Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nisa tqal li jaħdmu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14465 u jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u jgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14473 u jgħid min hu l-kuntrattur li ser jagħmel ix-xogħlijiet supplimentari fi Triq Merkanti, il-Belt u jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender jew b'direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda xogħlijiet supplimentari fi Triq il-Merkanti, il-Belt.
Triq miċ-Ċimiterju ta' Ħad-Dingli għall-Buskett — tarmak
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq miċ-Ċimiterju ta' Ħad-Dingli għal fuq l-irdumijiet li tinżel għall-Buskett tingħata xi ftit tarmak peress li hija fi stat mhux tajjeb? Japprezza l-Ministru li minbarra t-turisti, ħafna Maltin imorru hemm f'bosta ġranet matul is-sena kollha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet reġistrata bħala recovery kull sena mill-2007 sal-2009? Kemm-il licenzja tas-sewqan giet imġedda jew ħarġet ġdida bla ma sar ħlas, kull sena mill-2007 sal-2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14743 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Minister għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14471 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta' Evalwazzjoni li evalwa l-kuntratti għax-xogħlijiet fuq Triq ta' Pinu u tax-Xlendi rispettivament kif ukoll il-Curriculum Vitae ta' kull membru?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Transport Malta — rendikont tal-business plan finanzjarju
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-business plan finanzjarju, prinċipalment id-dħul u l-infiq, li qed jiġi proġettat għall-2010 għal Transport Malta u jekk dawn iċ-ċifri jinkludux il-€55 miljun kumpens lis-sidien tal-karozzi tal-linja f’Malta u €3.1 miljun għal dawk f’Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kif meħtieġ bil-liġi, l-estimi finanzjarji ta’ Transport Malta se jiġu ppreżentati u diskussi fil-Parlament fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd hux se jkun obbligatorju għat-tħaddim tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt is-sejħa għall-offerti li għandha toħroġ għat-tħaddim tal-istess servizz?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12423 u jgħid x'politika għandu l-Gvern u xi prijorità għandu fuq il-lokalitajiet fejn il-parkeġġ huwa l-aktar diffikultuż u f'żoni kummerċjali tal-pajjiż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi l-Mnisteru ftit jiem ilu kkommetta ruħu li l-ewwel karti tal-identità elettronici huma mistennija li jinħarġu sa tmiem din is-sena, jista' l-Ministru jagħti dati aktar indikattivi kif ukoll il-medda ta' żmien li fihom iċ-ċittadini Maltin kollha kemm huma jkunu mistennija jaqilbu għas-sistema l-ġdida wara snin sħaħ ta' karti tal-identità teknikament skaduti?
Response (GATT, AUSTIN)
Id-domanda tal-Onor. Interpellant ma tikkwotanix korrettement għax jien għidt illi l-karti ta' identità elettroniċi jinħarġu sal-aħħar tas-sena kemm-il darba t-talba għall-fondi tal-EU tiġi determinata favorevolment sal-aħħar ta' Frar. Il-bqija tad-domanda hi prematura.
Minħabba li jiena nfurmat li l-applikazzjoni għar-reserved parking tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha ftit pendenti, jista' l-Ministru ġentilment jara x'diffikultajiet hemm biex din issir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ġiet approvata.
Issa li għaddew snin minn meta sar il-kuntratt tat-trasferiment ta' artijiet u bini fil-Kottonera lill-Consortia sabiex isir il-proġett tal-Kottonera, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti li tlestew u liema huma dawk li tlestew fiż-żmien miftiehem? Liema huma dawk il-proġetti li għadhom ma' bdewx u skond il-kuntratt suppost li bdew? Liema huma dawk il-proġetti li ser jitlestew din is-sena mill-istess kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14546 u jgħid jekk hemmx żviluppi dwar l-għotja ta' tarmac lil Triq Wenzu Dyer, Ħamrun?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kont tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3421 . 'Il-proċess imsemmi ma jaqax taħt il-Ministeru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.'
karozzi impurtati minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea — taxxa fuq ir-reġistrazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14737 u jgħid jekk it-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi impurtati minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea ġietx mibdula jew le? Jekk fl-affermattiv, meta saret din il-bidla u jekk saritx xi kampanja/reklami biex dan ikun magħruf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda tibdil fit-Taxxa tar-Reġistrazzjoni tal-karozzi.
Kummissjoni Elettorali — ordni/direttiva/gwida fuq karti tal-identità skaduti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt ingħatatx ordni/direttiva/gwida lill-Kummissjoni Elettorali u/jew Kummissjonarji Elettorali Prinċipali matul dawn l-aħħar erba' snin sabiex ma jsirx it-tiġdid tal-karti tal-identità skaduti? Minn min ingħatat tali ordni/direttiva/gwida? Din kienet bil-miktub jew verbali?
Response (GATT, AUSTIN)
Le, la l-Kummissjoni Elettorali u lanqas il-Kummissarju Elettorali Principali ma ngħata xi tip ta' ordni kif qed jirreferi l-Onor. Interpellant.
Għassa tal-Pulizija ta' Tas-Sliema — double jew single yellow line
Question
Jista' l-Ministru jispjega kif ħdejn u madwar l-Għassa tal-Pulizija ta' Tas-Sliema ġiet kollha b'żebgħa safra, double jew single yellow line, reserved areas, biex illum l-ebda resident ma jista' jipparkja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-interventi li saru fuq il-post imsemmi mill-Onor. Interpellant, saru wara ftehim li ntlaħaq bejn it-Transport Malta, il-Pulizija u l-Kunsill Lokali ta' tas-Sliema. Dan sar peress illi f'dan il-post kien qed isir ipparkjar illegali li kien qed jikkawza kongestjoni.
Jista' l-Ministru jispjega kif biċċiet ġodda fi Triq Elia Zammit, Paceville ġew allokati lil taxi stand li ma tintużax, minflok f'posthom iżjed 'l ġewwa fil-qalb ta' Paceville u ġol-istess triq hemm no parking sign donnha falza u li minħabba fiha, nhar il-Ġimgħa għal xi l-10pm, il-pulizija bdew jagħtu ċ-ċitazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fit-triq in kwistjoni fil-fatt hemm 19-il taxi stands li ġew approvati minn Transport Malta fit-12 ta' Mejju 2004. Għaldaqstant, ma jistax isir ipparkjar ta' vetturi normali, dan skond it-tabelli li hemm fuq il-post.