Jista’ l-Ministru jgħid x'għamel s'issa u x’beħsiebu jagħmel fil-futur qarib dwar Triq l-Arċisqof Pietru fir-Rabat, Għawdex, peress li f’dawn l-aħħar xhur f'parti minn din it-triq, maġenb il-kappella ta' Santa Marta, ċeda l-ħajt u sfrondat it-triq u tpoġġew il-barriers tal-pulizija? Jista’ jgħid jekk fil-preżent hemmx periklu għan-nies u għall-vetturi li jgħaddu minn din il-parti tal-imsemmija triq? Jista’ jgħid ukoll jekk marx perit tal-Gvern fuq il-post u x'ġie deċiż?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Perit tal-Gvern mar fuq il-post u x-xogħlijiet neċessarji ser ikunu qed isiru ladarba jiġi deċiż l-appell fuq sejħa għall-offerti għal xogħlijiet fuq toroq li hemm quddiem il-PCRB. Sabiex il-Ministeru ma jerġax jinqabad f’sitwazzjoni li ma jkollux tender/kuntratt biex jaħdem xogħol ta’ urġenża, fil-ġimgħat li ġejjin mistennija toħroġ ukoll Sejħa għall-Offerti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati li kienu First Aiders fi ħdan il-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b'sena f'dawn l-aħħar seba’ snin u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid xi grad kienu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attwalment għalkemm hemm impjegati li għandhom iċ-ċertifikat ta’ First Aiders kemm fil-Ministeru għal Għawdex u anke fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, ma hemmx impjegati First Aiders.
Ministeru għal Għawdex – kuntratti ma’ influencers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew kwalunkwe awtoritajiet/aġenziji li jaqgħu taħtu għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Ministeru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali? Jekk iva, jista’ għal kull kuntratt jgħid kemm intefqu flus fi promozzjonijiet sa mill-bidu tal-ftehim?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq (isem tat-triq u r-raħal) ġewwa Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom biex isiru matul is-snin 2022 u 2023 mill-programm 'Rural Development Programme - European Agricultural Fund for Rural Development' u jgħid liema minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati u kemm se jingħata flus minn dan il-fond il-Ministeru għal Għawdex għal dawn it-toroq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 6388 u 7411 dwar il-parti tat-triq ta' ħdejn il-bajja ta' Daħlet Qorrot, in-Nadur, jiġifieri l-parti minn fejn tispiċċa t-triq bil-konkos li saret xi żmien ilu sa ħdejn il-bajja, peress li din baqgħet ma saritx u qiegħda fi stat ħażin ħafna u peress li kien ġie mwieġeb li “Il-parti msemmija mill-Onor. Interpellant issir ukoll fiż-żmien opportun”, u “li idealment ma jkunx waqt il-perjodu li l-bajja tkun qed tintuża l-aktar mill-pubbliku”, jista’ l-Ministru ġentilment jgħid jekk ix-xogħol fuq din il-parti tat-triq huwiex se jibda u jitlesta qabel jibda s-sajf 2023?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol mhux mistenni jibda qabel s-sajf tal-2023
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ma ingaġġa l-ebda fotografu ġdid matul is-sena 2022.
Mġarr, Marsalforn u x-Xlendi, Għawdex – “Tender for the management (service of tradesmen operators) of the fishers' facilities”
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3634, 3823 4601 u 6295 li issa ilhom pendenti diversi ġimgħat dwar is-sejħa li ħareġ il-Ministeru tiegħu għal “Tender for the management (service of tradesmen operators) of the fishers' facilities situated at Mġarr, Marsalforn and Xlendi, Gozo” jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija intera (kollha kemm hi) u jgħid ukoll min kien qed joffri dan is-servizz, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin u kemm kienet l-ispiża, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jofri servizz ta’ 24 siegħa kuljum fi tliet dry standing areas sabiex is-sajjieda Għawdxin ikollhom l-aħjar servizz. Dan is-servizz ser jingħata mill-kuntrattur permezz tal-kuntratt SPD3/2022/061 – Tender for the management (services of tradesmen operators) of the fishers’ facilities situated at Mgarr, Marsalforn and Xlendi, Gozo għall-amont ta’ Euro 593,966.88.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6630, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x’irriżulta mit-Traineeship Scheme? Kemm mill-parteċipanti li kienu qed jitħarrġu b’din l-iskema sabu xogħol permanenti mal-Gvern (Servizz Pubbliku), u mal-privat fi tmiem din l-iskema? Kemm mill-parteċipanti għadhom sal-lum jirreġistraw għax-xogħol? Kemm mill-parteċipanti reġgħu ġew impoġġija f’xi skema oħra simili?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex — Leasing of Warehouse for the Strategy and Support Division
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 23115 u 22601 tat-Tlettax-il Leġiżlatura dwar it-tender li ħareġ f'Mejju 2021 mill-Ministeru tiegħu 'Leasing of Warehouse for the Strategy and Support Division’, jista’ l-Ministru jgħid meta ġie awarded dan it-tender u meta ġie ffirmat il-kuntratt ta' dan it-tender? Jista’ jgħid jekk f'dawn l-aħħar ġimgħat kenux qed isiru xi xogħlijiet infrastrutturali fuq l-art ta' din il-warehouse u jekk iva, kif kienu qed isiru issa u min qed iħallas għalihom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru xogħlijiet fuq l-art tal-warehouse mis-sid tal-istess warehouse u bi spejjez għalih.
Ministeru għal Għawdex — proġetti mill-Connecting Europe Facility of the European Union Fund
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom u liema minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati biex isiru mill-programm 'Connecting Europe Facility of the European Union' (Perjodu 2014-2020), kemm ingħataw flus s’issa u kemm se jingħataw flus minn dan il-fond lill-Ministeru għal Għawdex għal dawn il-proġetti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'iniex infurmat li l-Minsteru bbenifika minn tali fond.
Marsalforn, Għawdex – żieda ta’ bankijiet fil-promenade
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3650 li ngħatat fl-14 ta' Novembru 2022 dwar meta se jitpoġġew bankijiet jew bankijiet bid-dahar għall-pubbliku fil-promenade u fil-Menqa ġewwa Marsalforn, Għawdex, fejn kien ġie mwiegeb li "l-pjan hu li n-numru ta’ bankijiet mistenni jiżdied għax-xhur tar-rebbiegħa u s-sajf", jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender biex jinxtraw il-bankijiet ħariġx? Jekk ħareġ, jista' jgħid jekk dan ġiex mogħti u meta hu mistenni li jitpoġġew? Jekk għadu ma ħariġx, meta hu mistenni li jiġi ppubblikat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imwiegħed il-bankijiet fil-promenade u fil-Menqa ta’ Marsalforn ser jiżdiedu fix-xhur tas-sajf, liema bankijiet qed jinħadmu mill-ħaddiema tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk is-servizzi għall-anzjani li jingħataw f’Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju għall-Anzjani fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex joffri s-servizzi msemmija hawn taħt:
Dħul residenzjali f’Dar tal-anzjani
Servizz ta’ respite f’Dar tal-anzjani
Servizz ta’ Night Shelter (ix-Xagħra)
Dementia friendly Day Centre - Casa Amalia
Dementia friendly Night Shelter - Casa Amalia
Dementia Friendly Respite Day and Night - Casa Amalia
Meals on Wheels
Ċentru ta’ Matul il-Jum (Għajnsielem)
Active Ageing Centres f’diversi lokalitajiet f’Għawdex
Servizz ta’ Be Active
Servizz tal-Inkontinenza
Servizz tat-Telecare
Servizz tat-Telephone Rent Rebate
Servizz ta’ Home Help (inkuż is-Servizz tal-Helper tal-għażla tiegħek)
Servizz ta’ Fiżjoterapija
Servizz ta’ Handyman
Servizz ta’Hairdresser
Università tat-Tielet Età
Servizz ta’ Social Work
Servizz ta’ Ġardinar
Marsalforn, Għawdex – xogħol ta’ bini fi Triq Santa Marija u Triq Qbajjar
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11414, 13031, 13705 u 23090 tat-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender għal xogħol ta' bini mill-ġdid fi Triq Santa Marija u Triq il-Qbajjar, f'Marsalforn Għawdex, ħariġx? Jekk ħareġ, dan ġie mogħti u meta mistenni jibda x-xogħol fuq dawn it-toroq? Jekk għadu ma ħariġx, meta mistenni jiġi ppubblikat u meta mistenni jibda u jispiċċa x-xogħol fuq dawn it-toroq li jintużaw minn eluf ta' karozzi u vetturi oħrajn kuljum, speċjalment fis-sajf?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru bħalissa qed jaħdem fuq tender (DPS) ibbażat fuq kunċett li tinħoloq pjattaforma li twassal sabiex ikun hemm pool ta’ kuntratturi li wara mini-competitions jaqdu l-esiġenzi tal-Ministru għal Għawdex fejn tidħol l-infrastruttura. Dan il-pass qed isir sabiex tkompli tiżdied l-effiċjenza u l-ispeditezza tax-xogħlijiet li jkun hemm bżonn isiru.
Ħondoq ir-Rummien, Għawdex – tiswijiet tal-iskall u l-moll
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li jinbdew ix-xogħlijiet biex isiru tiswijiet estensivi jew jinbnew mill-ġdid l-iskall u l-moll ta’ Ħondoq ir-Rummien u l-iskall li hemm fil-Qbajjar li jintużaw mill-pubbliku ġenerali, kif ukoll tinbidel ir-rampa minn fejn jiġu varati d-dgħajjes fid-Dwejra li tintuża anke minn kumpaniji li joffru servizzi għall-għaddasa u vjaġġi mal-kosta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ħareġ tender - SPD3/2023/001 – Tender for the provision of Engineering consultancy and project management services for the upgrading of Landing Sites in Gozo - biex isiru studji preparatorji, disinji, applikazzjoni għall-permess mal-Planning Authority u sottomissjonijiet ta’ technical specifications u BOQ’s, biex tiġi upgraded l-infrastruttura tas-sajjieda f’Ħondoq u Daħlet Qorrot.
Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-breakwater ta' Marsalforn? Meta hi proġettata li toħroġ is-sejħa għall-offerti tal-kostruzzjoni? Kemm hu l-baġit skedat għal dan il-proġett? Kemm hu t-terminu ta' żmien biex jiġi komplut il-proġett? Jista’ jgħid jekk hemmx l-involviment ta' Infrastructure Malta u jekk iva, fiex jikkonsisti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru għaddej bil-proċess tal-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar. Fis-sajf tal-2022 saru l-investigazzjonijiet ġeoloġiċi fis-sit fejn hu ppjanat li jkun hemm il-breakwater. Ir-riżultati tagħhom ġew integrati fir-rapport tal-Environmental Impact Assessment. L-ewwel draft tar-rapport mistenni jiġi konkluż mill-kuntrattur inkarigat fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Ministeru se jkun qiegħed jagħti feedback fuq dan ir-rapport u l-verżjoni finali tintbagħat lill-Awtorita tal-Ambjent u r-Riżorsi għall-iskrutinju tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ġodda hemm ippjanati li jsiru ġewwa Għawdex u Kemmuna permezz ta’ Fondi Ewropej mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2023, minn liema programmi ta' finanzjament u fiex jikkonsistu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed jippjana numru ta' proġetti permezz ta’ Fondi Ewropej taħt diversi programmi ta’ finanzjament u dan jista’ jiġi stabbilit wara li joħorġu l-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programmi konċernati u ssir l-għażla tagħhom. L-akbar proġett li qed naraw il-possibilità ta’ finanzjament ta’ fondi Ewropej għalih, huwa l-ispazju miftuħ fiċ-ċentru tar-Rabat.
Ministeru għal Għawdex – impjegati ingaġġati permezz ta' skemi
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni ingaġġati bl-iskemi u ngħataw xogħol ta' skrivana f'diversi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jikkonferma li dawn iddaħħlu bl-iskema bla ebda eżami u jgħid xi kwalifiċi kien mitlub li jkollhom? Jista’ jgħid ukoll jekk il-persuni ingaġġati fuq skema u qed jagħmlu xogħol klerikali humiex kollha jagħmlu xogħol temporanju? Jista’ jgħid kemm hemm minnhom qed jagħmlu xogħol klerikali li hu permanenti? Jista’ jgħid jekk fil-futur qarib hemmx ippjanat li jiġu ingaġġati iktar persuni bl-iskema li jagħmlu xogħol klerikali ġewwa l-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ix-Xewkija, Għawdex – Ġnien Ulysses Grove — xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22727 tat-13-il Leġiżlatura, li ngħatat fis-16 ta' Novembru 2021, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fil-Ġnien Ulysses Grove fix-Xewkija, Għawdex, peress li dan issemma f'diversi baġits ta' Gvern Laburista iżda issa jidher li x-xogħol fuqu waqaf u ma reġax issemma iżjed? Jista' jgħid jekk ix-xogħol tkompliex f' dawn l-aħħar sena u nofs, x'tip ta' xogħol sar u meta hu maħsub li jkun lest u jibda jitgawda mill-pubbliku?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saret it-trakka għall-mixi, ġiri u anke għal użu tar-rota minn fondi Ewropej, intefa' permess mal-Awtorità tal-Ippjanar biex din it-trakka tiġi integrata fi proġett li se jkun qed jibdel dan il-ġnien f’park għall-familja. L-applikazzjoni għall-permess ġiet approvata u għalhekk bdiet il-ħidma fuq is-sejħiet għall-offerti għax-xogħlijiet neċessarji. Sadanittant ġiet aġġidukata wkoll l-offerta biex tiġi installata sistema ta’ dawl f’dan il-ġnien filwaqt li fl-istess ħin qed isiru wkoll xi xogħlijiet marbuta mar-railings mill-ħaddiema tal-Ministeru.
Fid-dawl tal-inċidenti li seħħew b'mod regolari f'dawn l-aħħar snin u anke riċentement fi Triq l-Imġarr, li twassal minn Għajnsielem sar-Rabat Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu jew beħsiebu jieħu l-Ministeru tiegħu biex tiġi indirizzata din il-problema, u b’hekk jitnaqqsu l-inċidenti f'din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru diġà ħa l-prekawzjonijiet meħtieġa, inkluż l-installazjoni ta’ tabelli biex jidderieġu lill-vetturi.