Legislature:
Category:
Reset
Active:

Courts of Justice of the European Union — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il każ intervjeniet Malta wara li ġiet notifikata b’referenza preliminari magħmula minn xi Qorti jew Tribunal f’xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea lil Court of Justice of the European Union (CJEU – preċedentement ECJ) għall-interprezzjoni tal-istess CJEU ta’ xi direttiva jew regolament tal-UE, sena b’sena mid-data tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk kien hemm xi interventi, jista’ jgħid kemm kien hemm, sena b’sena u f’liema oqsma kienu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Membru li l-każijiet li fihom sar intervent minn Malta huma indikati fil-lista li qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.

GRECO — Fifth Round Evaluation Report on Malta

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, magħruf bħala l-Fifth Round Evaluation Report on Malta (GrecoEvalSRep(2018)7) li ġie addottat waqt it-82 laqgħa plenarja tal-GRECO li saret fi Strasburgu bejn it-18 u t-22 ta’ Marzu 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Membru li l-Gvern awtorizza l-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fl-interpellanza li għandu jkun disponibbli illum, nhar it-3 ta’ April 2019, fuq is-sit elettroniku tal-GRECO.

GRECO — Fifth Round Evaluation Report on Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk weġibx għat-talba tal-GRECO sabiex jiġi ppubblikat ir-rapport dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni tal-istess GRECO dwar Malta, magħruf bħala l-Fifth Round Evaluation Report on Malta (GrecoEvalSRep(2018)7) li ġie addottat waqt it-82 laqgħa plenarja tal-GRECO li saret fi Strasburgu bejn it-18 u t-22 ta’ Marzu 2019 u jekk tax il-kunsens tal-Gvern Malti sabiex jiġi ppubblikat dan ir-rapport, hekk kif talbet l-istess GRECO?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Membru li l-approvazzjoni tal-Gvern għall-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fl-interpellanza ngħatat. Għandu jiġi preċiżat li t-talba għall-approvazzjoni ma saritx lil Malta biss u li minn dak li jidher Malta hija l-ewwel pajjiż li tat tali approvazzjoni minn dawk li r-rapporti dwarhom ġew approvati mill-GRECO fil-laqgħa li saret bejn it-18 u t-22 ta’ Marzu 2019.

Vjolenza Domestika — każijiet l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2010 sal-2018, kemm tressqu nies il-Qorti fuq każijiet ta' vjolenza domestika? X'kienu l-pieni li ngħataw f'dawn il-każijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta, fir-rigward ta’ kumpilazzjonjiet, l-istatistika bdiet minn Jannar ta’ din is-sena u mill-1 ta’ Jannar sal-21 ta’ Marzu, 2019 daħlu 18-il kawża. Fir-rigward ta’ kawżi sommarji (tad-distrett) mis-sena 2015 sa’ Diċembru 2018 kien hemm 2,256 każ bil-pieni mniżżla fit-tabella t'hawn taħt. Fil-Qorti ta’ Għawdex ma tinżammx statistika rigward każi ta’ vjolenza domestika peress li dawn jidħlu bħala każi tad-Distrett u ma jiġux indikati b’din in-nomenklatura. Kawzi sommarji ta’ Vjolenza Domestika minn Gunju 2015 Sa Dicembru 2018 No of Cases Outcome2015201620172018Grand Total Proċediment E#awrit (kaw#a ma tkunx tkompliet)2105335563911,690 Liberati27866936218 Ħatja - Multa15484123127 Preskritti4430219104 Twissija61015738 Liberazzjoni Kondizzjonata3119427 Ħatja - Sentenza Sospi#a263112 Irtirata132511 Astensjoni211711 Ħatja -Ħabs63110 Ħatja - Amenda1214 Ħatja - Detenzjoni112 Liberazzjoni bla Kondizzjoni22 Grand Total3087457244792,256

Każijiet ta' neglect

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2010 sas-sena 2018, kemm tressqu nies il-Qorti fuq każijiet ta' neglect? Kemm minn dawn il-każijiet kienu fuq tfal (0 sa 18-il sena) u kemm minnhom fuq anzjani (60+)? Kemm kien hemm każijiet fuq persuni b'diżabilità?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar nies li tressqu l-Qorti fuq każijiet ta’ neglect.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Entità/ Dipartiment Inizjattivi Awtorità tax-Xandir Il-binja prinċipali tal-Awtorità hija aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Ċentru tal-Medjazzjoni Iċ-Ċentru qiegħed fil-proċess biex tinbidel il-binja min fejn qed jopera biex imur għal binja li mgħammra b’aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità. Dipartiment tal-Ġustizzja Direttorat tal-Kultura Kummisjoni Permanenti kontra il-Korruzzjoni Aġenzija tal-Għajnuna Legali Dawn id-dipartimenti u entitajiet qed jieħdu l-inizjattiva sabiex isiru rampi ħalli wheelchairs jistgħu jkunu mgħejjuna sabiex jitilgħu numru ta’ turġien fil-pjan terran. Il-livelli l-oħra huma aċċessibli permezz ta’ lift ta’ qisien adekwati. Iżjed minnhekk ġa saru arranġamenti mill-Aġenzija tal-Għajnuna Legali li fejn jkollhom laqgħat mall-pubbliku li għalihom jkunu sa jattendu persuni b’mobilita’ ristretta, dawn il-laqgħat jsiru fl-uffiċini moderni u aċċessibli ta’ Servizz. gov ġewwa St. Francis Ditch il-Furjana. L-istess arranġament sa jsiru wkoll għat -tlett entitajiet l-oħra. Direttorat tar-Restawr Id-Direttorat tar-Restawr għadu qed jistenna il-permessi meħtieġa sabiex ikun jista’ jagħmel it-tibdil strutturali neċessarju biex jintroduċi lift għall-ewwel sular tal-Uffiċċji tiegħu fl-Ospizio fil-Furjana. Direttorat tas-Servizzi Korporattivi Information management Unit Il-binja min fejn joperaw dawn l-uffiċji huma aċċessibli għall-persuni b’diżabilità. Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjon i Il-binjiet li huma fir-responsabbiltà tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni huma kollha aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Fondazzjoni Kreattivita’ Fis-sena 2018 iċ-Ċentru żbarazza u rranġa varji oġġetti li kienu jinstabu fl-entraturi taċ-Ċentru biexjitnaqqas l-possibiltà ta’ ostakli. Ta’ min isemmi ukoll li fi Frar 2018 iċ-ċinema ġie armat b’ Hearing Loop Sound System biex ikun iktar aċċessibli. Fondazzjoni Valletta 2018 L-aċċessibilità għall-uffiċini tal-meżżanin hija problematika minħabba nuqqas ta' spazju fejn jista' jkun installat lift. Minħabba wkoll nuqqas ta' spazju, il-kmamar tal-banju mhumiex aċċessibbli għal persuni f'siġġu tar-roti. Madankollu, l-Kamra tal-Kummerċ hija attrezzata b'kmamar tal-banju li huma aċċessibili bil-lift. Għaddejjin diskussjonijiet mal-Kamra tal-Kummerċ sabiex jiġi stabbilit huwiex possibbli li tiżdied l-aċċessibilità. Heritage Malta Minn fost is-siti ta’ Heritage Malta matul l-2018, l-Aġenzija ħadmet fuq il-MUZA fejn il-mużew huwa attrezzat bl- lifts u rampi biex kull parti tas-sit tkun aċċessibli għall-persuni b’diżabilità. Kunsill Malti għall-Arti Il-Kunsill qiegħed fil-proċess biex joħroġ tender għall-kostruzzjoni ta’ lift. LESA L-aġenzija LESA, minn Diċembru 2018 bdiet topera minn uffiċini amministrattivi ġodda li jinsabu, 246, Triq Mater Boni Consili, Fgura.Il-binja hija totallment aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Il binja hija mgħammra bit-tlett liftijiet li jagħtu aċċess għal kull sular, rampi. F’kull daħla kif ukollfaċilitajiet sanitarji f’kull sular separati minn dawk użati regolarment.Żewg spazji għall-parkeġġ fil-garaxx, ġew ukoll riservati skond standards kif proposti f Access for all Design Guidelines (KNPD). Malta Philarmonic Orchestra Il-binjiet min fejn topera l-Orkestra huma kollha aċċessibbli għall-persuni b’diżabilià’. MCCAA L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur hija impenjata bi sħiħ biex sa fejn hu possibli tkompli dejjem ittejjebl-aċċessibilità għal persuni b’diżabbilità. F’dan ir-rigward, l-Awtorità ħolqot kamra għal-laqgħat fis-sular ta’ isfel fl-uffiċji ewlenin tagħha għal aċċess iktar faċli, kif ukoll ħadet ħsieb biex fl-uffiċju tagħha f’Għawdexli qiegħed fi stadju li jiġimgħammar; ikun hemm ir-rekwiżiti neċessarji għall-aċċessibilita’ għal persuni b’diżabilità. Barra minn hekk, l-Awtorità qed tagħmel pjan ta’ studju biex ittejjeb l-aċċess għal-faċilitajiet sanitarji fis-sular ta’ isfel. Ministerial Procurement Unit Il-binja min fejn jopera dan l-uffiċju huwa aċċessibli għall-persuni b’diżabilità Nutar tal-Gvern Fl-Arkivju prinċipali (2/3 Triq Mikiel Anton Vassalli, BeltValletta) saret reading room fl-2018 fil-pjan terran sabiex takkomoda anzjani jew persuni b’diżabilita’ li ma jkunux jistgħu jitilgħu t-taraġ. Matul din is-sena qed tiġi studjata wkoll il-possibilità li jiġi installat lift li jagħti għar- reading roo m prinċipali tal-Arkivju. Fl-Arkivju Nutarili (Sekondarju) fi Triq San Kristoferu kantuniera ma’ Triq San Pawl ser jibdew xogħlijiet interni permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropeja, li fosthom hemm li ser jiġi installat lift għall-pubbliku u li ser ikun skont l- istandards maqbula mal-KNPD. PBS Ltd Il-binjiet ta’ Public Broadcasting Services Ltd. huma kollha mgħammra b’aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità. Qorti t’ Għawdex Fir-rigward il-Qorti ta’ Għawdex, peress li hemm il-ħsieb li l-bini tal-Qorti ta’ Għawdex jiġi rilokat f’post li ser jinbena mill-ġdid, ma ttieħdux inizjattivibiex il-bini preżenti jkun aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità, aktar u aktar meta l-bini preżenti tal-Qorti jinsab f’żona skedata. Sadanittant kull meta jkollna talba minn xi persuna b’diżabilità biex naġevolaw is-sitwazzjoni dan isir.Per eżempju, meta tkun trid tippreżenta xi att, nibgħatudeputat reġistratur fid-dar tiegħu jew tagħha minflok il-persuna tiġi l-Qorti. Qorti ta’ Malta Fil-bidu tas-sena 2018id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta beda jagħmel użu minn żewġ awli ġodda fit-tilet sular tal-Qortiu li humaaċċessibbli għal persuni b’diżabilità, twaħħlu wkoll rampi f’diversi postijiet fil-qrati u l-appart tal- Video Conferencing ġie addattat sabiex ikun jista jintuza minn persuni b’diżabilità. Jiġi offrut wkoll servizz ta’ Roaming Microphone meta persuna ma tkunx tista taċessa l-pedana tax-xiehda. Fl-aħħar tal-2018 inbdew diskussjonijiet sabiex il-mezzanin li jinsab ġewwa l-Kamra tal-Avukati ġol-Binja Prinċipali tal-Qorti jsiraċċessibbli minn persuni b’diżabilità. Ġew sottomessi l-proposti u pjanti lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Diżabbiltà (KNPD) fejn il-pjanti ġew riveduti hekk kif kien mitlub mill-KNPD, f’dan l-istadju, qedtiġi kkumpilata lista dettaljata ta’ xogħlijiet neċessarji sabiex id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja jkun jista’ jagħmel talba għal fondi addizzjonali li jkopru dan il-proġett. Teatru Manoel Teatru Manoel ha dawn il-mizuri:- Fuq quddiem u fuq wara tal-plateau hemm possibilta li is-siġġijiet preżenti jistgħu jinqalgħu, sabiex ikun hemm possibilta’ li persuna b’siġġu tar-roti ikun jista/tista issegwi min isfel; Mil-boxes tneħħew l-‘ platforms’ u tpoġġew siġġijiet għoljin; Se jiġi installat lift sabiex persuni b’diżabilità jkollhom aċċess għat- toilets , 1sttier u 3rdtier; Ġiet installata ‘ induction hearing loop’ fil-plateau għal-persuni neqsin mis-smiegh; Se ssir rampa fil- booking office biex ikun aktar aċċessibli għal-persuni b’diżabilità Uffiċju tal-Avukat Ġenerali L-uffiċċji l-ġodda tal -Avukat Ġenerali li ser jitlestew is-sena d diehla sejrin ikunu aċċessibli għall-persuna b'diżabiltà. Uffiċju tas-Segretarju Permanenti Il-binja min fejn jopera dan l-uffiċju huwa aċċessibli għall-persuni b’diżabilità

Qorti tal-Familja f'Għawdex — medjaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il medjatur hemm jaħdem fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex? Jista' jgħid jekk dan jew dawn jaħdmux fuq bażi part-time jew full-time? Jekk fuq bażi part-time jista' jgħid kemm-il siegħa fil-ġimgħa hu assenjat jew huma assenjati l-medjaturi fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-Qorti tal-Familja f’Għawdex hemm medjatriċi waħda li taħdem fuq contract for service mal-Qrati tal-Ġustizzja (Malta). Hi ġiet assenjata erba’ sigħat mill-Qrati tal-Ġustizzja (Malta) biex tagħmel il-medjazzjonijiet tal-Qorti ta’ Għawdex.

Qorti tal-Familja f'Għawdex — każijiet ta' medjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2015, 2016, 2017 u 2018, kemm-il każ ġie riferut għall-medjazzjoni mill-Qorti tal-Familja f'Għawdex? Jista' jgħid preżentament kemm-il każ hemm fl-istadju ta' medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta ohra.

Ix-Xagħra — Sit taċ-Ċirku tax-Xagħra - pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għas-sit taċ-Ċirku tax-Xagħra (Brockdorff Circle) fix-Xagħra, Għawdex? Jista' jgħid jekk dan huwiex miftuħ għall-pubbliku u jekk le meta hu mistenni li jinfetaħ għall-pubbliku? Jista' jgħid matul dawn l-aħħar sentejn x'investiment sar min-naħa tal-Gvern jew Heritage Malta fuq dan is-sit?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta ohra.

Kunsill Lokali tal-Qala — tneħħija ta' skart ta' kostruzzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta' skart ta' kostruzzjoni tneħħa mill-area ta' Kassja mill-Kunsill Lokali tal-Qala? Min kien il-kuntrattur inkarigat mit-tneħħija ta' dan l-iskart tal-kostruzzjoni, kif intgħażel dan il-kuntrattur u kemm tħallas u min iċċertifika l-ħlas u x-xogħol li għamel dan il-kuntrattur?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qala li l-kuntratt li ħareġ il-kunsill kien għal xogħol ta' surfacing bit-tarmak ta' Triq ta' Kassja. Waqt li kien qed isir ix-xogħol instab dan l-iskart ta’ kostruzzjoni f'naħa wahda tat-triq. Il-kunsill, iżda, m’għandux informazzjoni ta' kemm -il skart tneħħa. Infurmat wkoll li għal dan ix-xogħol għadu ma sarx il-ħlas u ċ-ċertifikazzjoni tiegħu peress li dan għadu kif sar reċenti iżda l-istima ta' dan ix-xogħol ġiet approvata mill-perit tal-kunsill u hija lump sum ta' €1,997.00 excluding VAT .

Kunsill Lokali Ħal Balzan – talba għal żieda ta’ ġurnata għall-ġbir tal-borża s-sewda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala t-talba tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan biex tiżdied ġurnata oħra (it-Tnejn) għal ġbir tal-borza s-sewda, għadha mhux approvata minn Novembru li għadda?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta ohra.

Kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Selection Panel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8818 u jelenka l-kompożizzjoni tas-Selection Panel li għażel ix-shortlisted candidates għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal din is-sena u min kienu dawk li għamlu l-istess fid-darbtejn ta’ qabel ukoll?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Alternative dispute resolution – applikazzjonijiet għal-liċenzja

Question

B’referenza għad-domanda parlamentari numru 27945 tat-12-il leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid minn meta ġie introdott S. L. 378.18 fil-liġijiet ta Malta dwar alternative dispute resolution kemm entitajiet applikaw mal-Consumer Affairs Council sabiex jottjenu liċenzja skont il-liġi msemmija, min huma dawk kollha li applikaw, kemm u min minnhom ġie aċċettat, kemm u min minnhom ġew rifjutati, kemm hemm u min huma li għad għandhom l -application tagħhom being processed? Jista’ jgħid ukoll dawk li ġew aċċettati f’liema setturi joffru s-servizzi tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-entitajiet kollha li applikaw sabiex jingħataw ADR status sa issa huma t-tmienja (8) li ġejjin: · Pardee Consulta · eCOGRA · MADRE · EADR · L-Uffiċċju tal-Arbitru Finanzjarju · Id-Direttorat tal-Ilmenti u l-Konċiljazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur · Dr Mario Caruana LL.D għall-‘ADR Malta Centre’ - ThePOGG.com (pendenti) Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur sa issa għadu qatt ma rrifjuta ebda talba mingħand kwalunkwe entità li ressqet applikazzjoni uffiċjali għal ADR status f’pajjiżna. Attwalment, il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur għandu talba waħda pendenti minn entità kummerċjali. Din hija ThePOGG.com. Pardee Consulta, eCOGRA u MADRE jispeċjalizzaw fis-settur tal-gaming, EADR toffri servizz ta’ ‘alternative dispute resolution’ ġenerali, l-Uffiċċju tal-Arbitru Finanzjarju jispeċjalizza fi kwistjonijiet ta’ ‘alternative dispute resolution’ li għandhom natura finanzjarja, id-Direttorat tal-Ilmenti u l-Konċiljazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur joffri servizz ta’ ‘residual ADR’, filwaqt li Dr Mario Caruana għall-‘ADR Malta Centre’ joffri servizz ta’ ‘alternative dispute resolution’ ġenerali.

Proviso tal-Artiklu 569(6) tal-Kodiċi Kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba mill-2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza ġie applikat il-proviso tal-artiklu 569(6) tal-Kodiċi Kriminali u senjatament fejn jipprovdi: "Iżda jekk l-Avukat Ġenerali jkun ordna li ma għandhom jittieħdu ebda proċeduri, huwa għandu jibgħat rapport lill-President ta’ Malta fejn jiddikjara r-raġunijiet għaliex ikun għamel dan.”?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab informat li l-proviso tal-artikolu 569(6) mill-2013 sal-20 ta’ Marzu 2019 ġie applikat darba fl- 2016 in relazzjoni ma inċident waqt l-għads li kien jinvolvi persuni ta’ nazzjonalità Brittanika u li seħħ f’ Għawdex.

LESA — Struttura ta' Karigi u Pożizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9521 u jgħid kif inhi mqassma l-istruttura tal-karigi/pożizzjonijiet fl-Aġenzija LESA sad-data li qed titressaq din id-domanda?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ittra mibgħuta lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja — laqgħat

Question

B’referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta’ Marzu 2019, jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew rappreżentanti oħra tal-Gvern kellux/kellhomx laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kontenut ta’ din l-ittra u/jew dwar ir-rapport tal-Kummissjoni ta’ Venezja qabel ma ntbagħtet din l-ittra?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 9727.

Ittra mibgħuta lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja — bidliet

Question

B’referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta’ Marzu 2019, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern qattx intalab, formalment jew informalment, mill-Kummissjoni Ewropea biex jagħmel il-bidliet proposti f’din l-ittra?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 9727.

Ittra mibgħuta lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja – lista ta’ riformi

Question

B’referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta’ Marzu 2019, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ingħatax lista ta’ riformi li huwa mistenni jwettaq mill-Kummissjoni Ewropea in segwitu għar-rapport tal-Kummissjoni ta’ Venezja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Membru li r-risposta hija fin-negattiv.

Ittra mibgħuta lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja – Proċeduri ta’ Infringments miftuħa

Question

B’referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta’ Marzu 2019, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk Malta għandhiex proċedura ta’ infringement miftuħa jew jekk irċevitx reasoned opinion mill-Kummissjoni Ewropea dwar materji mniżżla jew relatati ma’ din l-ittra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Membru li r-risposta hija fin-negattiv.