Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti matul is-sena 2024 b’rabta ma’ pussess ta’ droga?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2024 l-ammont ta’ persuni li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ pussess ta’ droga kienu fl-ammont ta’ disgħin (90) fil-Qrati ta’ Malta u persuna waħda (1) fil-Qrati ta’ Għawdex.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2025?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern huwa attivament involut f’kull fażi tan-negozjati ta’ dan id-dossier - dan bil-għan li jintlaħaq qbil dwar ir-reviżjoni tal-qafas legali dwar id-drittijiet tal-vittmi, qafas li jirrifletti prinċipji legali sodi. Nappoġġjaw bi sħiħ aktar drittijiet effettivi, inkluż f’dak li għandu x’jaqsam mat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat appoġġ effettiv lill-vittmi b’mod speċifiku, u b’rispett lejn il-prinċipji li joħorġu mit-Trattati – inklużi l-prinċipji ta’ proporzjonalità, sussidjarjetà u diviżjoni tal-kompetenzi, il-Gvern talab kjarifika f’dan il-kuntest – u l-Kummissjoni kkonfermat b’mod espliċitu – li d-Direttiva proposta ma tindirizzax suġġetti sensittivi ta’ natura tas-saħħa bħad-drittijiet riproduttivi, li jibqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Istati Membri.
Il-Gvern se jkompli jaħdem b’mod kostruttiv mal-imsieħba tagħna fl-UE biex jiġi konkluż test li jsaħħaħ b’mod sinifikanti d-drittijiet tal-vittmi fl-Unjoni, mingħajr ma tiġi kompromessa l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Nefqa fuq fjuri
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23486 fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21841, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni limitatament għall-2024, u ċjoè kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-sena 2024 u jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra, u fil-każ kemm kienet l-ispiża?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri hija koperta mill-Line Item 22 Materials and Supplies fl-Estimi Finanzjarji tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-qorti għax kienu qed isuqu mingħajr liċenzja jew liċenzja skaduta fl-2024 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ telefonati li saru fuq il-Helpline 138 minn meta beda jintuża sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll għal liema tip ta’ rapporti jista’ jintuża dan in-numru, u f’kull każ kemm daħlu rapporti fuq dan in numru, u jaqsam tali informazzjoni skont il-kategoriji differenti?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti fl-2024 minħabba nuqqas ta’ ħlas tal-VAT?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li tressqu l-Qorti fl-2024 minħabba nuqqas ta’ ħlas tal-VAT kienu dawk ta’ elf ħames mija tnejn u erbgħin (1542) fil-Qrati ta’ Malta u mija u wieħed (101) fil-Qrati ta’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jara li l-kamra fi Triq Victor Pasmore, il-Gudja (ritratti u lokazzjoni annessi), ma tibqax ta’ periklu għad-diversi persuni u tfal li jgħaddu jimxu f’din it-triq hekk kif il-ġebel qed jaqa’ fit-triq u jidher li hemm periklu li tiġġarraf kollha kemm hi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet matul l-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew konklużi bonarjament u kemm minnhom ġew deċiżi permezz ta’ sentenza tal-Qorti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26754 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 28007.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24393 u 24906 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi l-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni ma xtarax karozzi.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Rigali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta hija fin-negattiv.
Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13629, 18994, 21842 u 25604 u jgħid għala l-Gvern għadu m'għamilx traspożizzjoni tal-Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (li tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni)? Jista' jgħid jekk huwiex konxju li l-Avukat tal-Istat qiegħed f’diversi kawżi jgħid li la l-Gvern Malti għadu m'għamilx tali Protokoll bħala parti mil-Liġi Maltija, ħadd ma jista’ jinvokaha u allura qiegħed iċaħħad liċ-ċittadini minn tali protezzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba ta-mistoqsija parlamentari 27977, jista’ l-Ministru jippreżenta lista tal-kuntratti kollha li għalihom l-Kummissarju għar-Riformi tal-Liġijiet kien parti fihom, u li għalihom kien hemm nefqa, mill-ġurnata li ġie maħtur f’din il-kariga sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissarju tal-Liġijiet jagħmel użu minn kuntratti ta’ servizzi legali u servizzi ta’ reviżjoni tal-liġi skont il-bżonnijiet li joħorġu mill-Att Dwar Ir-Reviżjoni Tal-Liġijiet Statutarji.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni kif mitluba taqbeż l-advisory cost limit.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27475 u 27842 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27229, jista’ l-Ministru jippreżenta l-lista tal-kuntratti kollha maħruġa mill-Kummissarju għar-Riformi tal-Liġijiet, mill-ħatra tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Filwaqt li nagħmel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27229, nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema kuntratti qed jirreferi peress li l-mistoqsija hija waħda vaga ħafna.