Strateġija għall-industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 5
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20861 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 5 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20861.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 29
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20891 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 29 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proviżjoni ta’ Credit Insurance hija direttament relatata ma’ l-operat tal-intrapriża u għaldaqstant hija regolata rigorożament mill-Unjoni Ewropea u l-OECD. Dawn ir-regolamenti ma jagħtux permess lil Stati Membri joffru assistenza f’dan ir-rigward, ħlief għal ċerti kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq li jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni Ewropea. Madanakollu, il-Malta Enterpirse tgħin kumpaniji jidentifikaw strumenti ta’ finanzjament, inkluż credit insurance, li jgħinuhom jiffaċilitaw l-operat tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi forma ta' Reorganizational Plan b'rabta mal-għeluq tal-power station tal-Marsa? Jekk iva, jista' jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid jekk il-unions li jirrapreżentaw lill-ħaddiema tal-power station tal-Marsa ġewx informati b'dan ir-Reorganizational Plan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta għadha qed tħejji r-Reorganizational Plan b’rabta mal-għeluq tal-Power Station tal-Marsa.
La darba dan il-pjan ikun finalizzat, il-Unions ikunu infurmati bih.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-11 ta' Novembru 2010, tħalla cargo l-art mill-Air Malta fuq il-flight KM 102 għal Londra? Jista' jkun għaliex l-ajruplan ma kienx kbir biżejjed? Jekk huwa hekk, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ajruplan li kellu jagħmel it-titjira KM 102 ma nbidilx mal-ajruplan li kellu jagħmel it-titjira KM 420 għal Brussels li seta' jieħu l-cargo kollu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Cargo kien ristrett fuq il-KM102 tal-11 ta’ Novembru 2010 ghal Londra minhabba l-limitazzjonijiet ta’ l-ajruplan A319. L-A320 li kien ippjanat ghal KM420 ma setax jinbidel biex jopera l- KM102 minħabba li n-numru ta’ passiġġieri bbukkjati għat-titjira tar-ritorn kien aktar mill-kapacita’ ta’ l-arjuplan.
Ġiet ikkonsidrarta l-proposta ta’ A32R (180Y) b’konfigurazzjoni kollu ‘
economy
’, pero’ din kien ikollha mplikazzjonijiet serji fuq il-passiġġieri
Club
bir-riżultat ta’ ammont sostanzjali ta’ refużjoni (
refunds
) dovuti għax dan l-ajruplan mhux attrezzat għall-bżonnijiet ta’ passiġġieri
Club
.
Barraminhekk, fil-11 ta’ Novembru 2010, żewġ ajruplani A320 ma kinux disponibbli fil-flotta minħabba li kienu skedati għal manutenzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21428 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huma s-salarji ta’ dawn il-karigi fil-Malta Air Traffic Services Limited:
a) Chief Operations Officer
b) Chief Technical Officer
ċ) Chief Financial Officer
d) Senior Head of ATC Operations
e) Senior Head of ATM Planning
f) Senior Head AIM & Training
g) Senior Head Safety, Quality & Security
ġ) Senior Head of Technical Services
h) Head of Technical Support
ħ) Head of Aerodrome Operations
għ) Assistant to Senior Head AIM & Training
i) Assistant to Chief Technical Officer
j) Assistant to Chief Operations Officer
k) Assistant to Chief Financial Officer u
l) Operational Health & Services Officer?
Jista' l-Ministru jgħid min minn dawn il-karigi jagħmel użu minn
mobile telephone
tal-kumpanija? Jista' jgħid min jagħmel użu minn karozza tal-kumpanija? Jista' jgħid min għandu l-
internet
imħallas mill-kumpanija? Jista' jgħid kemm hi t-
travel allowance
għal kull waħda minn dawn il-karigi għal kull ġurnata meta dawn ikunu msiefra fuq xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Kirkop — Triq San Benedittu - akkwist ta' art mill-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern se jakkwista l-art f'Ħal Kirkop li ngħatat għal bini mill-gvern fl-1989 f'area ta' Triq San Benedittu? Liema art ġiet imwegħda li tiġi trasferita mill-gvern permezz ta' konvenju biss.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħal fil-każ imsemmi f’Ħal Kirkop, hemm diversi artijiet li fuqhom hemm mibnija Housing Estates u li għadhom ma nxtrawx mill-Gvern. Uħud minn dawn il-każijiet imorru lura sas-sena 1976. Kif għamel fis-sena 2010, id-Dipartiment se jibqa’ jagħti priorita’ lix-xiri ta’ dawn l-artijiet u fil-fatt għas-sena 2011 ġiet ivvutata s-somma ta’ €3,000,000 għal dan il-għan. Huwa previst li f’numru ta’ snin ikunu akkwistati l-artijiet kollha li għadhom pendenti.
reazzjoni uffiċjali dwar id-diskors tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali
Question
Filwaqt li wieħed għandu jirrispetta l-indipendenza tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tal-Gvern Malti għad-diversi punti mqajmin fid-diskors tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bank Ċentrali ta’ Malta huwa istituzzjoni indipendenti u l-Gvernatur għandu d-dritt għall-opinjonijiet tiegħu, minkejja li l-Gvern mhux neċessarjament jaqbel magħhom.
Il-Ministru kellu l-opportunità li jwieġeb għal diversi punti mid-diskors tal-Gvernatur fid-diskors tiegħu li għamel fl-istess okkażjoni.
Kien hemm numru ta’ punti li dwarhom il-Ministru esprima l-qbil tiegħu mal-Gvernatur fosthom dwar il-ħtieġa li pajjiżna jkompli jimxi fit-triq tas-sostenibbiltà finanzjarja billi jnaqqas id-defiċit u dwar il-bżonn li nsaħħu l-kompetittività ta’ pajjiżna b’mod partikolari billi ngħinu lill-intrapriżi tagħna jaċċessaw swieq barranin.
Għall-kuntrarju, diġa ntqal pubblikament li l-Gvern ma jaqbilx ma’ proposti oħrajn tal-Gvernatur, b’mod partikolari l-proposta li l-istipendju jingħata biss lill-istudenti li ġejjin minn familji ta’ dħul baxx. Il-Gvern iħares lejn l-istipendju bħala inċentiv u investiment li jiżgura li aktar persuni jkomplu jistudjaw. Minkejja r-riżultati pożittivi miksuba f’dan is-sens, il-Gvern jemmen li biex pajjiżna jibqa’ kompetittiv irid aktar persuni jkomplu jistudjaw u jitħarrġu, u għalhekk se jkompli jsaħħaħ din is-sistema.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20386 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid b'liema razzjonal jimxi biha l-istat meta jkollok raġel li għamel 25 sena fis-servizz u jkun qed jieħu il-pensjoni tal-pulizija u dan imut? Meta dan jiġi nieqes il-mara tiegħu ma tibqax tieħu il-pensjoni tal-pulizija imma tieħu biss il-pensjoni tar-romol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-għoti ta’ pensjonijiet, gratifikazzjonijiet u allowances oħra lill-persuni fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta huma regolati skond il-liġi taħt l-Ordinanza Dwar il-Pensjonijiet, Kapitlu 93. Skond Sezzjoni 7, ebda pensjoni, gratifikazzjoni jew allowance oħra ma tingħata lill ebda uffiċċjal ħlief meta jirtira mis-servizz pubbliku, f’dan il-każ membru tal-Korp tal-Pulizija meta jew wara li jagħlaq ħamsa u għoxrin sena servizz fil-Korp. Skond Sezzjoni 15, ebda pensjoni, gratifikazzjoni jew allowance moghtija taħt din l-Ordinanza ma tista’ tiġi ċeduta jew ittrasferuta jew maqbuda. Kull pensjoni li tingħata taħt l-Ordinanza tal-Pensjonijiet Kap 93 tieqaf meta il-persuna tiġi nieqsa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21021 u ċioe: Peress li f'Marzu 2009 ġie ffirmat kuntratt biex tiġi stallata sistema ta' Radar Surveillance għall-Malta Air Traffic Services Ltd biex jibdew jintużaw minflok dawk preżenti li issa wara 15-il sena għamlu żmienhom, jista' l-Ministru jgħid:
a) skont il-kuntratt, x'tip ta'
radars
inxtraw u meta suppost li kellhom jiġu
delivered
;
b) jekk dawn ir-radars għadhom ma ġewx delivered skont it-termini tal-kuntratt, x'kienet ir-raġuni għal dan id-dewmien;
ċ) jekk is-sit fejn suppost għandhom jiġu stallati dawn ir-radars hux diġà ġie identifikat biex ladarba jaslu jkunu jistgħu jiġu stallati;
d) dan id-dewmien fl-istallazzjoni ta' dawn ir-radars ġodda jista' joħloq xi tip ta' periklu għat-traffiku tal-ajru fl-approach tal-ajruport; u
e) bis-sistema antika li għandna bħalissa qegħdin konformi mar-regoli tal-Eurocontrol?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21021.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq l-industrija f’Għawdex din is-sena s’issa taħt il-Vot Kapitali Nru VIII Items 7211(i) (ii),(iii),(iv), 7280, 7101, 7096 u 7274 rispettivament? Jista’ jgħid għal liema skop intnefqu f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2010 ġew użati fondi kif muri fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta ħassritx xi titjiriet tagħha bl-iskeda jew chartered matul ix-xahar ta’ Novembru jew Diċembru li ġej? Jekk fl-affermattiv kemm-il titjira tħassret, għal liema destinazzjoni kienu u x’kienet ir-raġuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kull linja tal-ajru, minn żmien għal żmien, tagħmel capacity trimming u dan il-proċess huwa normali, speċjalment fix-xhur tal-ħarifa u x-xitwa. Miniex infurmat li l-eżerċizzju ta’ capacity trimming li qed isir din is-sena imur lill hinn mill-prattiċi normali li jagħmlu l-linji tal-ajru fl-Ewropa.
nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19884, 20553 u 21485 u jgħid kemm kienet in-nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat u jgħid ukoll din in-nefqa kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali kull sena mill-istess Fond mill-2007 sal-2010? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont il-programm baġitarju tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 21480 fejn qal illi in vista tat-talba tiegħi d-Dipartiment tal-Kuntratti se jitlob għall-kunsens tal-kuntrattur sabiex kopja tal-kuntratt tat-Triq tax-Xlendi titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jpoġġi l-kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Kuntratti staqsa lil kuntrattur jekk għandux xi oġġezzjonijiet li dan il-kuntratt jitqiegħed fuq il-mejda tal-kamra. Sa issa d-Dipartiment għadu qiegħed jistenna r-risposta tal-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21640 u 21428 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huma s-salarji ta’ dawn il-karigi fil-Malta Air Traffic Services Limited:
a) Chief Operations Officer
b) Chief Technical Officer
ċ) Chief Financial Officer
d) Senior Head of ATC Operations
e) Senior Head of ATM Planning
f) Senior Head AIM & Training
g) Senior Head Safety, Quality & Security
ġ) Senior Head of Technical Services
h) Head of Technical Support
ħ) Head of Aerodrome Operations
għ) Assistant to Senior Head AIM & Training
i) Assistant to Chief Technical Officer
j) Assistant to Chief Operations Officer
k) Assistant to Chief Financial Officer u
l) Operational Health & Services Officer?
Jista' l-Ministru jgħid min minn dawn il-karigi jagħmel użu minn
mobile telephone
tal-kumpanija? Jista' jgħid min jagħmel użu minn karozza tal-kumpanija? Jista' jgħid min għandu l-
internet
imħallas mill-kumpanija? Jista' jgħid kemm hi t-
travel allowance
għal kull waħda minn dawn il-karigi għal kull ġurnata meta dawn ikunu msiefra fuq xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21640.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' dawl u ilma kkunsmat mill-clubs tal-football madwar Malta u Għawdex matul is-sena li għaddiet (2009)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ dawl u ilma kkunsmat minn 71-il clubs tal-football madwar Malta u Għawdex matul is-sena 2009, li huma rreġistrati fis-sistema tagħna, kien hekk kif jsegwi hawn:
Ilma (litres) 12,190
Dawl (units) 1,971,664
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — dipartiment/uffiċċji - lifts
Question
Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li qed jaslu ilmenti minn diversi residenti f'diversi nħawi f'Għawdex minħabba ħsarat u leaks fil-pajpijiet tal-ilma riżultat tal-kwalità inferjuri tal-pajpijiet li qed jintużaw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta' dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi jirriżulta li xi ftit tas-snin ilu, kien hemm xi pajpijiet tal-plastic li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tuża’ għall-water service connections, li ma kinux tal-kwalita’ mixtieqa. Mill-2008, il-Korporazzjoni ħadet ħsieb li ssaħħaħ l-ispecifications biex jinxtraw il-pajpijiet biex ma tirrepetix ruħha din is-sitwazzjoni.
Billi fl-inħawi ta' Kennedy Drive bejn id-daħla tal-Qawra u d-daħla ta' Buġibba (ħdejn it-traffic lights) hemm arblu li hu perikoluż minħabba li ntlaqat f'ħabta, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan l-arblu jinbidel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm l’arblu msemmi mhux f’qagħda perikoluża qiegħda titieħed azzjoni biex dan jinbidel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk li kellhom jirċievu r-refund tat-taxxa sa Diċembru 2010 irċevewhx? Kemm kienu dawk li rċevew dan ir-refund? Kemm huwa n-numru ta' dawk li kellhom jirċievu dan ir-refund tat-taxxa mingħand il-Kummissarju tat-Taxxi Interni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.