembru 2016 uffiċjal mit-Taqsima għad-Diplomazija Kulturali attenda għal-laqgħa informali tal-ufficjali anżjani mill-Ministeri tal-Kultura u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Din il-laqgħa saret f’Lussemburgu, bħala parti mill-programm tal-Preżidenża tal-Unjoni Ewropea. It-temi li ġew diskussi fil-laqgħa kienu jikkoncernaw il-kultura fir-relażżjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea u l-kwistjoni ta’ bidla fil-ħsieb dwar din il-kultura kif ukoll id-djalogu interkulturali u l-kultura fil-kuntest tal-emigrażżjoni u l-kriżi tar-refuġjati. Fid-9 u l-10 Marzu 2017, waqt il-Presidenża, f’Malta saret il-Laqgħa Informali ta` Uffiċjali fil-Ministeri tal-Kultura u l-Uffiċjali għall-Kultura fil-Ministeri tal-Affarijiet Barranin. Din il-laqgħa kienet ko-organizzata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barrinin flimkien mal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Ġiet diskussa l-importanza tal-kultura bl-għan li jingħata nifs ġdid lill-mekkaniżmi kulturali tal-Unjoni u ġġenerata l-integrazzjoni soċjo-ekonomika. Diversi inizjativi proposti minn Malta ġew milqugħa mill-pajjiżi membri. Fuq talba tal-organizzaturi tal-Orkestra tan-Nazzjonijiet Uniti f’Ġinevra, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin iddendifika l-vjolinista Maltija, Nadine Galea sabiex idoqq mal-istess orkestra f’kunċert li ttella’ f’Jum l-Ewropa f’Ġinevra stess. Din l-iniżjativa saret f’Mejju 2017 u ġiet ffinanzjata mill-Fond tad-Diplomażija Kulturali. Bejn is-6 u l-15 ta’ Ottubru 2017, sar il- ħames edizzjoni tal- Piano Duo Festival f’Amsterdam fl- Olanda fejn Malta kienet rrapreżentata mill-pjanista Gabi Sultana. Din l-iniżjativa ġiet ffinanzjata mill-Fond tad-Diplomażija Kulturali Dr. Immauel Mifsud ħa sehem fl-International Festival of Authors li sar bejn id-19 u d-29 ta’ Ottubru 2017. Din l-iniżjativa ġiet ukoll ffinanzjata mill-Fond tad-Diplomażija Kulturali.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – kuntatt mal- International Centre for Migration Policy Development

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kuntatti kellu l-Ministeru mal-International Centre for Migration Policy Development (ICMPD) mit-twaqqif tiegħu f'Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mit-twaqqif tal-Uffiċju Reġjonali għall-Mediterran tal-International Centre for Migration Policy Development (ICMPD) f’Malta f’Mejju 2016, il-Ministeru żamm kuntatt frekwenti ma’ din l-organizzazzjoni internazzjonali. Id-Direttur Ġenerali tal-ICMPD Michael Spindelegger zar Malta fl-10 u 11 t’Otturbru 2016 fejn iltaqa mal-Ministru George W Vella u fost l-oħrajn ġie diskuss kif il-ko-operazzjoni bejn Malta u l-ICMPD tista’ tissaħħaħ. Il-Ministru Vella kien ukoll mistieden minn ICMPD sabiex jipparteċipa fil-panel tal-Konferenza Annwali dwar il-Migrazzjoni fi Vienna fil-10-11 ta’ Novembru 2016, li ddiskuta il-politika dwar il-migrazzjoni u l-ażil fl-Ewropa. Il-Ministeru żamm kuntatt frekwenti mal-ICMPD fil-preparazzjonijiet għall-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE), biex l-organizzazzjoni tiparteċipa fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma ta’ Livell Għoli dwar l-Azil u l-Migrazzjoni li kien presedut mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, u tinforma l-Istati Membri fuq il-proġett i-Map li se immexxi mill-Uffiċju tal-ICMPD f’Malta. Flimkien mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, dan il-Ministeru jilqa grupp ta’ trainees minn ICMPD li jaħdmu fuq l-i-Map sabiex l-uffiċjali miż-żewġ ministeri jinfurmawhom dwar programmi u azzjoni li qed jieħu l-Gvern Malti fuq l-immigrazzjoni, kif ukoll dwar l-aġenda tal-Unjoni Ewropea. Dan il-Ministeru ħadem mill-viċin ma’ l-ICMPD fost oħrajn sabiex ġiet varata l-inizjattiva tal-Migration Media Award f’Jannar 2017. 35-il ġurnalist minn 16-il pajjiż differenti, ġew premjati fuq bażi ta’ artikli u rapporti li trattaw it-tema kumplessa tal-migrazzjoni b’mod fatwali u imparzjali. Din l-inizjattiva imnehda matul il-Presidenza kienet l-ewwel sessjoni ta’ dan il-Premju, li mistenni jingħata fuq bazi anwali. Il-Ministru ikkollabora ma’ ICMPD sabiex delegazzjoni min-Niġerja izzur Malta fil-25-29 ta’ Settembru taħt l-inizjattiva konġunta bejn l-UE u l-ICMPD, “MIgration EU eXpertise” (MIEUX). Uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u dak ta’ l-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, iddeskutew kif Malta u n-Niġerja jistaw isaħħu l-ko-operazzjoni bejniethom fuq il-migrazzjoni. Dan il-Ministeru jemmen li huwa fl-interess ta’ Malta li l-pajjiż isir membru ta’ din l-organizzazzjoni internazzjonali prestiġjuża, li matul is-snin kiżbet reputazzjoni ferm tajba fil-komunita’ internazzjonali fid-diskussjoni fuq il-migrazzjoni, u ħadet rwol attiv fl-implementazzjoni ta’ proġetti tal-Unjoni Ewropea. Il-proċess sabiex Malta issir membru ta’ din l-organizzazzjoni diġa ġie mniedi u fil-ġimgħat li ġejjin ser nippreżenta għad-diskussjoni r-raġunijiet għalfejn Malta għanda tissieħeb f’din l-organizzazjoni. Il-Ministeru attenda ukoll bħala osservatur fit-tmienja u sittin laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-ICMPD fir-Republika Ċeka fit-23-24 ta’ Mejju 2017, kif ukoll id-disa’ u sittin laqgħa ta’ l-istess kumitat li seħħet fi Vjenna fid-19 ta’ Diċembru 2017.

Ambaxxati u residenzi ta’ Ambaxxaturi u ta’ Uffiċjali Maltin barra minn Malta – xogħlijiet ta’ tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ tiswija u estensjonijiet saru fl-Ambaxxati u residenzi tal-Ambaxxaturi u ta’ Uffiċjali Maltin barra minn Malta, minn Marzu 2013 sal-lum? F’liema proprjetajiet saru, kemm ġew jiswew, il-lista tal-kuntratturi li għamlu dan ix-xogħol u f’liema perjodu saru jew qed isiru?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Inċidenti bil-vetturi tal-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inċidenti saru b’vetturi tal-Ministeru (sew f’Malta kif ukoll fl-Ambaxxati Maltin barra minn Malta) minn Marzu tal-2013 sal-lum? X’sar minn dawn il-vetturi, ġew imsewwija, ġew mibjugħa, skreppjati, eċċ? Jekk saru xi claims finanzjarji minn xi partijiet involuti, kemm kien il-valur li qed jintalab u/jew kemm ħallas il-ministeru, inkluż spejjeż legali u ta’ min kien it-tort (tal-uffiċjal tal-Ministeru/jew il-parti/partijiet l-oħra)?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – xiri/kiri ta’ vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara/kera vetturi ġodda u/jew użati? Fejn jintużaw (head office, Ambaxxati, eċċ)? Jista’ jgħid min hu intitolat li jagħmel użu minnhom? Kemm ġew jiswew u x’mileage għamlu minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm vetturi tal-Ministeru (Head Office, Ambaxxati, eċċ) ġew skreppjati, mibjugħa, irkantati, eċċ minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-lum, żewġ karozzi (2) ġew irritornati lill-kumpanija minn fejn kienu qed jinkrew, sitta (6) ġew mibjugħa, disgħa (9) skreppjati, waħda (1) innegozjata ma waħda ġdida (traded-in), waħda (1) trasferita għal Ministeru ieħor u oħra (1) trid tiġi skreppjata fl-2018.

Ambaxxata ta’ Malta f’Abu Dhabi — diplomatiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mid-diplomatiku mmarkat bħala (a) fid-dettalji li qed jingħataw separatament, li kien iċ-Chargè d’Affaires fl-Ambaxxata ta’ Malta f'Abu Dhabi? Jista’ jgħid min hu l-individwu mmarkat bħala (b) fid-dettalji li qed jingħataw separatament, li ħa post l-individwu mmarkat bħala (a)? Jista’ jgħid x’inhu t-terminu ta’ dan l-uffiċjal, meta ser jiġi appuntat Ambaxxatur għal din l-Ambaxxata u jekk huwiex ser ikun mill-korp diplomatiku jew le?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ix-Charge’ d’Affaires fl-Ambaxxata ta’ Malta f’Abu Dhabi baqa’ jservi sad-data tal-irtirar mis-servizz pubbliku. L-uffiċċjal li assuma l-post vakanti ta’ Charge’ d’Affaires għandu il-grad ta’ Second Secretary fil-Korp Diplomatiku tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozjoni tal-Kummerċ. Huwa ingħata l-inkarigu għal perjodu ta’ tlett snin. Fir-rigward tat-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari, kif ikun hemm żviluppi ġodda dwar il-ħatra t’Ambaxxatur, il-Ministeru jinforma.

Ambaxxaturi/Kummissarji Għolja/Rappreżentanti Permanenti/Konsli Ġenerali

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista’ tal-ismijiet tal-Ambaxxaturi/Kummissarji Għolja/Rappreżentanti Permanenti/Konsli Ġenerali, fejn qed iservu, kemm jitħallsu u meta jiskadi t-terminu tagħhom? Jista’ jgħid kemm minnhom huma tal-karriera?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba jidhru fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.