Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal teleworking minn ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u fi ħdan l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu min-nhar l-20 ta' Frar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jindika l-grad u l-kariga li jokkupa kull wieħed mill-imsemmija ħaddiema? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li d-Direttiva 13 tisħaq li, f’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ COVID-19, xogħol li jista’ jsir remotament isir hekk.
Din mhix kwistjoni ta’ talbiet formali, imma ta’ arranġament biex titrażżan l-imxija msemmija.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-ftehim imsejjaħ “Double Taxation Agreement” mal-Kosovo li kien ġie ffirmat f’Marzu 2019, ġiex fis-seħħ jew le u għalhekk huwiex jiġi implimentat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ftehim imsejjaħ “Double Taxation Agreement” mal-Kosovo li kien ġie ffirmat f’Marzu 2019, daħal fis-seħħ fil- 20 ta’ Settembru ta’ 2019.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11887, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm deċiżjoni finali dwar fejn ser issir ambaxxata ta’ pajjiżna fl-Amerika Latina?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Minħabba żviluppi waqt din il-pandemija li rat ukoll żviluppi fir-relazzjonijiet ta’ Malta ma’ pajjiżi oħra qed issir reviżjoni ta’ din il-proposta ta’ Ambaxxata fl-Amerika t’Isfel fid-dawl ta’ dan u għaldaqstant għada ma tteħditx deċiżjoni finali’.
Maltin li jgħixu l-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm ċittadini Maltin li qed jgħixu fil-Litwanja, Latvja u Estonja sal-aħħar tas-sena li għaddiet 2019?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmt li l-Ministeru jżomm biss għal perjodu stipulat kopji tar-registrazzjoni volontarja tan-Notifika ‘D’ li hija mmirata għal Maltin li jgħixu għal perjodu ta’ żmien barra minn Malta għal finijiet ta’ btala, xogħol u raġunijiet oħra.
Għaldaqstant l-informazzjoni li għandu l-Ministeru ma tirriflettix in-numri reali ta’ Maltin li jgħixu barra minn Malta fil-pajjiżi elenkati hawn fuq, imma tindika biss dawk il-persuni li rreġistraw id-dettalji tagħhom mal-Ministeru b’mod volontarju.
Skont l-informazzjoni li għandu l-Ministeru, fl-Estonja hemm tgħix persuna Maltija waħda (1); filwaqt li fil-Litwanja u l-Latvja, il-Ministeru m’għandu l-ebda tagħrif fil-forma ta’ reġistrazzjoni volontarja għal Ċittadini Maltin li jsiefru jew jgħixu Barra minn Malta (Notifika ‘D’).
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm ċittadini Maltin li qed jgħixu fil-Portugall u Spanja sal-aħħar tas-sena li għaddiet 2019?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Ministeru jżomm biss għal perjodu stipulat kopji tar-registrazzjoni volontarja tan-Notifika ‘D’ li hija mmirata għal Maltin li jgħixu għal perjodu ta’ żmien barra minn Malta għal finijiet ta’ btala, xogħol u raġunijiet oħra.
Għaldaqstant l-informazzjoni li għandu l-Ministeru ma tirriflettix in-numri reali ta’ Maltin li jgħixu barra minn Malta fil-pajjiżi elenkati hawn fuq, imma tindika biss dawk il-persuni li rreġistraw id-dettalji tagħhom mal-Ministeru b’mod volontarju.
Skont l-informazzjoni li għandu l-Ministeru mill-applikazzjonijiet mibgħuta għal reġistrazzjoni volontarja għal Ċittadini Maltin li jsiefru jew jgħixu Barra minn Malta (Notifika ‘D’), fil-Portugall hemm jgħixu għaxar (10) Maltin; filwaqt li fi Spanja hemm jgħixu tmin (8) Maltin rispettivament.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’ħidma saret f’dawn l-ewwel xhur tas-sena mill-High Commission ta’ pajjiżna ġewwa l-Ghana? Jista’ jindika wkoll xi spejjeż kapitali u rikorrenti saru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-ħidma tal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’dawn l-ewwel xhur tas-sena mill-High Commission ta’ pajjiżna ġewwa l-Gana , maqsuma f’dawn is-sezzjonijiet, tittratta:
Bilaterali
- Mill-bidu tas-sena 2020 l-hawn, il-Kummissjoni Għolja kompliet il-ħidma taghħa sabiex issaħħaħ ir-relazzjonijiet bilateral bejn Malta u l-Gana f’kull aspett - politiku, ekonomiku u kif ukoll kulturali.
- Wara is-suċċess ta’ żewg żjarat Statali bejn iż-żewġ pajjiżi fl-2018 u fl-2019, il-Kummissjoni Għolja kompliet taħdem sabiex ikomplu l-iskambji politiċi bejn iż-żewġ pajjiżi fuq l-għola livell.
- Wara li Malta ppubblikat l-istrateġija għall-koperazzjoni mal-Afrika, il-ħidma tal-Kummissjoni Għolja kompliet tiżdied. Il-Gana kompliet ukoll tgħolli l-istatus tagħha fi ħdan il-kontinent Afrikan wara li se tkun qed tospita s-segretarjat tal-African Continental Free Trade Area (ACFTA), li ladarba jiġi rratifikat mill-pajjiżi kollha jkun l-ikbar suq ħieles fid-dinja.
- Fit-3 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni Għolja ffaċċilitat żjara uffiċjali mill-Onor. Silvio Schembri, Ministru għall-Ekonomija, Intrapriżi Żghar u l-Investiment, lejn il-Gana.
- Il-Ministru kien akkumpanjat minn delegazzjoni ta’ tnejn u erbgħin ruħ, fosthom kumpaniji privati u awtoritajiet governattivi Maltin (Trade Malta, Malta Enterprise, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Università ta’ Malta, MCAST, Malta Medicines Authority).
- Waqt iż-żjara, il-Ministru kellu diskussjonijiet uffiċjali mal-Ministru tal-Ekonomija u l-Industrija, il-Ministru tal-Avjazzjoni u l-Ministru tal-Iżvilupp Kummerċjali tal-Gana.
- L-iskambji bejn iż-żewġ pajjiżi mill-bidu tas-sena 'l hawn wasslu wkoll għall-konklużjoni ta’ diversi
Memoranda
of
Understanding
f’diversi oqsma ta’ interess kemm għall-Malta u kemm għall-Gana, bħall-mediċina u l-farmaċewtika (bejn il-Malta Medicines Authority u l-Ghana Standards Authority); edukazzjoni terzjarja (bejn l-MCAST u l-Università Teknika ta’ Accra) u kif ukoll fil-qasam tal-kummerċ . Dawn ġew iffirmati fit-2 ta’ Marzu 2020, waqt iż-żjara tal- Onor. Silvio Schembri f’Accra.
- Fil-qasam tal-edukazzjoni terzjarzja, qed jiġi nnegozjat Ftehim bejn il-Ministeri tal-Edukazzjoni rispettivi taż-żewg pajjiżi li se jwassal għal rikonoxximent reċiproku ta’ Higher Diplomas u Degrees.
- Il-Kummissjoni Għolja kompliet taħdem sabiex jiżdiedu l-iskambji tekniċi bejn Malta u l-Gana f’diversi setturi. Fl-2019, il-Kummissjoni Għolja ffaċilitat iż-żjara lejn Malta ta’ uffiċjali għolja mill-bank ċentrali tal-Gana sabiex jirċievu taħrig mill-Bank Ċentrali ta’ Malta fil-politika monetarja. Din it-tip ta’ koperazzjoni mistennija tkompli wkoll din is-sena.
- Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, flimkien mal-Università ta’ Malta, qegħdin joffru żewg boroż ta’ studju kull sena għal studenti mill-Gana fil-qasam tax-xjenza. L-Università ta’ Malta qed tesplora mezzi sabiex ikun hemm iktar opportunitajiet għall-studenti Ganiżi biex ikomplu l-istudji jew r-riċerka tagħhom Malta.
- Diskussjonijiet bejn iż-żewg pajjiżi għaddejjin wkoll sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn Malta u l-Gana fil-qasam tal-imiggrazzjoni. Il-politika ta’ Malta fejn tidħol il-kwistjoni tal-imigrazzjoni hija mmexxija mill-Valletta Action Plan for Migration li ġie ffirmat wara Summit fuq l-Immigrazzjoni bejn l-UE u l-Afrika li seħħ f’Malta fl-2015.
- Il-Kummissjoni Għolja taħdem ukoll sabiex issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Gana fi ħdan organizzazzjonijiet multilaterali.
Kummerċjali
- Wara is-suċċess tal-ewwel Business Forum bejn Malta u l-Ghana li kien organizzat fis-26 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni Għolja, flimkien ma’ Trade Malta, organizzat it-Tieni Ghana-Malta Business Forum fit- 2 ta’ Marzu ta’ din is-sena ġewwa Accra.
- Sitt awtoritajiet/aġenzija Maltin (Trade Malta, Malta Enterprise, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Università ta’ Malta, MCAST, Malta Medicines Authority) ipparteċipaw fiż-żjara fejn kellhom iċ-ċans jiltaqgħu ma’ awtorijtajiet u aġenziji simili Ganiżi;
- Is-setturi kummerċjali li kienu rappreżentati jinkuludu: edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali; servizzi għall-industrija tal-gass u żejt, ICT, farmaċewtika, R&D u oħrajn.
- Sbatax -il kumpanija Maltija ipparteċipaw fiż-żjara, fejn dawn qanqlu interess qawwi fis-servizzi u prodotti li joffru.
- 'il fuq minn tliet mitt kumpanija Ganiża pparteċipat waqt il-Forum.
Memoranda of Understanding iffirmati bejn awtorjitajiet Ganiżi u intrapriżi Maltin waqt il-Business Forum f’Accra fit-2 ta’ Marzu 2020:
- Aquabiotech Group u Ghana Standards Authority
- Aquabiotech Group u Akosombo Zone Fish Farmers Association (Assoċjazzjoni ta’ Sajjieda).
Din il-koperazzjoni bejn awtorjitajiet Ganiżi u esperti Maltin fil-qasam tas-sajd u l-bioteknoloġija sservi sabiex il-Gana tkompli tiżviluppa is-settur tas-sajd u tgħolli l-livell u l-kwalità tal-ħut bil-ħsieb li jiġi esportat lejn swieq ġodda, inklużi dawk Ewropej. Il-Gana tista’ tuża l-esperjenza ta’ Malta f’diversei oqsma sabiex tilħaq swieq ġodda. Bl-istess mod, kumpaniji Maltin jistgħu jużaw lil-Gana sabiex jilħqu swieq ġodda fl-Afrika.
Statistika Kummerċjali:
- Il-Kummissjoni Għolja għandha kuntatt ma’ 10 kumpanija rreġistrata Malta li diġà qiegħda topera fil-Gana;
- Seba’ kumpaniji Maltin diġà qegħdin jesportaw lejn il-Gana;
- Madwar 50 kumapnija Maltija wriet interess mal-Kummissjoni Għolja f’xi tip ta’ kummerċ mal-Gana.
Kulturali
Il-Kummissjoni Għolja ffaċilitat il-parteċipazzjoni ta’ Filfa (produzzjoni Maltija) fl-edizzjoni tal-EU Film Festival ta’ dini is-sena. Il-Film, li huwa animazzjoni dwar folklor Malti, intwera’ f’Kumasi u f’Accra fil-15 ta’ Frar 2020.
Konsolari
Birth registration / Reġistrazzjoni tat-twelid
0
Marriage/ Divorce registration / Reġistrazzjoni taż-Żwieġ / Divorzju
0
Legalisation of documents / Legalizzazzjoni ta’ dokumenti
1
Passport applications / Applikazzjonijiet tal-passaport
0
Emergency Travel Documents / Dokumenti ta' Vjaġġar f'Emerġenza maħruġ kemm lil Maltin kif ukoll lil refuġjati
0
Enquiries received on requirements for visa to Malta / Inkjesti li waslu dwar rekwiżiti għal viża għal Malta.
20
Facilitation of visa for Maltese through Embassy/Għajnuna lil Maltin dwar viżi
25
Promozzjoni ta’ Malta
· Facebook, Twitter etc
Spejjeż kapitali u rikorrenti (figuri miġbura mill-ECMS sat-23 t’April 2020).
Kapitali:
Ma saret l-ebda spiża kapitali mill-bidu tas-sena 2020 'l hawn. In-nefqa kapitali fuq il-proġett ta ' rinnovazzjoni hija żero peress li l-proġett qed jinżamm ‘on hold’. Huwa pertinenti li jiġi stabbilit li kwalunkwe nefqa kapitali li se tiġi mġarrba, 50% ta ' din in-nefqa se tiġi rimborżata mill-Unjoni Ewropea.
Rikorrenti:
Total ta’ Salarji u Kontribuzzjonijiet Soċjali: EUR27,373.58
Spejjeż ta’ Manteniment u Operazzjonali (inkluż kera): EUR14,495.01
Ftehim bejn Malta u r-Repubblika tal-Maċedonja -“Mutual Recognition of Higher Eduacation Degrees, Diplomas and Certificates”
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-ftehim bejn pajjiżna u r-Repubblika tal-Maċedonja dwar il-“Mutual Recognition of Higher Education Degrees, Diplomas and Certificates” iffirmat fid-29 ta’ Mejju 2018 ġiex fis-seħħ u ġiex jitħaddem?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim bejn pajjiżna u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq dwar il-“Mutual Recognition of Higher Education Degrees, Diplomas and Certificates” kien iffirmat fid-29 ta’ Mejju 2018 u ġie fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2018.
Aktar informazzjoni fuq it-tħaddim u l-implementazzjoni tiegħu għandu jintalab mill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex previst li tul din is-sena l-“Maltese Ambassadors Annual Meeting” hux ser jiġi miżmum u jekk iva meta huwa previst li jsir dan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, l-għan huwa li din il-laqgħa Annwali terġa' ssir u s’issa huwa previst li ssir fix-xahar ta’ Diċembru, jekk iċ-ċirkostanzi jkun jippermettu.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew jiswew l-aħħar tliet laqgħat tal-“Maltese Ambassadors Annual Meeting”?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat tal-“Maltese Ambassadors Annual Meeting” ġew jiswew kif segwenti. Ninnota li l-laqgħat tal-2017 u l-2019 kienu jinkludu wkoll il-Konsli Onorarji:
Sena
Nefqa
2017
€ 46,239.71
2018
€ 45,226.98
2019
€ 77,549.80
Persuni li talbu biex jiġu assistiti għal ripatrijazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni ta’ nazzjonalità differenti talbu sabiex jiġu assistiti biex jiġu ripatrijati tul ix-xahar ta’ Marzu u April 2020? Jista’ jindika dan nazzjonalità nazzjonalità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn ix-xhur ta’ Marzu u April, tlett elef, tlett mija u tmienja w ħamsin (3358) persuna ta’ nazzjonalità differenti talbu sabiex jiġu assistiti biex jiġu ripatrijati permezz ta’ koordinament sħiħ bejn il-Ministeru u l-Ambaxxati Barranin f’Malta.
Peress li l-assistenza li ngħatat kienet tikkonsisti filli dawn il-persuni jittieħdu fl-ewwel ajruport ċentrali fl-Ewropa minn fejn imbagħad setgħu ikomplu bil-vjaġġ għad-destinazzjoni mixtieqa, il-Ministeru; anke minħabba provvedimenti marbuta mal-protezzjoni tad-data; ġabar biss dik l-informazzjoni relatata ma’ liema titjira minn Malta kull persuna għażlet li tieħu, u mhux għal-liema destinazzjoni finali jew ta’ liema nazzjonalità kienet il-persuna.
COVID-19 – Assistenza minn rappreżentanti diplomatiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew assistiti minn rappreżentanzi diplomatiċi tagħna sabiex jiġu lura pajjiżna fiċ-ċirkostanzi li żviluppaw bil-marda COVID-19?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-24 t’April 2020 kien hemm elf mitejn u ħamsa w sittin (1265) persuna li ġew assistiti mill-Ministeru sabiex setgħu jiġu lura Malta fiċ-ċirkostanzi li żviluppaw bil-mikrobu COVID-19. Din l-assistenza setgħet fost l-oħrajn tkun possibbli bil-għajnuna kontinwa tar-rappreżentanzi diplomatiċi tagħna barraminn Malta li taw sehemhom bis-sħiħ sabiex din l-operazzjoni daqstant kumplessa tkun ta’ suċċess.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — kuntratti mogħtija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tispeċifika għal-liema kuntratti qiegħda tirreferi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – konsulenzi/kuntratti minn kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatatx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mis-sena 2013 sad-data li ġiet mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, l-kumpanija msemmija ma’ ngħatatx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru, u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12989, jista' l-Ministru jgħid kemm hi kbira l-flotta ta' karozzi fi ħdan il-Ministeru tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej li jinkludi wkoll l-Ambaxxati ta’ Malta barra minn Malta għandu flotta ta’ 51 karozza.
M’hemmx karozzi jahdmu bl-eletriku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fir-reġistru ta’ Maltin prominenti li jgħixu barra minn Malta hekk kif imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515) skont il-pajjiż li huma stabbiliti fih u l-qasam li huma prominenti fih? Kemm minn dawn huma ċittadini ta' Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li r-reġistru ta’ Maltin Prominenti li Jgħixu Barra minn Malta beda jopera b’deċi¿joni tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu barra minn Malta fl-2017, bl-uniku sitt (6) applikazzjonijiet mibgħuta sal-2018 jiġu approvati kollha.
Tajjeb wieħed jgħid li filwaqt li l-Ministeru baqa’ jirċievi numru ta’ applikazzjonijiet, dawn għadhom ma ġewx ikkunsidrati minħabba li bħalissa qed issir revi¿joni ta’ x’jagħmel persuna prominenti f’termini ta’ definizzjoni, u l-metru ta’ ġudizzju li bih persuna titqies prominenti għall-finijiet tar-reġistru kkonċernat.
Il-Ministeru jittama li fix-xhur li ġejjin il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta jkun f’po¿izzjoni li joħroġ b’linji gwida ċari bil-għan li t-terminu ‘persuna prominenti’ tkun definita kif meħtieġ u l-iskrutinju tal-applikazzjonijiet issir f’konsultazzjoni mal-istess linji gwida rispettivament.
Persuni reġistrati volontarjament bħala residenti barra
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li rreġistraw volontarjament bħala residenti barra permezz tan-Notifika D tal-Ministeru skont il-pajjiż li joqogħdu fih sal-aħħar ta’ Marzu 2020?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li sa Marzu 2020, kien hemm ħamest elef, ħames mija u tnejn u disgħin (5592)-il persuna li rreġistrat volontarjament bħala resident/a barra minn Malta permezz tan-Notifika D tal-Ministeru skont il-pajjiż li toqgħod/joqgħod fih kif ġej:
Albanija
4
Kamerun
1
Alġerija
1
Kanada
308
Arġentina
1
Kenja
11
Angola
1
Korea
1
Awstralja
3632
Kosta Rika
1
Baħamas
2
Kuba
8
Bangladexx
1
Kuwajt
2
Belġju
23
l-Afrika t’Isfel
21
Bolivja
3
l-Arabja Sawdita
1
Brażil
8
l-Filippini
75
Bulgarija
1
l-Istati Uniti
67
Burundi
1
l-Olanda
3
Ċile
2
Libanu
6
Ċina
1
Libja
8
Ċipru
11
Lussemburgu
1
Danimarka
4
Mongolja
1
Eġittu
13
New Zealand
23
Emirati Għarab Magħquda
3
Niġerja
1
Estonja
1
Oħrajn
63
Fiji
2
Pakistan
29
Finlandja
4
Peru
2
Franza
34
Polonja
156
Ġappun
5
Portugall
9
Ġordan
3
Qatar
1
Ġermanja
6
Renju Unit
861
Ghana
1
Republika Ċeka
19
Gibraltar
1
Russja
5
Greċja
10
Rwanda
7
Gwatemala
1
Seychelles
1
Ħonduras
1
Singapor
12
Ħong Kong
6
Spanja
6
Indja
13
Swezja
1
Indonesja
1
Svizzera
3
Iraq
1
Tajlandja
1
Irlanda
7
Turkija
3
Isle Of Man
1
Uganda
2
Italja
45
Ungerija
3
Iżrael
5
Użbekistan
1
Vjetnam
8
Hague Conference on Private International Law — Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgements in Civil or Commercial Matters
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx intenzjoni li Malta taċċedi għall-Convention of 2 July 2019 on the Recognition and Enforcement of Foreign Judgments in Civil or Commercial Matters tal-Hague Conference on Private International Law? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni ta' x'miżuri se jittieħdu biex dan isir? Jekk fin-negattiv, jista' jagħti r-raġunijiet għala?
Response (BARTOLO, EVARIST)
In vista tal-fatt li l-isfera tal-applikazzjoni tal-Konferenza f’The Hague dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta’ Sentenzi f’oqsma Ċivili jew Kummerċjali ma taqax fi ħdan il-mandat tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12854 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12590, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-individwi u/jew kumpaniji li bbenefikaw minn dawn id-direct orders?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12265 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12093, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa għas-safar, fuel u hospitality minn Jannar 2019 s’issa hija skont it-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – rapporti ta’ serqiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12626, jista’ l-Ministru jgħid:
1. kemm kien il-valur ta’ kull serqa li saret fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u li ġew irrapportati lill-Pulizija?
2. f’kull każ, x’insteraq?
3. speċifikament, minn fejn saru dawn is-serqiet?
4. kemm kien il-valur totali ta’ dawn is-serqiet? u
5. x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ min wettaq dawn is-serqiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 12626 fejn dan il-Ministeru infurmat illi kien hemm 5 serqiet b’kollox bejn l-2017 u 2019, id-dettalji li ntalbu huma kif ġej:
Ambaxxata ta’ Malta f’The Hague - Każ fl-2017:-
Fil-każ tal-Ambaxxata ta’Malta f’The Hague, il-valur irrapportat kien ta’ € 12,050.
L-oġġetti misruqa kienu flus kontanti u żewġ debit cards. Is-serqa saret minn ġewwa l-uffiċini tal-Ambaxxata f’The Hague li tinstab fuq is-sitt sular ta’ l-indirizz Carnegielaan 4-14, 2517KH The Hague, l-Olanda.
Wara li kien sar ir-rapport tal-Pulizija, żewġ persuni ġew arrestati mill-pulizija Olandiża. Dawn ġew imressqa l-Qorti u weħlu sentenzi ta’ ħabs kif ukoll ordni biex jinraddu lura l-flus li nsterqu. Għalkemm kien sar appell minn dawn l-istess persuni, wieħed minnhon irtira t-talba tiegħu qabel id-data tal-appell waqt li l-ieħor ma deherx għas-seduta.
Bħala parti mill-kumpens, il-persuni kkonċernati s’sissa għamlu tmien pagamenti ta’ €75 (kull pagament) fis-sena 2019 u żewġ pagamenti oħra ta’ €144.70 (kull pagament) fl-2020.
Ambaxxata ta’ Malta fi Tripli - Każ fl-2017:-
Fir-rigward tas-serqa li saret mill-Ambaxxata u mir-Residenza Uffiċjali ġewwa Tripli, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-Affarijiet li nsterqu fis-sena 2017. L-istima tal-valur tal-oġġetti li snterqu hija ta’ €4,548 ghall-2017. Is-serqa ġiet irrapportata lill-Pulizija Libjana pero’ investigazzjoni ma saritx għaliex il-Pulizija riedet tidħol fl-Ambaxxata u l-Ministeru ma tax il-permess tiegħu minħabba s-sitwazzjoni fil-pajjiż.
Kummissjoni Għolja ta’ Malta ġewwa Londra
Kien hemm tlett serqiet u il-Valur ta’ kull serqa kien kif ġej:
Bandiera
- €66 + VAT
Bandiera
- €280.89
Fliexken tal-Alkohol (Birra u Nbid)
- N/A
Il-bnadar insterqu mill-faċċata tal-Ambaxxata filwaqt li x-xorb insteraq mis-sitt sular tal-Ambaxxata fil-ħin ta’ riċeviment. Il-Każijiet ġew irrapportati lill-Pulizija iżda ħadd ma nqabad. Il-Valur totali huwa €346,89.